GWIDA MEJJU 2021
fuq kollox u fuq kulħadd
GWIDA IKBAR, ISBAĦ U B’AKTAR PAĠNI KULL L-EWWEL ĦADD TAXXAHAR! U TISTA’ TIRBAĦ
GWIDA. mt
€1.95
€1,000!
DESTINY, L-MAMA’ U N-NANNA
Nitkellmu b’mod esklussiv ma’ Destiny, ommha u n-nanna fuq ir-relazzjoni tagħhom u l-Eurovision!
Editorjal
2
GWIDA Mejju 2021
Editorjal
GWIDA Mejju 2021
3
4
GWIDA Mejju 2021
EDITUR Anthony M Baldacchino DIRECTOR OF SALES & OPERATIONS Lindsey Napier DISINJATUR James Debono QARREJJA TAL-PROVI Nicole Sammut SALES MANAGER TALPUBBLIKAZZJONI Jessica Spiteri Catania BRAND SALES EXECUTIVE Wanaha Camilleri OPERATIONS & CLIENT RELATIONSHIP MANAGER Elena Dimech RITRATT TAL-ISTORJA PRINĊIPALI Matthew Cutajar – iCam Photography EMAIL info@gwida.mt SIBNA FUQ FACEBOOK @Gwida.mt SIT UFFIĊJALI www.gwida.mt UFFIĊĊJU EDITORJALI, PUBBLIKATUR, UFFIĊĊJU GĦAR-REKLAMAR Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 TEL 2132 0713 PUBBLIKATUR
9. Intervista ma’ Destiny
KONTENUT GWIDA
MEJJU 2021
Storja Prinċipali
9. Intervista ma’ Destiny 15. Intervista m’omm Destiny; Alexia Chukunyere 19. Intervista man-nanna ta’ Destiny
Editorjal
55. Ix-xemx tagħtik il-flus – artiklu fuq enerġija alternattiva u sostenibbli 60. Taħlix ħin – lista ta’ korsijiet li tista’ tagħmel 63. Tfal jeħilsu lit-tfal – artiklu mill-MISSIO
Kompetizzjoni
21. Il-ħames kupun biex tkun tista’ tirbaħ €1000 fi flus kontanti 62. Tisliba bi premju 78. Kompetizzjoni oroskopju minn PaulJon
Skeda
26 – 34. Skeda ta’ programmi fuq l-istazzjonijiet lokali u barranin
Intervisti oħra
22. Intervista mal-preżentatriċi u omm Stephanie Spiteri 37. Intervista mal-influencer Raisa ta’ My Trio 43. Intervista mal-kantanta li dalwaqt ser issir omm Raquel Galdes
Skript © Content House 2021 Id-drittijiet huma kollha riservati. Riproduzzjoni tar-rivista jew parti minnha hu pprojbit mingħajr permess speċjali u bil-kitba. L-opinjonijiet inklużi fil-GWIDA mhux neċessarjament huma dawk talEditur jew tal-Pubblikatur. Minkejja li kull attenzjoni raġjonevolittieħdet biex il-magażin ikun korrett u komplut, l-Editur u l-Pubblikatur mhumiex responsabbli għal żbalji u nuqqasijiet fl-artikli, reklamar, ritratti u stampi.
GWIDA tkun għall-bejgħ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.
67. Strada Stretta: Episodju 6/ L-ewwel Staġun: It-Tieni Parti
Riċetti
73. Riċetta ta’ Manuel Xuereb – Frittata tal-għaġina 75. Riċetta t’Anton B. Dougall – Farfalle bis-salamun
Oroskopju
77. Tagħrif dwar iż-żodjaku Taurus minn PaulJon 78. Iż-żodjaku ta’ dan ix-xahar
GWIDA Mejju 2021
5
Storja Prinċipali
L-ITTRA TAL-EDITUR Anthony M. Baldacchino - Editur ta' GWIDA Għeżież qarrejja, Għal xi raġuni kemm hu sabiħ tpoġġi ftit fil-kwiet, jew tal-inqas tagħmel ħiltek sabiex issib rokna l-bogħod mill-istorbju, millġenn, mid-diskors, u xi kultant anka xi ftit il-bogħod minn dawk ta’ madwarek, għalfejn le wara kollox. Għalkemm sibt rokna f’kamra fil-kwiet, fil-bogħod nisma il-ħoss tat-televixin, u tal-ilma tad-doċċa, pero’ ġewwa fiha xorta waħda nħoss li f’dan il-mument qiegħda biss miegħi nnifsi. Li tpoġġi ftit miegħek innifsek u mal-ħsibijiet tiegħek mhux għax hemm nuqqas ta’ xi ħaġa jew oħra. Waħdek inti bniedem jew bniedma komplut jew kompluta. Forsi hawn min jaħseb li dawn l-affarijiet bla valur jew li minnhom m’inti ser takkwista xejn. Ma naqbilx. Takwista lilek innifsek, tistaqsi lilek innifsek u ssir tħobb lilek innifsek u kif ukoll tagħraf tieħu pjaċir miegħek innifsek propju meta tkun fil-kumpanija tiegħek biss. Biss. Kelma qasira pero’ b’ħafna valur. Jekk nagħrfu nħarsu lejha bir-reqqa naraw li minnha nistgħu nieħdu ħafna. Xi tfisser ? Xi rridu ngħidu biha ? Kemm il-darba smajna li hija fin-natura tal-bniedem li dejjem irid iktar, jew li qatt ma huwa kuntent b’li għandu. Pero’ tisma lil min jgħid ukoll li min għandu ħafna ġid jew ħafna flus mhuwiex kuntent xorta waħda. Nistqarr li li kieku kull bniedem li għandu l-bżonnijiet bażiċi jagħraf kemm fil-verita’ huwa sinjur, kemm il-komunitajiet tagħna ikunu ħafna iżjed sereni u fil-paċi. Fil-paċi