1 minute read

Insalata tal-klamari mimli bil-kuskus

RiĊetta ta’ Manuel Xuereb

Ingredjenti

Advertisement

P nofs basla żgħira, imqatta’ P 2 sinniet tewm, imqatta’ P kuċċaria paprika affumikata P mgħarfa żejt taż-żebbuġa P pakkett kuskus Mediterranju P vażett bżar iggriljat P 2 mgħaref żebbuġ iswed P kuċċarina kappar P mgħarfa tursin u kosbor imqatta’ P qoxra ta’ lumija P 4 klamari żgħar jew 2 klamari medji P mgħarfa żejt taż-żebbuġa P weraq tal-insalata żgħir mħallat P nofs basla, imqatta’ P 100g ġobon feta mfarrak P ftit tadam żgħir u żebbuġ iswed

Direzzjoni

Aqli l-basla, it-tewm u l-paprika fiż-żejt taż-żebbuġa sakemm jirtabu. Żid il-kuskus u 15oml ilma jagħli u sajjar għal 2 minuti. Qatta’ l-bżar iggriljat u żid mal-kuskus flimkien maż-żebbuġ, kappar, qoxra tal-lumi, tursin u kosbor. Naddaf u laħlaħ il-kalamari, u aqta' t-tentakli. Imla l-kalamari u għalaq it-truf bittoothpick. Saħħan taġen gradilja bi ftit żejt u aqli l-kalamari mimlijin min-naħat kollha flimkien mat-tentakli. Ħawwad il-weraq tal-insalata maż-żejt taż-żebbuġa, it-tadam taċ-ċirasa, il-feta, il-basla u ż-żebbuġ u servi fuq il-platti. Qatta’ l-kalalmari u servi flimkien mal-insalata bil-biċċiet tal-lumi fuq naħa tal-platt.

This article is from: