8 minute read

L-Aktar 10 Pajjiżi li qed jissemmew

INGILTERRA

Rekord fi Grupp A L8 R7 D0 T1 F37 K6

Advertisement

L-aqwa skorer fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni

Harry Kane (12) L-aħjar UEFA EURO it-tielet post (1968) UEFA EURO 2016 round tal-aħħar 16, tilfu 1-2 kontra l-Iżlanda

Coach: Gareth Southgate Il-manager Ingliż jibqa’ mfakkar l-iktar għas-semi-finali ta' EURO '96 meta kien tilef penalty deċisiv, għalkemm qed jidher li qed jerġa' jqajjem il-fortuni ta' pajjiżu mid-dugout bħala coach.

Player ewlieni: Harry Kane Il-captain ta’ pajjiżu u skorer prolifiku, Kane jibqa’ integrali għall-pjanijiet ta’ Southgate minkejja l-inklużjoni ta’ attakkanti żgħażagħ fl-iskwadra Ingliża.

Player li wieħed għandu jżomm ħarstu fuqu: Jadon Sancho L-Ingilterra bla dubju ma kellhomx player wara Wayne Rooney li għamel avvanzi veloċi fl-iżvilupp tiegħu f'età daqshekk żgħira daqs dan il-player. Sancho qed ikompli jimmatura u juri l-ħiliet tiegħu ma’ Borussia Dortmund.

Kont taf?

It-Three Lions għamlu serje ta’ 43 partita mingħajr telfa konsekuttiva fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew u t-Tazza tad-Dinja sat-telfa ta’ Ottubru 2019 kontra r-Repubblika Ċeka.

FRANZA

Rekord fi Grupp H P10 W8 D1 L1 F25 A6

L-aqwa skorer fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni

Olivier Giroud (6) L-aħjar UEFA EURO rebbieħa (1984, 2000) UEFA EURO 2016 finalisti, tilfu 0-1 kontra l-Portugall

Coach: Didier Deschamps Deschamps mexxa lil Les Bleus għar-rebħa tat-Tazza tad-Dinja tal-1998 u l-EURO 2000. Il-coach ta' Franza, li ilu jokkupa din il-kariga mill-2012, mexxiehom ukoll għallglorja tat-Tazza tad-Dinja fl-2018 u jista' jassigura t-tieni doppjetta internazzjonali tal-karriera tiegħu f'EURO 2020.

Player ewlieni: Antoine Griezmann L-influwenza tal-aqwa player u l-aqwa skorer tal-EURO 2016 fit-team approfondiet biż-żmien; huwa skorja tliet goals u provda seba’ assists fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għallEURO 2020, u minn dakinhar qabeż lil Zinédine Zidane fil-klassifika tal-aqwa skorers ta' kull żmien ta' Franza.

Player li wieħed għandu jżomm ħarstu fuqu: Clément Lenglet Id-difensur ċentrali stabbilixxa ruħu ma’ Barcelona u, wara li għamel id-debutt tiegħu mat-team tal-kbar ta’ Franza f’Ġunju 2019, issa jidher li se jkun l-ewwel għażla flimkien ma’ Raphaël Varane fil-qalba tad-difiża ta’ Deschamps.

Kont taf?

Franza se tkun qed tieħu sehem fit-13-il kampjonat maġġuri konsekuttiv. Huma ma tilfux edizzjoni mit-Tazza tad-Dinja tal-1994, u laħqu ħames finali matul dan iż-żmien, u rebħu tlieta minnhom.

BELĠJU

Rekord tal-Grupp I L10 R10 D0 T0 F40 K3

L-aqwa skorer fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni

Romelu Lukaku (7) L-aħjar UEFA EURO runners-up (1980) UEFA EURO 2016 kwarti tal-finali, tilfu 1-3 kontra Wales

Coach: Roberto Martínez Ex Midfielder Spanjol li għamel isem fil-football Ingliż, Martínez ilu fit-tmexxija tal-Belġju sa mill-2016.

Player ewlieni: Kevin De Bruyne L-aqwa midfielder tal-UEFA Champions League għallistaġun 2019/20 skorja erba’ goals u provda seba' assists f'sitt partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO. Il-player ewlieni ta' Roberto Martínez provda 20 assist fil-Premier League għal Manchester City fl-istaġun 2019/20, biex laħaq irrekord ta' Thierry Henry fil-kampjonat.

Player li wieħed għandu jżomm ħarstu fuqu: Youri Tielemans Dan il-player ta’ 23 sena f’team mimli talent stabbilit huwa wkoll il-midfielder versatili ta’ Leicester li għandu xutt velenuż mid-distanza, biex ma nsemmux distribuzzjoni kbira.

Kont taf?

Ir-Red Devils jinsabu fl-ewwel post tar-rankings uffiċjali tal-FIFA.

SPANJA

Rekord fi Grupp F L10 R8 D2 T0 F31 K5

L-aqwa skorers fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni

Álvaro Morata, Sergio Ramos, Rodrigo (4) L-aħjar UEFA EURO rebbieħa (1964, 2008, 2012) UEFA EURO 2016 round tal-aħħar 16, tilfu 0-2 kontra l-Italja

Coach: Luis Enrique Luis Enrique warrab mill-kariga ta’ coach f'Ġunju 2019 għal raġunijiet personali iżda rritorna fil-kariga f'Novembru ta' wara, wara li l-kwalifikazzjoni kienet ġiet konkluża. Qabel kien iggwida lil Barcelona għall-glorja tal-UEFA Champions League fl-2015.

Player ewlieni: Sergio Ramos Il-player li jżomm id-difiża magħquda, il-player li lagħab l-ikbar ammont ta’ partiti għal Spanja u jinsab ukoll fost l-aqwa għaxar skorers tagħhom, fosthom minħabba li huwa l-player li jinkariga ruħu mill-penalties.

Player li wieħed għandu jżomm ħarstu fuqu: Ansu Fati L-attakkant ta’ Barcelona kiser rekord ta’ 95 sena meta sar l-iżgħar skorer ta’ Spanja, meta niżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers fir-rebħa ta’ 4-0 f’Settembru li għadda fil-UEFA Nations League kontra l-Ukrajna ta’ 17-il sena u 311 jum.

Kont taf?

Spanja huwa l-uniku team li ddefenda b'suċċess it-titlu talEURO, fl-2012.

ĠERMANJA

Rekord fi Grupp C L8 R7 D0 T1 F30 K7

L-aqwa skorer fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni

Serge Gnabry (8) L-aħjar UEFA EURO rebbieħa (1972, 1980, 1996) UEFA EURO 2016 semi-finali, tilfu 0-2 kontra Franza

Coach: Joachim Löw L-aqwa skorer ta’ kull żmien ta’ Freiburg, Löw ilu coach tal-Ġermanja mill-2006 u ispirahom għall-glorja tat-Tazza tad-Dinja fl-2014.

Player ewlieni: Toni Kroos Wieħed mill-ftit veterani tar-rebħa tat-Tazza tad-Dinja fl-2014 li fadal fi skwadra żagħżugħa, Kroos huwa player eċċezzjonali li jiddetta l-logħob tal-Ġermanja.

Player li wieħed għandu jżomm ħarstu fuqu: Kai Havertz Dotat b'viżjoni mill-aqwa waqt li jibqa’ kalm anke taħt pressjoni, Havertz qed jitqies bħala wieħed mill-prospetti sbieħ għall-futur tat-team nazzjonali tal-Ġermanja.

Kont taf?

Dan it-tournament se jkun is-26 wieħed maġġuri (Tazza tad-Dinja jew EURO) konsekuttiv għall-Ġermanja.

PORTUGALL

Rekord fi Grupp B L8 R5 D2 T1 F22 K6 L-aqwa skorer fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni Cristiano Ronaldo (11) L-aħjar UEFA EURO rebbieħa (2016) UEFA EURO 2016 rebbieħa

Coach: Fernando Santos Fernando Santos ikkowċja t-tliet clubs il-kbar tal-Portugall, Porto, Benfica u Sporting CP, u ħa t-tmexxija tat-team nazzjonali fl-2014 wara esperjenza qasira bħala coach tal-Greċja. Huwa mexxiehom għas-suċċess fl-EURO 2016 u l-ewwel edizzjoni tal-UEFA Nations League.