għaliex bħala individwi nagħrfu li fl-aħħar mill-aħħar dak li jgħodd huwa kif inħossni minn ġewwa u mhux kif nidher minn barra. Dak li jgħodd huwa xi tweġibiet nagħti lili nnifsi meta nsib ftit tal-ħin filkwiet u nitkellem ftit miegħi nnifsi u nistaqsi, kemm jien kuntent jew kuntenta? Il-kuntentizza kapaċi nnisluha fina nfusna permezz ta’ affarijiet sempliċi bħal xi tazza kafe’ kmieni filgħodu, mixja fin-natura waħedna jew ma’ xi ħadd speċjali għalina jew permezz ta’ ftit siegħat ta’ volontarjat f’xi santwarju tal-klieb jew tal-qtates fejn kull par għajnejn innoċenti ssibhom iħarsu lejk u fejn ma jkunx hemm kreatura waħda li hi waħda li ma turikx kemm hi kuntenta bil-preżenza tiegħek. Dan kollu jiena narah bħala investiment fik innifsek. Permezz ta’ dan
6
GWIDA Mejju 2021
l-investiment fik innifsek, ser tkun qed tħalli impatt u taffettwa b’mod san u pożittiv lil dawk ta’ madwarek. Qed tistaqsi għalfejn? Għaliex inti ser tkun qed tagħti lura bħal enerġija ħafifa u forsi mingħajr ħafna ħsibijiet ukoll. Ta’ madwarek ser iħossu li inti tinħass eħfef, naturali u ser iħossu li inti qed toffri spazju bla limiti għall-paċi, ferħ, kuntentizza u sempliċita’. Min bħalissa għaddej minn żmien diffiċli ser iħoss li dan kollu huwa biss reali għal min m’għandux inkwiet jew problemi. Xi diffikulta jew problema kulħadd ikollu, hawn min ilproblemi jiġru warajh ukoll bħal ma ngħidu. Huwa tajjeb li naħsbu ftit ukoll aħna bħala ndividwi kif u b’liema mod qegħdin nikkontribwixxu għal-episodji diffiċli fil-ħajja tagħna – jiġifieri nsibu ftit ħin fil-kwiet biex nistaqsu lilna nfusna x’qed nagħmlu sabiex nibdlu sitwazzjoni li maħniex kuntenti biha per eżempju jew li nsibu ftit ħin fil-kwiet sabiex naraw sitwazzjoni minn perspettiva iktar wiesa’. Ejja lkoll insibu ftit ħin fil-kwiet, anka jekk ħames minuti. Ħames minuti huma biżżejed biex wieħed jieħu ftit nifsijiet fil-fond u jitkellem ftit miegħu nnifsu forsi rigward x'seta' jagħmel differenti llum biex ma jweġġax bi kliemu jew b’għemilu lil dak jew lil ieħor, jew forsi kif seta' jkellem b’mod differenti lill-maħbuba jew maħbub tiegħu. Ħames minuti huma biżżejjed biex wieħed jieħu nifs ġdid u jagħraf li fil-ħajja inqas ma tikkomplika l-affarijiet iktar aħjar. Ħames minuti fil-kwiet huma biżżejjed biex inti tħoss differenza ġewwa fik. Anonimu Din ittra li rċivejt mingħand qarrejja tal-GWIDA u xtaqt li naqsamha magħkom. Jekk inti wkoll tixtieq tikteb fuq il-GWIDA ibgħatilna ittra indirizzata lili Anthony Baldacchino fl-indirizz; GWIDA, 3, Level 2, Mallia Buildings, Triq in-Negozju, Zone 3 Central Business District, Birkirkara, CBD 3010. Jew inkella ibgħatli email fuq info@gwida.mt
GWIDA Mejju 2021
7
Storja Prinċipali
DESTINY CHUKUNYERE
Ritratti: Matthew Cutajar
Il-Eurvision, il-familja u kurżitajiet oħra fuq Destiny!
Il-kantanta żagħżugħa Destiny ser tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li ser isir f'Rotterdam l-Olanda. Din is-sena, il-kanzunetta magħżula hi Je Me Casse li bil-Malti tfisser Jien tlaqt ’l hemm. Kanzunetta li tagħti vuċi lin-nisa fis-soċjetà u tħeġġiġhom jużaw il-vuċi tagħhom biex jaqbżu għad-drittijiet tagħhom. Din is-sena l-Eurovision ser isir fit-18, 20 u 22 ta’ Mejju, u ser jixxandar b’mod dirett fuq TVM. Destiny hija tfajla simpatika immens, għandha karattru ferrieħi u moħħha biex tieħu pjaċir u ġġiegħel lin-nies ta’ madwarha jieħdu pjaċir magħha. Fuq kollox tfajla li tħobb u tgħożż lill-għeżież tagħha, b’mod speċjali lin-nanna tagħha Monica. Tkellimna ma’ Destiny fuq ir-relazzjoni li għandha m’ommha u anke fuq il-parteċipazzjoni tal-Eurovision ta’ din is-sena. Destiny, ser tkun qed tipparteċipa fl-ewwel semifinali li fih ser jikkompetu 16-il pajjiż. Malta ser tkun qed tagħlaq dan il-festival. Tgħid kif jgħidu l-Ingliżi “save the best for last”? X’taħseb Destiny fuq din? Inħossni kuntenta ħafna ħafna li ser nagħlaq is-semifinali! Ma nistax niddeskrivi l-pjaċir li ħadt xħin rajt li ser inkanta fl-aħħar post. Vera emozzjoni sabiħa li ser nagħlaq ix-xow.
Ikollok aktar eċitament? Ovvja. Irrid nagħlaq ix-xow with a bang! In-nies ma tantx jemmnuni kemm neċita ruħi meta nitla’ fuq palk. Inħossni qisni persuna li ser inkanta għall-ewwel darba. Vera nibża’ u neċita ruħi, u ommi teħel ma’ rasi. Avolja ħadt sehem fi Britain’s Got Talent u fil-Junior Eurovision, ma tagħmilx effett? Xejn! Dawk sempliċi avvenimenti li kienu kbar ħafna u li għenuni nikber, imma anke jekk inkun ser inkanta fuq palk żgħir xorta nħossni ħa mmut bl-eċitament. Peress li rbaħt il-Junior Eurovision, meta ssiefer jagħrfuk? Meta kont il-Bulgarija iva, ir-receptionist ma waqafx iħares lejja! Meta rani induna mill-ewwel min jien u qishom
GWIDA Mejju 2021
9
Storja Prinċipali
tarahom ikunu aktar dħulin miegħek. Fl-aħħar ġurnata kien qalli li għarafni għax meta kont ħadt sehem fil-Junior kien jaħdem bħala taxi driver! Xħin wasalt l-ajruport bdejt nara ħafna nies jidħquli, naħseb għarfuni! Fil-music video ta’ Je Me Casse kellek xena partikolari mal-mudell Kyle li kien ħa sehem f’Liquorish. Ħafna min-nies bdew jaqbdu din ix-xena u jagħmluha f’ċajta (memes). Rajthom dawn? Iva rajthom u tad-daħk wisq! Kyle qagħad jibgħathomli kollha u bdejna nidħqu xħin naraw waħda ġdida. In-nies bdew jużaw lili mgħannqa ma’ Kyle biex juru affarijiet li ġraw vera. Il-kanzunetta għandha t-titlu bil-Franċiż imma int taf titkellem b’din il-lingwa? Le, xejn! Kien għalhekk li fil-lirika tal-kanzunetta daħħalt “Excuse my French” għax tista’ tfisser, jew għax tkun għedt xi ħaġa ħażina, jew litteralment biex jiskużawni għax il-Franċiż tiegħi mhux tajjeb. Biex ġibt dik il-frażi tajba għamilt xi xahar nipprattikaha! X’għedt xħin smajtha l-ewwel darba? Smajt ħafna kanzunetti, imma xħin smajt l-ewwel ftit noti indunajt mill-ewwel li din ser tkun l-għażla tiegħi. Kien hemm ħafna kanzunetti li ġew ippreżentati u jien flimkien mat-tim tiegħi, smajniehom kollha u kulħadd qabel li din għandha tkun l-għażla tagħna. Fuq il-music video kien hemm għexieren ta’ kummenti, imma l-aktar wieħed li spikka kien dan, “Destiny = If Lizzo, Beyonce and Christina Aguilera had a kid”, Rajtu? Dan għalija kumpliment kbir. Dawn it-tlieta huma kantanti li nammira ħafna. Wisq kumment sabiħ u ħassejtni onorata li qabbluni ma’ dawn l-artisti grandjużi. Il-kantanta Lizzo vera nammiraha, Beyonce hija reġina tal-mużika pop u Christina hija leġġenda oħra. Dan l-aħħar sifirt mhux ħażin bħala promozzjoni għall-kanzunetta. Kienet diffiċli għalik? Vera ħadt pjaċir u kelli bżonnha. Imma bżajt fuq l-ajruplan u l-ajruporti għax ma tantx ikun hemm distanza soċjali u kulħadd ħdejn xulxin. L-industrija tal-mużika barra minn Malta hi xi ħaġa li taffaxxinani immens, u meta sifirt iltqajt ma’ producers barranin li tgħallimt ħafna mingħandhom. 10 GWIDA Mejju 2021
Storja Prinċipali
Meta tkun imsiefra lil min timmissja l-aktar? Nimmissja ħafna lil ħija għax għandna relazzjoni close ħafna. Din is-sena ma kienx parti mill-music video. Qallek xi ħaġa? Tgħidx kemm qalagħli! Iddejjaq ħafna u kien qalli li mhux ser ikolli music video sabiħ daqs All of my love għax ma hemmx hu. Is-sena l-oħra kien vera ħa pjaċir li kien parti mit-tim. Peress li għaddejjin mill-pandemija, kull pajjiż li żżur u anke meta ffilmjajtu l-music video, min jaf kemmil swab test ħadt! Ħafna Ħafna! Ma niftakarx bl-amment kemm-il test għamilt. Ridt insiefer, ħadna swab qabel il-music video biex kulħadd ikun sigur. Qgħadna ħafna attenti matul ilpreparazzjoni kollha. Fil-ġbid tal-music video, irrispettajna d-distanza soċjali, u ħassejtni onorata li kelli tim iddedikat u vera ħa ħsieb lili u t-tim kollu biex kollox ikun perfett. Bżajt li xi darba tinstab pożittiva? Ovvjament tibża’ xi ftit. Qegħdin fi żmien bħal dan u xi ftit dubju jkollok. Però nemmen li jekk toqgħod attent m’għandekx għaliex tibża’. Ngħid għalija waqt dawn iżżminijiet qiegħda ħafna attenta u qed nipprova noqgħod mal-bubble tiegħi biss. Għandi għan u rrid nilħqu. Ħadd u xejn mhu ser iwaqqafni milli nagħmel il-ħolma tiegħi. Apparti minn hekk jien ngħix man-nanna u allura rrid nieħu ħsiebha sew.
