2 minute read
Tagħrif dwar iż-żodjaku ta' Gemini
from GWIDA JUNE 2021
IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON
Tagħrif dwar iż-żodjaku ta’ Gemini
Advertisement
It-tielet żodjaku għal dan il-kalendarju żodjaku 2021-2022 huwa dak ta’ Gemini. Dan hu meqjus bħala l-ikbar żodjaku fl-oroskopju. Il-kalendarju żodjaku huwa maqsum bejn sitt żodjaki kbar u sitt żodjaki żgħar li imbagħad jerġgħu jinqasmu f’erba’ elementi, u hawn ukoll, iż-żodjaku ta’ Gemini jinsab fl-akbar element; dak talarja. L-erba’ elementi huma l-arja, in-nar, l-art u l-ilma, u bla dubju l-arja hija l-aktar element imdawwar magħna.
Gemini beda l-Ġimgħa 21 ta’ Mejju u jintemm il-Ħadd 20 ta’ Ġunju (tajjeb wieħed jagħraf li hemm min isib dati differenti taż-żodjaki. Dan skont mil-liema kontinent ikun ġej u l-format tal-oroskopju! Dwar dan inwassal artiklu apposta sabiex ikun mifhum aktar. Qajjimt dan il-punt sabiex inwieġeb xi ittri li bgħattuli). L-element taż-żodjaku ta’ Gemini huwa dak tal-arja li fih jgħaqqad lil Gemini, Aquarius u Libra. Ovvjament wieħed jista’ jara kemm dan it-trio ta’ żodjaki huwa wieħed li joffri diversità.
Għaliex iż-żodjaku ta’ Gemini huwa meqjus bħala l-aktar żodjaku b’saħħtu? Fl-astroloġija, Gemini hu meqjus bħala ‘Suprimi’ (Supreme) għall-intelliġenza, għerf, komunikazzjoni, perfetti fil-gwidi li joffru, mentalment dejjem iffukati fuq proġetti jew ideat ġodda u huma ħafna motivati. Issib ukoll li dan iż-żodjaku ta’ Gemini għandu bħal bidla ta’ rutina kull ħames snin. Infatti hemm dak il-qawl Ingliż li jgħid, “Gemini are the travellers from nest to nest!”.
Hu approvat minn diversi xjentisti li min jitwieled taħt dan iżżodjaku bejn is-6 ta’ Ġunju u l-14 ta’ Ġunju jkollu sixth sense. Ta’ dawn il-Gemini partikolari, huwa żviluppat ferm aktar minn ta’ żodjaki oħra. Dan wara li saru diversi riċerki u studji fuq diversi persuni li ovvjament twieldu f’dawk id-dati. Is-simbolu ta’ Gemini jippreżenta “it-tewmin”, magħrufin filmitoloġija Griega bħala “Castor u Pollux”. Ommhom kienet il-goddess Athena li kellha l-qawwa tal-għerf, determinazzjoni fittmexxija u li qatt ma toħroġ telliefa iżda li tkun dejjem fuq in-naħa rebbieħa.
Fatti interessanti: dawk li jaqgħu taħt dan iż-żodjaku ma tantx iħobbu min jagħtihom ordnijiet; anzi l-oppost. Iħossu li huma għandhom il-kapaċità għat- tmexxija, huma magħrufin li d-dehra tagħhom hija dejjem żagħżugħa għax huwa fatt li bħal qisu li l-età ma tidhirx fihom. Joqogħdu ferm attenti u ffukati kif jidhru, magħrufin kemm huma soċjali u dan jagħmilhom ikunu mfittxija għall-kumpanija. Sigriet tista’ tafdah magħhom sal-mewt u magħrufin li jimxu mal-ħin. Dawn qatt ma jaċċettaw kritika, anzi din iqisuha bħala attakk fuq il-personalità tagħhom. Dawn jinġibdu ħafna lejn id-dinja tal-maġija, l-ispirtwalità, il-misteri u l-meditazzjonijiet. Dawn kapaċi jwassluk fejn int tkun tixtieq grazzi għall-ideat u l-gwida profonda tagħhom.
Il-Ħamis 10 ta’ Ġunju ser ikun hemm it-tielet new moon għal dan il-kalendarju żodjaku li ser ikun qed iwassal għal aktar fokus fuq il-karriera jew il-ħidma partikolari tagħhom, tkabbir fil-ħiliet tal-komunikazzjoni mal-oħrajn, għarfien ta’ ħin għall-benefiċċju tagħhom, kif ukoll ser ikunu qed jisfruttaw dik l-enerġija għal aktar motivazzjoni u kreattività.
Personaġġi magħrufa maż-żodjaku ta’ Gemini: Marilyn Monroe, Clint Eastwood, Angeline Jolie, Xi Jinpring, Johnny Depp, Nicole Kidman, Liam Neeson, Prince Philip, Sir Paul McCartney, Morgan Freeman, Boris Johnson u John F. Kennedy, fost ħafna oħrajn.
L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta’ Gemini huwa dak tal-Erbgħa, waqt li l-jum li għandhom jevitaw hu l-Ġimgħa. Ix-xahar ideali hu Settembru, waqt li għandhom jevitaw Ottubru milli jagħmlu xi deċiżjonijiet importanti.
Il-kristalli ideali huma l-Onyx u Tiger’s eye. Id-dati ideali għaxxahar ta’ Ġunju huma s-7, it-13 u s-17; għaż-żodjaku tiegħek dawn id-dati jistgħu jkunu ferm importanti kemm għalik personali kif ukoll għall-madwar tiegħek, għalhekk agħraf dan! Jekk trid aktar informazzjoni fuq iż-żodjaki tista’ taqra l-ktieb li ppubblikajt, PaulJon bl-Oroskopju Għalik, jew inkella żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com
Namaste.