Player ewlieni: Cristiano Ronaldo L-aktar player li qatt lagħab mal-Portugall u l-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-istess team għandu 36 sena u fl-EURO 2020 se jkun qed ifittex li jikseb tragward partikolari: dak li jkun l-aqwa skorer ta’ din il-kompetizzjoni hekk kif qatt ma rnexxielu jagħmel dan waqt edizzjoni tal-kampjonati Ewropej u lanqas waqt it-Tazza tad-Dinja.

Player li wieħed għandu jżomm ħarstu fuqu: João Félix Attakkant ta' ħila maestuża, il-player ta' Atlético Madrid huwa stilla oħra li jkompli jsaħħaħ team nazzjonali Portugiż diġà mimli talent. Huwa għamel id-debutt mat-team tal-kbar ta' 19-il sena fil-kampanja trijonfanti tal-Portugall fil-UEFA Nations League fl-2019.

Kont taf?

It-telfa f’Ottubru 2019 kontra l-Ukrajna kienet l-ewwel waħda li sofrew il-Portugall taħt il-gwida tal-coach Fernando Santos f’logħba tal-EURO (jew aħjar Nations League) – f’partita ta’ kwalifikazzjoni jew tournament finali Ewropew – sa mill-ħatra tiegħu f’Settembru 2014. L-uniċi telfiet tiegħu fil-passat kienu fit-Tazza tad-Dinja.

OLANDA

Rekord fi Grupp C L8 R6 D1 T1 F24 K7 L-aqwa skorer fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni Georginio Wijnaldum (8) L-aħjar UEFA EURO rebbieħa (1988) UEFA EURO 2016 ma kkwalifikawx

Coach: Frank de Boer De Boer ħa post l-ex sieħbu Ronald Koeman li ngħaqad ma’ Barcelona f’Settembru 2020 wara li qabel kien ikkowċja lil Ajax, Inter, Crystal Palace u Atlanta United.

Player ewlieni: Memphis Depay L-Oranje għandhom attakk b’saħħtu iżda ħafna mill-piż talattakk jaqa' fuq l-iskorer prolifiku ta' Lyon, atleta mill-aqwa li għandu sieq leminija li ma taħfirx.

Player li wieħed għandu jżomm ħarstu fuqu: Frenkie de Jong Bil-kapaċità eċċezzjonali tiegħu li jżomm il-pussess, joħloq spazju, javvanza bejn il-linji u jibni l-attakki minn wara, De Jong sar il-metronomu ta' nofs il-ground tal- Oranje.

Kont taf?

L-Olandiżi ma rnexxilhomx jikkwalifikaw fil-EURO 2016 u t-Tazza tad-Dinja tal-2018. Din kienet l-itwal assenza tagħhom minn kompetizzjonijiet maġġuri minn nofs is-snin 80 – meta kienu mmarkaw ir-ritorn tagħhom billi rebħu l-EURO '88.

KROAZJA

Rekord fi Grupp E L8 R5 D2 T1 F17 K7 L-aqwa skorer fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni Bruno Petković (4) L-aħjar UEFA EURO kwarti tal-finali (1996, 2008) UEFA EURO 2016 round tal-aħħar 16, tilfu bl-iskor ta’ 0-1 wara l-ħin barrani kontra l-Portugall

Coach: Zlatko Dalić Ex midfielder li iżda qatt ma rrappreżenta lil pajjiżu, Dalić ħa f'idejh t-tmun tat-team mingħand Ante Čačić fl-2017 u mexxa lit-team għall-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2018. Player ewlieni: Luka Modrić Ir-rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb tal-2018 issa għeleb irrekord ta’ dehriet mat-team nazzjonali ta' 134 partita ta' Darijo Srna, hekk kif irrapreżenta lil pajjiżu 136 darba. Huwa mhux biss imexxi l-iskwadra iżda jistabbilixxi r-ritmu ta’ nofs il-ground bil-viżjoni, l-enerġija u l-pass preċiż tiegħu. Player li wieħed għandu jżomm ħarstu fuqu: Josip Brekalo Modern, veloċi u abbli, il-winger ta’ Wolfsburg qed jiffjorixxi taħt Dalić. F’logħbiet konsekuttivi f’Ottubru 2020, huwa skorja f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Iżvizzera, imbagħad provda assists kontra Franza u l-Iżvezja fil-UEFA Nations League.

