1 minute read
Ħut bil-fażola
from GWIDA JUNE 2021
RiĊetta ta’ Anton B Dougall
Ingredjenti
Advertisement
P 600g ħut tas-sikkina P 400g polpa tat-tadam P 200g basal P 150g fażola niexfa P tewm... skont kemm tiggosta P ħabaq frisk imqatta’ rqiq P żejt taż-żebbuġa P bżar mitħun frisk u melħ
NOTA: Il-ħut meħtieġ għal din irriċetta jista’ jkun kemm frisk kif ukoll tal-friża; importanti li jkun mingħajr xewk.
Għal kull persuna
Ammont totali ta’ kaloriji: 288.2KCal Karboidrati: 28.4g li minnhom zokkor: 6.5g Fibra: 3.3g
Direzzjoni
1. Lejlet li tkun se tagħmel din ir-riċetta, qiegħed il-fażola ġo borma mimlija blilma. Biddel l-ilma kull ftit ħin. L-għada neħħi l-fażola mill-ilma, laħlaħha tajjeb u għalliha f’ħafna ilma bil-melħ sakemm issir sew. 2. Saħħan il-forn 1900C, gass numru 5. 3. Qaxxar il-basal u t-tewm u qattagħhom f’biċċiet żgħar. 4. Saħħan ftit żejt ġo taġen u qalli l-basal u t-tewm sakemm jieħdu kulur dehbi sabiħ. Baxxi n-nar u żid il-polpa u l-ħabaq. Ħalli ftit ħabaq biex iżżejjen. Ħawwad u sajjar għal ftit minuti. 5. Roxx ftit bżar u melħ. Żid il-fażola u kompli sajjar, dejjem fuq nar baxx, għal 15-20 minuta. 6. Qiegħed din it-taħlita ġo dixx tal-forn taċ-ċaqquf. Poġġi l-ħut fuqha u għatti bil-fojl. 7. Sajjar fil-forn għal 40 minuta. Neħħi l-fojl u kompli sajjar għal 10 minuti oħra. 8. Servi sħun bil-bqija tal-ħabaq imferrex fil-wiċċ. Servi insalata tal-gosti tiegħek ma’ dan id-dixx.