Editorjal
X’TISTA TIXTRI LIL MISSIEREK?
Jum il-missier daqt magħna! Wasal magħna Jum il-Missier. Dan il-jum iddedikat lillmissirijiet kollha jiġi ċċelebrat f’Malta nhar il-Ħadd 20 ta’ Ġunju. F’pajjiżi differenti madwar id-dinja dan il-jum jiġi ċċelebrat fi ġranet differenti. Kemm fl-Italja, fi Spanja u anke fil-Portugall, Jum il-Missier huwa ċċelebrat fil-festa ta’ San Ġużepp, fid-19 ta’ Marzu, u dan għaliex San Ġużepp huwa wkoll il-patrun qaddis tal-missirijiet. Jum il-Missier huwa wieħed mill-erba’ okkażjonijiet iċċelebrati madwar id-dinja tul is-sena fejn l-iktar li jintbagħtu kartolini, hekk kif jintbagħtu madwar 87 miljun kartolina. Qegħdin fil-ħin opportun sabiex nibdew naħsbu għal rigal li jolqot il-gosti jew il-bżonnijiet ta’ missierna. Nagħmlu dan bħala ġest sabiħ u li bla dubju jqanqal ferħ u tbissima ta’ apprezzament fil-ġurnata ddedikata lilu, anke jekk forsi jistħi jew wiċċu bħal jiħmar xi ftit hekk kif nagħtuh ir-rigal. Żgur li jieħu pjaċir b’rigal, anke jekk wieħed sempliċi, u fuq kollox bil-preżenza tagħna. Ser nagħtikom xi ftit ideat ta’ rigali li tistgħu tixtru lokalment, minn rigali għal kull età, sa rigali personalizzati li jolqtu l-gosti kollha. Lokalment insibu rigali adattati għal kull missier u jistgħu jkunu wara l-bieb tagħna mil-lum għal għada. Nistgħu naraw x’għodda hawn fis-suq, jekk hu jiddelitta f’dawn l-affarijiet. Tajjeb li qabel, nippruvaw niġbru xi
tagħrif u nitkixxfu missierna x’jixtieq, jew x’ra hu fis-suq li interessah jew semma li għandu bżonn. Forsi hemm xi għodda partikolari, jew jixtieq l-aħħar oġġett sabiex jgħaqqad sett ta’ għodda li huwa tant għal qalbu. Fillokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex hawn ħwienet u stabilimenti armati sew bl-aħħar għodda, bi prezzijiet tajbin u b’xelta vasta, u fuq kollox b’servizz mill-aqwa fejn inti malajr malajr jirnexxilek takkwista dak ir-rigal speċjali. U żaqqu min ma jħobbhiex ? Nissuġġerixxi li lil dak ilmissier li jħobb xi ħaġa ħelwa, ngħidu aħna għal wara l-ikel pereżempju, tixtrilu xi kaxxa ċikkulatini, jew inkella xi ikel jew xorb magħmul lokalment. Insibu diversi prodotti ta’ għamla artiġjanali, magħmulin minn Maltin. Għal dawk il-missirijiet li jħobbu jżanżnu xi qmis, xi flokk, jew xi qalziet ġdid, induru ftit fil-ħwienet favoriti tiegħu, u nsibu xi tibdila speċjali għalih. Jekk naħsbu li jkun aħjar jekk jagħżel hu dak li jixtieq, nistgħu minflok nagħmlu vawċer. Il-familja tista’ tingħaqad ilkoll flimkien u kulħadd joħroġ issehem tiegħu. Proprju kif semmejna l-vawċer għall-ħwejjeġ, lokalment wieħed jista’ jagħmel vawċer minn diversi stabilimenti, u mhux minn stabilimenti tal-ħwejjeġ biss. Possibilment wieħed jista’ jagħti lil missieru vawċer sabiex jieħu ħsieb id-dehra tiegħu. Diversi ħwienet tax-xagħar u barbiera, u anke stabilimenti li joffru prodotti jew servizzi ta’ sbuħija, jaċċettaw il-vawċers. B’hekk wieħed għandu
GWIDA Ġunju 2021
51