Kont taf?

Il-Kroazja telgħet 122 post fil-klassifika tal-FIFA – mill-125 post sat-tielet post bejn l-1994 u l-1999.

DANIMARKA

Rekord fi Grupp B L8 R4 D4 T0 F23 K6 L-aqwa skorer fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni Christian Eriksen (5) L-aħjar UEFA EURO rebbieħa (1992) UEFA EURO 2016 ma kkwalifikatx

Coach: Kasper Hjulmand Maħtur biex jieħu post Åge Hareide wara l-finali skedati oriġinarjament, l-ex coach ta' Nordsjælland ħa t-tmun tatteam xorta waħda f'Lulju 2020. Player ewlieni: Christian Eriksen B’100 partita mat-team nazzjonali, dan il-player ta’ 28 sena huwa fost l-aqwa midfielders avvanzati fid-dinja, player tekniku li jagħmel id-differenza mad-Danimarka. Player li wieħed għandu jżomm ħarstu fuqu: Mikkel Damsgaard Damsgaard huwa player b'don tekniku, b'viżjoni kbira u b’ħiliet eċċezzjonali fl-attakk. Għad għandu biss 20 sena, u qed jagħmel isem għalih barra minn pajjiżu – ma' Sampdoria fis-Serie A – u huwa wkoll player importanti fit-team nazzjonali.

Kont taf?

Id-Danimarka naqset milli tikkwalifika għall-EURO '92 iżda ngħataw il-permess li jieħdu sehem għaxart ijiem qabel ma bdiet il-kompetizzjoni wara li l-Jugoslavja kienu ġew esklużi, biex finalment irnexxielhom jirbħu l-istess kompetizzjoni.

ITALJA

Rekord fi Grupp J L10 R10 D0 T0 F37 K4 L-aqwa skorer fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni Andrea Belotti (5) L-aħjar UEFA EURO rebbieħa (1968) UEFA EURO 2016 kwarti tal-finali, tilfu 5-6 kontra l-Ġermanja bil-penalties wara draw ta’ 1-1

Coach: Roberto Mancini Wieħed mill-aqwa attakkanti tal-ġenerazzjoni tiegħu, għalkemm qatt ma kellu xorti mal-Azzurri, Mancini huwa ħerqan li jagħmel isem bħala coach internazzjonali wara li rebaħ trofej ma’ clubs fl-Italja, l-Ingilterra u t-Turkija. Player ewlieni: Marco Verratti Bħall-coach tiegħu, dan il-midfielder għad irid jirreplika l-forma mal-club tiegħu mat-team nazzjonali. L-istil ta’ football ta’ Mancini, li huwa bbażat fuq il-pussess, madankollu, jidher li huwa perfett għal dan il-player ta’ PSG. Player li wieħed għandu jżomm ħarstu fuqu: Gianluigi Donnarumma Ta’ 21 sena, il-goalkeeper Donnarumma diġà jista’ jitqies bħala veteran, wara li ilu snin jilgħab mal-ewwel team ta’ AC Milan, iżda għandu post kbir x’jimla hekk kif jidher li se jkun qed jieħu post Gianluigi Buffon.

Kont taf?

Il-kampanja ta’ kwalifikazzjoni kollha rebħ tal-Italja għallEURO intemmet b’rebħa ta’ 9-1 kontra l-Armenja f’Palermo. Kienet il-11-il rebħa konsekuttiva tagħhom li huwa rekord, u tathom għaxar rebħiet f'sena kalendarja għall-ewwel darba. Goal ieħor u kienu jiskbu l-akbar rebħa tagħhom fl-istorja wara dik ta’ 9-0 kontra l-Istati Uniti fl-1948.

This article is from: