1 minute read
Lil min ser tkun qed tagħti sapport?
from GWIDA JUNE 2021
UEFA EURO 2020 DALWAQT MAGĦNA!
Lil min ser tkun qed tagħti sapport?
Advertisement
Minn Cristian Muscat
Il-kampjonat tal-UEFA Euro 2020 dalwaqt magħna u skedat li jibda fil-11 ta' Ġunju u jispiċċa fil-11 ta' Lulju. Dan qed isir din is-sena wara li s-sena l-oħra ġie mħassar minħabba l-pandemija. L-Euro 2020 huwa skedat li jsir madwar 12-il belt Ewropea iżda din id-darba, bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-Covid-19 ser jidħlu fis-seħħ bidliet fil-mod kif jopera dan l-avveniment sportiv, fosthom permezz ta’ protokolli ta’ iġjene, soluzzjonijiet ta’ teknoloġija ġdida u regoli dwar l-imġieba tal-partitarji.
Partitarji li se jsegwu l-kampjonat mid-dar jistgħu jistennew esperjenza aktar integrata u personalizzata. Din se tkun l-ewwel darba li l-kampjonat Ewropew se jkun qed jintlagħab f'diversi bliet madwar l-Ewropa. Ser ikun interessanti wkoll li wieħed jara kif ix-xandara f'kull pajjiż jadattaw għall-isfidi ppreżentati mill-Covid-19 u l-implikazzjonijiet potenzjali tal-ivvjaġġar li jistgħu jinqalgħu.
Jekk ix-xandara se jkunu mġiegħla jippreżentaw millbogħod, kif se jżommu dak is-sens ta’ eċċitament li tradizzjonalment jinbena waqt kampjonat tal-futbol maġġuri? It-tweġiba: se jkollhom bżonn jaħdmu iktar biex iżommu spettaklu għall-partitarji d-dar.
Din hija opportunità kbira biex wieħed jara l-futbol f'dawl ġdid u, miegħu, jattira udjenza ġdida u potenzjalment aktar diversa. Int lil min ser tkun qed tagħti s-sapport tiegħek f’dan il-kampjonat?