8 minute read
Strada Stretta: Episodju 6/ L-ewwel Staġun: It-Tielet Parti
from GWIDA JUNE 2021
EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (It-tielet parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Advertisement
X’ġara s’issa?
Lilly kienet qed taqra d-djarju ta’ Lydia u ntebħet li Lydia kienet tqila. Sintendi din ma kinitx taf u ħassitha traduta li l-akbar ħabiba tagħha ma qaltilhiex b’dan is-sigriet.
Lydia kienet bilqiegħda madwar mejda fejn kien hemm il-baħrin jixorbu, imma moħħha kien fuq Lilly. Lilly kienet qed tkompli mal-klijenti tagħha u meta nnutat li Lydia kienet qed tħares lejha, dlonk ħarset naħa oħra. It-tensjoni bejn dawn it-tnejn kienet kbira wisq. Lydia ħalliet il-medja bil-baħrin warajha u marret dritt fuq Lilly. Kien għalxejn li baħri minnhom nebbaħha li ried jixrob, għax ir-risposta tagħha kienet, “stenna”. Xħin waslet fuq il-mejda ta’ Lilly... Int ħa tibqa’ bin-nervi? Mhux se tkellimni?Lydia: M’intix tara li qed naħdem ...u int aħjar tkompli ma’ tiegħek ...issa l-flus ħa jkollok bżonnhom, mhux se tibqa’ Lilly: waħdek! (ħarset madwarha mħassba) Xxxxxxxx Lilly please! Ma għidt xejn jien, min tridu jismagħni, mur kompli. Tagħmilhiex tas-supperva miegħi, kelli dritt inżommha għalija xi ħaġa bħal din u taf. (ma felħitx aktar u nfexxet tgħajjat ma’ Lydia) Jien supperva! Jien supperva ...wara li lqajtek ġo dari u trattajtek qisek oħti! (Stella ġlieda bħal din kilitha, baqgħet tħares lejn dawn it-tnejn jiġġieldu u tieħu gost bil-livell ta’ għajjat li kienu qed jagħmlu. Iżda ma kellha ebda idea fuq xiex setgħu kienu qed jiġġieldu) Aqtagħha issa biżżejjed. Taf li napprezza li għamilt miegħi u anke għalija int kont qisek oħti. Lil oħtok ma tigdbilhiex! Jien ma gdibtlekx, ma għidtlekx kollox, dak kollox. Prosit qed inħossni aħjar...sinjal li ma tafdanix! Ara jien il-belha jkolli musmar f’sormi wkoll ngħidlek. Lydia b’din il-frażi ma fehmet xejn u baqgħet perplessa fuq x’setgħet twieġeb. Kien għalhekk li Lilly indunat li użat frażi li din ma fehmet xejn minnha. Dik espressjoni! Modo di dire fhimt! (innutat li dawn it-tnejn kienu qed jitlewmu) Dawk jiġġieldu qegħdin ...Illum niżlet xi stilla l-ħanut jaqaw? (malajr marret f’nofshom biex tofroqhom). Hawn x’ġej? Ara ma nibdewx b’xi kummiedji ġodda ta! Lilly baxxi leħnek u kompli. U inti Lydia lesta? Filkas itla’ kanta xi ħaġa. Lydia ħadet nifs ’il ġewwa u kompliet mal-baħri li kienet qiegħda miegħu fuq il-mejda. Stella kienet kuntenta bil-ġlieda ta’ Lydia u Lilly u pronta marret fuq Lydia biex tiskopri aktar. Mela m’għadniex ħbieb tal-qalb? Eh? M’għandix aptitek Stell, ħallini. M’għandhiex aptiti l-prinċipessa ħej ...mhux se tkantalna llum? Stella timbotta lil Lydia minn daharha, u Lydia tqum għaliha iżda tiftakar li kienet tqila u li l-aħjar ma tieħu ebda riskju. Lilly li bdiet tara kollox, marret fuq Stella biex twaqqafha!
Lydia: Lilly: Lydia: Lilly: Lydia: Lilly: Lydia: Lilly: Lilly: Lydia: Polly: Stella: Lydia: Stella:
EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (It-tielet parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Lilly: Polly:
Reno:
Stella:
Lilly: Stella:
Lydia: Polly: Stella:
Polly: Stella:
Lydia: Marie:
Marie:
Victoria:
Marie:
Victoria:
Marie:
Stella aqtagħha! Tmisshiex! Issa x’reġa’ nqala’! Illum, illum qisu ...kulħadd raqad mikxuf! Isma’ l-oħra intom m’għadkomx kemm intfajtu titgħajru, jew jien qed niġġennen illum? Titgħajjar kemm trid imma tmissha le. Waqa’ l-għass! U jien ħsibt li l-affarijiet kienu ħa jkunu interessanti mil-lum ’il quddiem. Prosit prinċipessa jidher li għandek min jaqbeż għalik. Il-ħbieb hekk jagħmlu! (filwaqt li tbissmet lil Lilly ...Polly marret fuq it-tfajliet) Daqshekk lesti, ejja ħa tkantalna waħda Lydia ...forsi ma taqbdux f’xagħar xulxin illum. Dawn ma jiddejqux kieku Pol, jarawna naqbdu f’xagħar xulxin. Mur kompli inti, qabel ma nibagħtek id-dar illejla. Ukoll jien ħa neħel! Mhux hekk. Kanta ruħi (lil Lydia) Forsi norqdu. Dak il-ħin Marie kienet qiegħda fil-kamra tas-sodda tagħha, bilqiegħda fuq is-saqqu. Bdiet tipprepara biex torqod, filwaqt li tneħħi l-ġojjelli minn idejha, fosthom neħħiet iċ-ċurkett tal-engage u dak tat-tieġ. Ħarset lejn iċ-ċrieket u rranġathom puliti f’kaxxa li kellha apposta għalihom. Ħadet nifs ’il ġewwa u ntilfet f’dinja għaliha... Bdiet timmaġina lil Lydia u Guido fil-Knisja, xi ħaġa li kienu jagħmlu kull nhar ta’ Ħadd. Fix-xena li ġabet quddiem għajnejha, hi kienet qed timxi ma’ Victoria, issegwi l-passi ta’ Lydia u Gwido għall-Knisja. Ħarset lejn Lydia u ratha tagħti nofs tbissima lil dan il-ġuvni. Wara tara lil Mario li dan b’ħeffa liema bħalha ġera lejn Lydia biex jiġborlha l-velu li kien waqagħlha. Hemm kien qiegħed għarkupptejh, jiġborlha l-velu! Għajnejn u l-espressjoni ta’ Marie xejn ma kienu sodisfaċenti. X’kien ġara eżatt dakinhar? Kemm Marie, Victoria u anke Guido ħasbu f’dan il-mument partikolari! Kienet għodwa sabiħa, il-familja ta’ Lydia u anke ta’ Guido kienu sejrin il-quddies, għamlu inkin lis-sagrament u raddew is-salib.
Jien għandi bżonn inqerr! Mur! Iddumx...il-quddies daqt tibda. Lydia ħalliet lill-familja tagħha u mxiet għall-kamra fil-Knisja, għaddiet il-konfessjonarju u ħarġet mill-bieb talġenb fejn kien hemm Mario viżibbli. M’għandniex xi ngħidu, xħin raha ġera għal fuqha u biesha. (ġibdet lil Victoria ħdejha u kellmitha minn taħt l-ilsien) Victoria mhux aħjar tmur tqerr int ukoll? Jien diġà qerrejt ilbieraħ. U naħseb ma dnibtx mill-bieraħ ’l hawn!
Imma mamà!
Mur fittex ’il oħtok! Issa!
Victoria ħarset lejn Guido biex tarah tal-aħħar u obdiet lil ommha. Imxiet lejn il-konfessjonarju u rat lill-qassis waħdu mingħajr ebda persuna. Victoria stagħġbet u provat tara fejn kienet qiegħda oħtha. Xħin ħarġet barra tara lil oħtha tbus lil Mario! Ixxukjata u bla kliem Victoria baqgħet tħares mingħajr ma interronpiet. Meta l-koppja waqqfet, Lydia rranġat il-ġakketta, sellmet lil Mario u daħlet fil-Knisja. Imma ovvjament xħin daħlet rat lil oħtha tistennieha...
EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (It-tielet parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Victoria:
Lydia: Victoria:
Lydia:
Victoria:
Lydia: Victoria:
Lydia: Victoria:
Lydia:
Marie:
Lydia: Victoria:
Marie:
Victoria:
Agnes: Victoria:
Gian Marie:
Kilin: Ġamri:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
X’kont qed tagħmel? Ma tafx li ġejt inqerr. Mhux vera int giddieba ...għaraftu lil dak, ġieli rajtu jġibilna l-ħut. Għaliex qed tagħmel dawn l-affarijiet? Guido jaf? Xxxxxx, ara ma jfettillekx tgħid xi ħaġa lil Guido, jew lill-mamà fhimt? Lil ħadd, importanti Victoria għax iġġibni fl-inkwiet. Għaliex ma tħobbux lil Guido?
Mhux tort tiegħi Victoria ...mhux se tifhimni. L-importanti li ma tgħid xejn fhimt. Il-mummy bagħtitni għalik, aħjar immorru... (Victoria ddur biex tmur lura ħdejn ommha, imma Lydia tiġbidha u twissiha) Victoria, ftehemna le? Tgħid xejn lil ħadd ...please, għax niġi f’ inkwiet kbir. Mhux sew ikollok żewġt irġiel ...aħjar tmur tqerr qabel nidħlu. Iva mmur inqerr, imma int tgħid xejn, lil ħadd. Victoria kienet iddiżappuntata għall-aħħar! Qatt ma basret li Lydia kienet kapaċi biex tagħmel xi ħaġa bħal din. Daħlu fil-Knisja u marru bilqiegħda f’posthom. Kemm domtu?
Il-quddiesa għadha ħa tibda imma! Kien hemm ħafna nies biex iqerru. Jien ma rajt lil ħadd ħiereġ mis-sagristija ħlief lilkom. Ma naħsibx li l-oħrajn kienu deħlin għall-quddiesa, baqgħu ħirġin. Ma tantx issib min imur iqerr eżatt qabel ma tibda l-quddiesa! Ħlief Lydia! Lydia ħarset lejn oħtha mbeżżgħa li setgħet taħarbilha xi kelma u tinqabad, oħtha ħarsitilha b’wiċċ ta’ theddid imma żammet is-silenzju! B’hekk Victoria kienet taf b’kollox, iżda qatt ma qalet b’xejn. Lura għall-ħajja fi Strada Stretta, Gian Marie kien qed jimxi ma’ xi ħbieb tal-iskola fi triq, meta ra lil Violet aġitata tistennieh fil-kantuniera. Issa nilħaqkom, komplu, issa niġi! Ħeqq waqa’ l-għass.... Anzi ġabru xi ħadd...... U ejja aqtgħuha! (jisserja u jmur ħdejn Violet, din kienet qed tolfoq u tibki) Int qed tibki? Iddejjaqt ngħix hekk. Mhux titilqu... Dak ir-raġel tiegħi,kif tridni nitilqu, ħadt wegħda quddiem Alla. Ma nafx xi tridni ngħidlek Vi, ħa tħawwadni, trid niltaqgħu, imbagħad ma tridx, ma jimpurtakx minnu, imbagħad iddejjaqt miegħu ...iddeċiedi xi trid!
EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (It-tielet parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Violet:
Gian Marie:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
Violet:
Gian Marie:
Għamilt żball niġi hawn (tkun ser titlaq iżda Gian Marie jiġbidha) Iva ejja ’l hawn! Ejja ħa ngħannqek. (jgħannaqha miegħu u jbusha. Waqt li kienu qegħdin f’mument intimu, Carmelo l-pulizija kien għaddej minn ħdejhom. Għall-bidu ma tax kas, imma mbagħad intebaħ li dik kienet il-mara tal-ħabib tiegħu! Imbarazzat, ħaffef il-pass u baqa’ sejjer. Gian Marie induna li Violet kien ġralha xi ħaġa, pruvat tistaħba warajh... Mhux ir-raġel hux? Le mhux ir-raġel!! Imma jafu! Lir-raġel? Iva jafu lil Johnny; qegħdin fis-servizz flimkien. Imma taħseb li rak?
Mhux bilfors rani, mhux aħna biss hawn, minn magħna għadda ta! Imma ngħidlek m’għarfekx ta f’dan id-dlam. Fejn naf x’għamel! Kieku kien jieqaf! Jien naf kienx jieqaf. Iva kkalma.
Kollu tort tiegħi, jien ġibtu dan l-inkwiet. Issa tgħaġġibhomx. Fuq kollox forsi ma għarfekx. Nispera, nispera għax żgur jgħidlu. Mhux affarih x’tagħmel il-mara ta’ sieħbu, xi tridu jgħidlu. Eh le. Kieku inti tara t-tfajla ta’ sieħbek ma’ ieħor ma tgħidlux? Forsi le....skont!! (Dak il-ħin kien imbeżża’ ma kienx jaf x’ser jaqbad iweġibha. Konfuż għall-aħħar imma prova jikkalma lil Violet) Fik ħabib! Xempju tal-irġulija! Iktar jien ...ma’ biċċa tifel. Eh eħe! (ħassu insultat u ħabat ser jitlaq, imma Violet ġriet warajh u għannqitu minn wara) Iva skużani, naf li qed inparla fil-vojt. Imma qed nibża’. Jekk għarafni żgur ħa jgħidlu. Tridni nkellmu jien lil dan? X’tagħmel? Mela ġġennint? Allura sewwa qed ngħidlek, nistennew u naraw, forsi ma ra xejn fuq kollox! It-tnejn li huma kienu mħassbin mhux ftit fuq din il-biċċa tax-xogħol! Fid-dar ta’ Lilly kien hemm Alvio waħdu, jiekol biċċa ħobż. Waqt li kien qiegħed fil-kċina lemaħ karta mgħaffġa u mqattgħa mid-djarju ta’ Lydia, li kien irnexxielu jqatta’ meta ġġieldu. Ġabarha u għamilha lixxa biex jaqra x’kien fiha miktub, tbissem u refa’ l-karta fil-but tiegħu. Dil-karta mqattgħa tibqa’ mqattgħa għal dejjem għax meta kienet qed taqra Sylvana sabitha mċarrta wkoll. Tgħid x’kien fiha? Tgħid Sylvana u Julia ser isiru jafu min hi din Lydia?