GWIDA SpeĊjali
L-AKTAR 10 PAJJIŻI LI QED JISSEMMEW! INGILTERRA
FRANZA
Coach: Gareth Southgate Il-manager Ingliż jibqa’ mfakkar l-iktar għas-semi-finali ta' EURO '96 meta kien tilef penalty deċisiv, għalkemm qed jidher li qed jerġa' jqajjem il-fortuni ta' pajjiżu mid-dugout bħala coach.
Coach: Didier Deschamps Deschamps mexxa lil Les Bleus għar-rebħa tat-Tazza tad-Dinja tal-1998 u l-EURO 2000. Il-coach ta' Franza, li ilu jokkupa din il-kariga mill-2012, mexxiehom ukoll għallglorja tat-Tazza tad-Dinja fl-2018 u jista' jassigura t-tieni doppjetta internazzjonali tal-karriera tiegħu f'EURO 2020.
Rekord fi Grupp A L8 R7 D0 T1 F37 K6 L-aqwa skorer fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni Harry Kane (12) L-aħjar UEFA EURO it-tielet post (1968) UEFA EURO 2016 round tal-aħħar 16, tilfu 1-2 kontra l-Iżlanda
Player ewlieni: Harry Kane Il-captain ta’ pajjiżu u skorer prolifiku, Kane jibqa’ integrali għall-pjanijiet ta’ Southgate minkejja l-inklużjoni ta’ attakkanti żgħażagħ fl-iskwadra Ingliża. Player li wieħed għandu jżomm ħarstu fuqu: Jadon Sancho L-Ingilterra bla dubju ma kellhomx player wara Wayne Rooney li għamel avvanzi veloċi fl-iżvilupp tiegħu f'età daqshekk żgħira daqs dan il-player. Sancho qed ikompli jimmatura u juri l-ħiliet tiegħu ma’ Borussia Dortmund. Kont taf? It-Three Lions għamlu serje ta’ 43 partita mingħajr telfa konsekuttiva fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew u t-Tazza tad-Dinja sat-telfa ta’ Ottubru 2019 kontra r-Repubblika Ċeka.
Rekord fi Grupp H P10 W8 D1 L1 F25 A6 L-aqwa skorer fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni Olivier Giroud (6) L-aħjar UEFA EURO rebbieħa (1984, 2000) UEFA EURO 2016 finalisti, tilfu 0-1 kontra l-Portugall
Player ewlieni: Antoine Griezmann L-influwenza tal-aqwa player u l-aqwa skorer tal-EURO 2016 fit-team approfondiet biż-żmien; huwa skorja tliet goals u provda seba’ assists fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għallEURO 2020, u minn dakinhar qabeż lil Zinédine Zidane fil-klassifika tal-aqwa skorers ta' kull żmien ta' Franza. Player li wieħed għandu jżomm ħarstu fuqu: Clément Lenglet Id-difensur ċentrali stabbilixxa ruħu ma’ Barcelona u, wara li għamel id-debutt tiegħu mat-team tal-kbar ta’ Franza f’Ġunju 2019, issa jidher li se jkun l-ewwel għażla flimkien ma’ Raphaël Varane fil-qalba tad-difiża ta’ Deschamps. Kont taf? Franza se tkun qed tieħu sehem fit-13-il kampjonat maġġuri konsekuttiv. Huma ma tilfux edizzjoni mit-Tazza tad-Dinja tal-1994, u laħqu ħames finali matul dan iż-żmien, u rebħu tlieta minnhom.
GWIDA Ġunju 2021 43