GWIDA MAY 2021

Page 15

Storja Prinċipali

ALEXIA CHUKUNYERE

Omm Destiny

Peress li Mejju hu x-xahar iddedikat lill-ommijiet kollha ma stajniex ma nitkellmux ftit m’omm Destiny li bħalissa min jaf kemm għandha eċitament għall-prestazzjoni tant mistennija ta’ Destiny fil-Eurovision. Ser niħdok lura fiż-żmien meta sirt taf li inti tqila b’Destiny. Tiftakar kif kienet ir-reazzjoni tiegħek? Destiny kienet l-ewwel wild tiegħi u tal-familja, u jien kont ħerqana biex nara lil din it-tarbija f’idejja. Kelli lil Destiny ta’ 20 sena u mill-ewwel ħassejt sens ta’ responsabilità kbira. Kien żmien sabiħ ħafna u jkollok ħafna aspettattivi għax kollox ikun ġdid għalik. Niftakar meta twieldet Destiny kienet tibki ħafna ħafna! Il-ferħ li ġabet kien indeskrivibbli. Il-ferħ li ġabet lillġenituri tiegħi kien bla qies. Trid tqis li kienet l-ewwel neputija tagħhom.

ser tkanta l-iskola. Kont għedtilha, “x’inhu?”... Missierha wkoll stagħġeb. Hi kienet ikkonvinċietna li kienet taf tkanta u li kienet ser turina. Niftakarha fil-kantuniera tal-kċina u tkantali Caro Gesu. Dak iż-żmien Destiny kienet Grade 2. Imbagħad Miss Maria Abdilla li hi l-vocal coach ta’ Destiny (dak iż-żmien kienet l-għalliema tal-kant) kienet rat it-talent tagħha. Ta’ 10 snin, Destiny bdiet tkanta. Imma minn dejjem kienet tħobb tferraħ lin-nies. Jien nemmen li kulħadd għandu talent partikolari u Destiny ġiet biex tferraħ lil kulħadd bil-vuċi stupenda tagħha. Nemmen li d-destin ta’ Destiny hu li tagħti s-saħħa lil dak li jkun bil-vuċi tagħha.

Kif għażiltu l-isem Destiny? Jien u r-raġel tiegħi Ndubisi konna morna n-Niġerja fl-1999. Fit-tieni lejl konna ħriġna u smajna kanzunetta li kien jisimha Destiny ta’ Buju Banton. Kanzunetta b’tifsira, b’lirika qawwija u b’saħħitha. Meta konna smajnieha kont għedtlu li għoġbitni ħafna u jekk ikollna tifla nsemmuha Destiny. Ir-raġel għoġbitu mill-ewwel u qabel! Minn kanzunetta ħarġet Destiny!

Naf kemm Destiny għandha relazzjoni speċjali mannanna tagħha. Tgħidilna aktar fuqha... Kif miet missieri, Destiny kienet ta’ wens kbir għal ommi. Għal ommi qisha t-tifla tagħha milli n-neputija, u jinħabbu bi mħabba kbira. Destiny tgħix man-nanna u tieħu ħsiebha, baqgħet billegat tal-papà. Il-papà kien ifisser kollox għaliha. Ommi jkollha x’tagħmel ħafna biha imma ferħana ser ittir. Bħalissa peress li ma tantx qed jiltaqgħu minħabba s-safar ta’ Destiny, il-ħin kollu ċċemplilha, tibgħatilha u dejjem tara li ma jonqosha xejn.

Kif indunajtu li Destiny taf tkanta? Binti dejjem kienet tiċċaqlaq, dejjem titla’ fuq il-mejda u tkanta. Aħna konna niggustawha! Darba ġiet fil-kċina u qaltli li kienet

X’qalet il-mamà fuq Je Me Casse? Għoġbitha ħafna ħafna! It-tnejn tħobbhom imma din wisq speċjali! GWIDA Mejju 2021

15


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.