Għaliex għażilt li toqgħod man-nanna? Ilni minn meta kont żgħira noqgħod man-nanna. Xtaqt nieħu ħsieb lin-nanna u n-nannu. Allura min jaf kemm immissjajtha int u ssiefer ’l hemm u ’l hawn? Immissjajtha ħafna u l-aktar li nimmissja hi li nqum filgħodu, immur ninħasel u sakemm nerġa’ nidħol fissodda, insib is-sodda lesta. Dik sabiħa ħafna, meta tkun waħdek trid tagħmel kollox int. In-nanna tibqa’ n-nanna u tieħu ħsiebi immens, apparti li tieħu paċenzja bija. Immur għandha għal kollox, biex tagħmilli l-ħwejjeġ, tgħinni niżbarazza, u xi pocket money ma jonqosx... X’tagħmel jekk tirbaħ? Jekk nirbaħ nibki ħafna għax naf li n-nannu mhux ser ikun hemm fuq il-palk miegħi. In-nannu ta’ spiss kien jgħidli li mhux ser jilħaqni nieħu sehem fil-Eurovision, allura żgur ser nibki għax niftakar fih. Kien vera xtaq jarani nieħu sehem! Wara mmur ngħannaq waħda miegħi lil ommi u lin-nanna. Persważi li Destiny qed tagħmel ħilitha kollu biex tagħti l-massimu tagħha u li ser tagħmel lil Malta u Għawdex kburin. Awguri Destiny! Awguri Malta!
GWIDA Mejju 2021
13
Storja Prinċipali
ALEXIA CHUKUNYERE
Omm Destiny
Peress li Mejju hu x-xahar iddedikat lill-ommijiet kollha ma stajniex ma nitkellmux ftit m’omm Destiny li bħalissa min jaf kemm għandha eċitament għall-prestazzjoni tant mistennija ta’ Destiny fil-Eurovision. Ser niħdok lura fiż-żmien meta sirt taf li inti tqila b’Destiny. Tiftakar kif kienet ir-reazzjoni tiegħek? Destiny kienet l-ewwel wild tiegħi u tal-familja, u jien kont ħerqana biex nara lil din it-tarbija f’idejja. Kelli lil Destiny ta’ 20 sena u mill-ewwel ħassejt sens ta’ responsabilità kbira. Kien żmien sabiħ ħafna u jkollok ħafna aspettattivi għax kollox ikun ġdid għalik. Niftakar meta twieldet Destiny kienet tibki ħafna ħafna! Il-ferħ li ġabet kien indeskrivibbli. Il-ferħ li ġabet lillġenituri tiegħi kien bla qies. Trid tqis li kienet l-ewwel neputija tagħhom.
ser tkanta l-iskola. Kont għedtilha, “x’inhu?”... Missierha wkoll stagħġeb. Hi kienet ikkonvinċietna li kienet taf tkanta u li kienet ser turina. Niftakarha fil-kantuniera tal-kċina u tkantali Caro Gesu. Dak iż-żmien Destiny kienet Grade 2. Imbagħad Miss Maria Abdilla li hi l-vocal coach ta’ Destiny (dak iż-żmien kienet l-għalliema tal-kant) kienet rat it-talent tagħha. Ta’ 10 snin, Destiny bdiet tkanta. Imma minn dejjem kienet tħobb tferraħ lin-nies. Jien nemmen li kulħadd għandu talent partikolari u Destiny ġiet biex tferraħ lil kulħadd bil-vuċi stupenda tagħha. Nemmen li d-destin ta’ Destiny hu li tagħti s-saħħa lil dak li jkun bil-vuċi tagħha.
Kif għażiltu l-isem Destiny? Jien u r-raġel tiegħi Ndubisi konna morna n-Niġerja fl-1999. Fit-tieni lejl konna ħriġna u smajna kanzunetta li kien jisimha Destiny ta’ Buju Banton. Kanzunetta b’tifsira, b’lirika qawwija u b’saħħitha. Meta konna smajnieha kont għedtlu li għoġbitni ħafna u jekk ikollna tifla nsemmuha Destiny. Ir-raġel għoġbitu mill-ewwel u qabel! Minn kanzunetta ħarġet Destiny!
Naf kemm Destiny għandha relazzjoni speċjali mannanna tagħha. Tgħidilna aktar fuqha... Kif miet missieri, Destiny kienet ta’ wens kbir għal ommi. Għal ommi qisha t-tifla tagħha milli n-neputija, u jinħabbu bi mħabba kbira. Destiny tgħix man-nanna u tieħu ħsiebha, baqgħet billegat tal-papà. Il-papà kien ifisser kollox għaliha. Ommi jkollha x’tagħmel ħafna biha imma ferħana ser ittir. Bħalissa peress li ma tantx qed jiltaqgħu minħabba s-safar ta’ Destiny, il-ħin kollu ċċemplilha, tibgħatilha u dejjem tara li ma jonqosha xejn.
Kif indunajtu li Destiny taf tkanta? Binti dejjem kienet tiċċaqlaq, dejjem titla’ fuq il-mejda u tkanta. Aħna konna niggustawha! Darba ġiet fil-kċina u qaltli li kienet
X’qalet il-mamà fuq Je Me Casse? Għoġbitha ħafna ħafna! It-tnejn tħobbhom imma din wisq speċjali! GWIDA Mejju 2021
15
Storja Prinċipali
Is-sena l-oħra kellha l-kanzunetta All of my love imma sfortunatament l-Eurovision ma kienx sar. X’kienet ir-reazzjoni tiegħek fuq din il-kanzunetta u l-isfortuna tal-festival? Dik il-kanzunetta vera għoġbitni! Iddiżappuntajt ruħi minħabba Destiny għax wara dak ix-xogħol kollu, wara X Factor, kienet taħdem lejl u nhar, is-sagrifiċċju li kienet għamlet ...kollox sfaxxa fix-xejn minħabba l-pandemija. Weġġajt naraha mdejqa u għal Destiny kien perjodu diffiċli. Dak iż-żmien Destiny bkiet ħafna u għamlet ħafna jiem imdejqa. Imma mbagħad bis-saħħa ta’ sħabha, ilmanagement tagħha u kulħadd, irnexxielha terġa’ tqum fuq saqajha. Destiny minnha nnifisha hija bniedma b’determinazzjoni kbira li lili ġieli nkun dgħajfa u timlieni b’kuraġġ ta’ sur. Din it-tifla ilha b’kuraġġ u f’dan l-aspett tixbah ħafna lil missierha Ndubisi. Minn mindu daħlet f’din ix-xena talmużika, dejjem għallmitni biex inkun b’saħħti. Rigward saħħa u kuraġġ vera tgħinni ħafna Destiny. Nirringrazzja lil Alla għax vera tfajla b’saħħitha. Vera taqbel il-lirika tal-kanzunetta, Je Me Casse, ma’ Destiny mela... Dażgur! U dik proprju hi! Hi dejjem tisħaq biex ma naqtgħux qalbna, kuraġġuża, dejjem tgħolli lil dak li jkun, indipendenti... u taf x’inhi kapaċi toffri. Sabiħ li fil-ħajja tagħraf il-kapaċità tiegħek u tapprezzaha. Xħin smajtha l-kanzunetta għedt, “WOW. Din veru Destiny”. Imbagħad smajtha bil-vokali ta’ Destiny u komplejt nikkonferma. Tarahom il-bets u x’qed jgħidu n-nies fuq Destiny? Le ma jaffettwawnix. Jien dejjem ngħid lil Destiny biex tħares ’il quddiem u qatt ma tħares lura. Dejjem nisħaq magħha biex iżżomm saqajha mal-art u taħdem bis-sħiħ. Ikun xi jkun ir-riżultat, l-aqwa li l-prestazzjoni tkun tajba ħafna. Bi preparazzjoni għall-festival, Destiny kellha ssiefer f’ħafna pajjiżi differenti. Il-pandemija ma tantx tagħmel din il-ħaġa faċli. Tkun moħħok fiha? Ħafna, ovvja! Bħal kull omm li tkun ’il bogħod minn bintha. Imma Destiny tfajla indipendenti ħafna! Kapaċi tegħleb kull ostaklu. Ilha ħafna indipendenti u allura moħħi mistrieħ biha. Timmissja li ma tistax issiefer magħha? Għalija hija normali għax anke meta kienet iżgħar kienet issiefer jew man-nannu tagħha jew inkella ma’ xi membru tal-familja ieħor. Tant kemm ilha issiefer fuq kant li l-ivjaġġar sar parti minn Destiny.
16 GWIDA Mejju 2021
Kif tkun Destiny qabel ma tibda tkanta? Destiny hi kantanta li qabel tibda l-prestazzjoni tagħha jkollha draguni mhux friefet. Imma mbagħad hija normali u allaħares ma jkollhiex eċitament għax tkun overconfident imbagħad. Kif inhi r-relazzjoni tiegħek ma’ Destiny? Alexia: Meta kienet iżgħar konna niġġieldu ħafna ħafna ħafna! Il-ġlied kien kollu għax jien kont wisq protettiva fuqha u għadni. Imma peress li Destiny dejjem uriet kemm hi indipendenti qisni lanqas kont inniżżilha li hi daqshekk indipendenti. Issa nargumentaw ta... imma nista’ ngħid li minn mindu għalqet ċertu età sirna nifhmu aktar lil xulxin. Ir-relazzjoni tagħna hi iktar ta’ ħbieb milli ta’ omm u bint. Destiny tiftaħ ħafna qalbha miegħi, taf li rridilha l-ġid, taf li nħobbha ħafna bħalma nħobb lil ħutha, imma r-relazzjoni tagħna hija tajba ħafna. Qisha l-ħabiba tiegħi u meta nitkellmu, nitkellmu b’mod apert. X’tagħmel jekk Destiny tirbaħ il-Eurovision? Alexia: Kieku tirbaħ l-ewwel ma nagħmel hu li nirringrazzja lil Alla u lil missieri u n-nies kollha li tawha s-sapport. Imma kieku żgur il-credit jieħdu l-Mulej u n-nannu tagħha li kienet tħobbu bi mħabba kbira! Destiny toħlom ħafna bih u timmissjah ħafna! Ir-relazzjoni tagħhom kienet wisq speċjali.
Storja Prinċipali
IN-NANNA MONICA
It-tieni omm ta’ Destiny
Peress li Destiny toqgħod man-nanna tagħha, ħsibna li nitkellmu magħha wkoll u nistaqsuha ftit mistoqsijiet fuq in-neputija! In-nanna Monica qisha t-tieni omm ta’ Destiny għax tieħu ħsieb li tippreparalha kollox. M’għandniex xi ngħidu, Destiny hija l-mimmi t’għajnejha u tara li ma jonqosha xejn. Kif tiddeskrivi lil Destiny? Destiny hija tfajla allegruża u storbjuża imma qalbha tajba. Jien naraha li tmur tajjeb ma’ kulħadd, anzi tipprova tagħmel li tista’ biex tirranġa ma’ dak li jkun. Tiftakar meta twieldet Destiny? Għaddew 18-il sena u għadni niftakar qisu lbieraħ; kienet l-ewwel neputija tagħna. L-ewwel ħarġa mill-isptar ta’ Destiny kienet proprju għandi! Kellna u għad għandna d-dinja biha. Kif tiddeskrivi r-relazzjoni tagħkom? Relazzjoni tajba ħafna u mmorru tajjeb ħafna flimkien. Imma Destiny ġieli tibda tkanta u teħodli rasi. Ġieli nitlobha biex tmur f’kamra oħra għax tistordini. Inkella tinqafel
fil-kamra tagħha u ma tinżilx ħdejna. Hemm nirrabja ftit magħha! Min jaf kemm timmissjaha meta ma tkunx miegħek! Ħafna. Xħin ngħaddi minn ħdejn il-kamra tagħha u naraha vojta, niddejjaq ħafna. Is-sena l-oħra fil-bidu tal-pandemija, Destiny kienet għamlet xi żmien tgħix m’ommha u missierha għal xi xahrejn u vera ħassejt in-nuqqas tagħha. Xi tqabbdek tagħmel? Kollox nagħmlilha, mit-tindif tal-kamra sal-ħwejjeġ! Imma l-ikel tkun trid tippreparah hi. Imma taħsibx li ser tnaddaf warajha tafx! Tal-inqas issajjar tajjeb ħafna. Meta ġġib ilħbieb tagħha d-dar, tieħu ħsieb li tnaddaf kullimkien u ġġib kollox nadif tazza! Bla dubbju, Destiny hija żagħżugħa mimlija imħabba u li tgħożż il-familja tagħha. Tfajla simpatika, bl-leħen impekkabbli li ser tagħmel lil Maltin u Għawdxin kburin. Nawguraw lil Destiny l-isbaħ xewqat, kif ukoll nawguraw lil omm u n-nanna ta’ Destiny l-isbaħ xewqat f’Jum L-Omm.
GWIDA Mejju 2021 19
IRBAĦ €1,000 MA’ GWIDA Kulma trid tagħmel hu li ġġemma’ 12-il kupun li ser joħorġu meta tiġi ppubblikata din ir-rivista tul din is-sena. Dan hu l-ħames kupun; Jonqos li joħorġu 7 oħra. L-ewwel kupun ħareġ fl-ewwel edizzjoni ta’ Jannar. Ibgħat il-kupuni kollha f’daqqa sal-31 ta’ Diċembru, u tista’ tirbaħ €1,000 fi flus kontanti!
Kupun 5 – MEJJU 2021 Destiny u l-Eurovision Sib it-tweġiba mill-intervista li għamilna ma’ Destiny u ommha li qiegħda fuq quddiem
X’jisimha l-kanzunetta li biha Destiny rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision din is-sena? Agħżel tweġiba waħda biss minn dawn:
Q Je me casse Q All of my love Q Destined for greatness Ibgħat dan il-kupun flimkien ma’ 11 oħra fuq GWIDA, KOMPETIZZJONI, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq In-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010
5/ 12
Intervista
STEPHANIE SPITERI
Il-bint, l-omm u l-preżentatriċi bl-aktar programm li tħobbu taraw intom! Il-programm Illum ma’ Steph ikklassifika bħala l-aktar programm li intom il-qarrejja tal-GWIDA tħobbu taraw. Dan il-programm daħal fil-ħames skeda tiegħu u qabel dan il-programm Stephanie kienet tippreżenta Malta llejla. Iddeċidejna li nagħmlu intervista mal-preżentatriċi simpatika Stephanie Spiteri. Stephanie hija omm Michael, ġuvni ta’ tmintax-il sena. Tgħidilna ftit fuq it-twelid ta’ Michael, x’tiftakar? Meta kelli lil Michael jien kelli 32, kont diġà kbira għallewwel tarbija. Dejjem kont ngħid li ma kellix għaġla għattfal, imma sena qabel, il-gynea kien qalli li kelli problema kbira u li x’aktarx ma setax ikolli tfal. Niftakar kien xokk kbir għax dak iż-żmien kont neħodha for granted li meta rrid ikolli t-tfal. Kelli bżonn nagħmel operazzjoni u kien wissieni li kelli riskju ta’ 90 fil-mija li ma jistax ikolli tfal. Kont ħadtha bi kbira, allura tista’ timmaġina kemm fraħt xħin inqbadt tqila. Qabel wellidt kelli biża’ kbir u soffrejt minn prenatal depression. Kont diġà fix-xena tal-ispettaklu u kont nibża’ 22 GWIDA Mejju 2021
li ser tiġrili xi ħaġa ħażina. Dak iż-żmien kont nagħmel programm kuljum Popin u bqajt nagħmlu sa meta kelli sitt xhur tqala. Kien programm tal-Eurovision! Matul dan iż-żmien kont beżgħana ħafna u l-aħħar xahrejn ma xtaqtx li din it-tarbija titwieled. Imma kif twieled, inbdilt, sirt millewwel omm responsabbli. Qabel, kien dejjem ikun moħħi fil-programm u fil-ħanut, imma minn xħin kelli lil Michael l-attenzjoni waqgħet biss fuqu. Michael l-isbaħ ħaġa li ġratli f’ħajti! Iqabbiżhieli ħafna għax ġieli jkolli aptit ngħollih massaqaf imma ġuvni eżemplari. Niftakar is-sena l-oħra infqajt tibki live minħabba li kont ser twaqqaf il-programm. X’kien ġara? Il-Ħamis kienu qalu li persuni vulnerabbli għandhom joqogħdu d-dar. Peress li t-tifel ażmatiku ħafna, ilĠimgħa ddeċidejt li ser inwaqqaf il-programm. Ma kontx ser inpoġġi lil ibni f’riskju u peress li konna fil-bidu talpandemija ma konniex nafu fuqu dan il-virus. Il-Ġimgħa kont ħabbart li mhux ser nagħmel programm u nfqajt nibki fuq il-programm. Niftakar il-Ġimgħa filgħaxija kont ċempilt lil Mr. Charles Dalli u wrejtu x-xewqa li nagħmlu mid-dar.
Intervista
Is-Sibt Joe u Joseph Zammit ta' Timecare Studios li naħdem magħhom ġew jarmawli d-dar u t-Tnejn bdejt nittrażmetti l-programm mid-dar. Din kienet ġennata sħiħa imma ħadmet! U mnalla kien it-tifel tiegħek hux vera, għax kien t’għajnuna kbira għalik! Għamel xahrejn sħaħ bil-kamra tiegħu studjow tal-programm tiegħi. Mad-desk tal-kamra kien hemm il-kamera, mas-sodda kien hemm id-dawl u mal-gwardarobba wkoll. Miskin ma setax jiftaħ il-gwardarobba kif ried minħabba t-tagħmir li kien hemm. L-art kienet miksija wires. Kuljum bejn is-2:30 u s-6:30 kien l-assistent tiegħi u ma kontx nagħmilha waħdi għax hu kien jagħmel kollox! Din il-ħaġa ġabitna ħafna qrib xulxin għax spiċċa jagħmel ilprogramm miegħi kuljum. Konna nidħqu meta kien ikolli xi mistieden u jgħid xi ħaġa li ma togħġbux jew ma jaqbilx magħha u minn wara l-kamera kont narah jagħmel il-mossi li ma jaqbilx miegħu, u jien nipprova nżomm serja! Kienet esperjenza li żgur ngħożż u ma ninsa qatt. Dak iż-żmien Michael beda japprezza wkoll ix-xogħol li nagħmel u f’għajnejh bdejt nara rispett ġdid. Hu kien jarani naħdem imma ma kienx involut. Maż-żmien beda jinteressa ruħu u saħansitra beda dieħel fix-xogħol ta’ produzzjoni. Meta ma kienx ikolli mistiedna kien jara x’jagħmel biex jgħinni u jikkuntattja lin-nies hu. Fil-pandemija għamilt ukoll esebizzjoni tal-arti. X’tgħidilna fuqha din? Kif bdejna naħdmu mill-kamra tas-sodda tat-tifel, kellna problema żgħira. Warajja kien ser ikolli l-firoll tal-bieb. Ma tantx kien xi sfond sabiħ, allura ddeċidejna li nagħmlu liżar aħdar u bil-kompjuter inneħħu dan il-liżar u nagħmlu xena sabiħa. Kellna bżonn ritratt, fittixt fuq Google u tellajt warajja veduta ta’ Malta fl-ewwel ġurnata. Xi ħadd kien kitibli u qalli kemm kien għoġbu l-isfond li kelli warajja. Dan ir-raġel kien qalli li kellu ritratt simili tax-xena li kont urejt. Tlabt lil din il-persuna l-permess biex nuża r-ritratt u kien aċċetta. Xħin lestejt il-programm, kien kitibli lura jgħidli kemm kien ferħan li użajt ir-ritratt tiegħu u kien qal lill-familja tiegħu kollha biex jaraw il-programm. Hemm moħħi beda jiġri. Is-Sibt filgħodu ċempilt lil Mr. Albert Marshall u għedtlu bl-idea li t-telespettaturi jibagħtu r-ritratti u li x-xewqa kienet li noħolqu wirja bir-ritratti kollha li nirċievi. Sat-Tnejn filgħodu kelli kollox lest, imma l-wirja kienet ser issir b’mod virtwali. Kont għedtilhom jekk xi darba tgħaddi l-pandemija, il-pass li jmiss ikun li din l-esibizzjoni tkun fiżika. Kont wegħedthom li ser ngħinhom! F’Diċembru kienu kkuntattjawni li konna ser nagħmlu l-wirja tagħna fi Spazju Kreattiv! Mort, qtajt iż-żigarella u għalija kien sodisfazzjon enormi! Meta tara l-esebizzjoni, kienet proprju dokumentazzjoni ta’ kif in-nies kienu qed iħossuhom dak iż-żmien. Min kien jibgħatli ritratt tat-tpenġija, tat-tfal isajru, GWIDA Mejju 2021 23
Intervista
tal-veduta waqt xi mixja fil-kampanja. Inkredibbli kemm innies ħassewhom komdi li jesprimu lilhom infushom. Kienet suċċess kbir! Jien naħdem ħafna u ċertu sodisfazzjonijiet jagħtuk l-enerġija li jkollok bżonn biex tkompli għaddejja. Anke l-messaġġi kollha li nirċievi, filgħaxija noqgħod naqra ruxxmata messaġġi li jidħlu waqt il-programm. Noqgħod inwieġeb wieħed wieħed! Inħoss li n-nies saru qishom ilħbieb tiegħi. Inqishom il-ħbieb tiegħi. Min jaf x’messaġġi tirċievi! Ħafna nies jiftħu qalbhom miegħi! Fil-bidu tal-pandemija, kien hemm ħafna nies li bdew jistaqsu għall-għajnuna. Jien kelli ħafna kuntatti li kont nistieden fil-programm u kont nirreferi n-nies għall-istituzzjonijiet li jgħoddu għalihom. Tajna għajnuna lil ħafna nies differenti. Kien hemm persuni li ma kellhomx flus. Niftakar każ partikolari fejn il-persuna ma kellhiex flus biex tixtri l-mediċina lit-tifla tagħha! Kont nivverifika l-istorja jekk hux vera mal-Kunsill Lokali jew mal-parroċċa u kif nara li vera, nagħmel minn kollox biex ngħinhom u nirreferihom għal xi għaqda partikolari. Kien hemm żmien li kien ikolli madwar żewġ każi f’ġimgħa. Għaliex taħseb li dan il-programm jintgħoġob ħafna? Nagħmel minn kollox biex nara lit-telespettaturi jidħqu ftit! Ftit ilu peress li kont qiegħda bir-running shoes, il-floor maniġer tal-programm issuġġerietli nagħmel hand-stand. Dak il-ħin qbadt, inżilt rasi ’l isfel, tellajt saqajja fuq il-mejda u taparsi għamilt hand stand. It-telespettaturi tgħidx kemm bagħtuli messaġġi, “qed timlielna ħajjitna”, “kieku taf kemm nieħdu gost narawk”. Qabel, meta kont nagħmel żball, kont ninkwieta. Illum il-ġurnata ngħidilhom li jeħilli lsieni. In-nies ma jridux superfiċjalità, imma ġenwinità. 24 GWIDA Mejju 2021
Ma nistgħux nagħlqu din l-intervista mingħajr ma nsellmu lill-mamà tiegħek f’dan ix-xahar iddedikat lill-ommijiet kollha. Sfortunatament ħallietna madwar sentejn ilu. Kont qrib ħafna tal-mamà u jgħaddi kemm jgħaddi żmien, għadni nħossha diffiċli ħafna. Ġejt noqgħod fid-dar preżenti biex inkun qrib tal-mamà. Kif ġejt noqgħod hawn, il-mamà kienet tintefa’ fuq siġġu partikolari fil-kċina li quddiemu hemm ġnien żgħir. L-hena tagħha toqgħod fuq dak is-siġġu u tgħidli dawn il-preċiżi kelmiet, “Hawn l-hena, kemm għandek hena”. Kienet toqgħod bilqiegħda hemm u jien insajjar u nkompli naħdem. Sfortunatament ma tantx damet tgawdih għax kont kważi sena ngħix f’din id-dar. In-naqra li għamilt ngħix ħdejha, gawdejtha ħafna. Kienet mara tajba ħafna. Jien u ħuti Anna u Magda naħsbu f'ommna l-ħin kollu., inħossha preżenti miegħi u nitlobha ħafna biex tgħinni. Għadni nitkellem magħha sal-lum u nuriha affarijiet li nkun xtrajt. Konna qrib ta’ xulxin ħafna. Kienet iċċempilli filgħodu, ġejja u sejra għandha u kienet dejjem hemm filmumenti diffiċli tiegħi. Kieku ma kienx għall-ġenituri tiegħi żgur ma kontx nasal s’hawn. Ommi kienet mara sempliċi ħafna, mhux ta’ skola, imma daqskemm tgħallimt minn għandha, ma tgħallimt mingħand ħadd. Jien kont bint fortunata li kelli lilha bħala ommi. Dan ser ikun it-tieni Jum l-Omm mingħajrha.
Skeda
NHAR TA’ ĦADD TVM 06:30 TVAM News 07:00 Paq Paq 07:30 Sommelier 08:00 Teżi 08:30 Ħadt l-Aħbar 09:30 Rahal Twelidi 10:00 Kif Isir 10:30 Malta u lil hinn minnha 12:00 News
Ħadd Għalik - Għal dawn l-aħħar xhur, Luke Lyttleton għamel impatt kbir fuq il-pjattaforma TikTok permezz tal-filmati tiegħu. Fost il-kontenut li tella' fuq il-profil tiegħu, kien hemm anke filmat fejn Luke f'minuta jixrob ammont kbir ta' ilma. F’wieħed mill-programmi, Angie kkonfermat jekk hux veru, u minnufih tatu sfida biex jixrob ħames fliexken tal-ilma f'minuta. Luke ħalla lil kulħadd miblugħ millewwel hekk kif wara biss 20 sekonda kien ġa niżżel żewġ fliexken. Żgur li mhux xi ħaġa li faċilment issir! Aktar opposti u sfidi interessanti kull nhar ta’ Ħadd. 15:00 News 15:05 Ċappas 16:00 Kompendju 17:00 Wonderama 17:25 Buckle Up 18:00 News for the Hearing Impaired 18:15 Għawdex Illum 18:45 Eko-Djar 19:35 Invenzjonijiet 19:45 Mill-Palazz 20:00 News Bulletin 21:00 Eurovision 2021 21:30 The Boston 22:00 Headline News 22:05 The Boston 22:35 Nota f'nota 23:00 Fil-Ġnien ma' Melo 23:30 News / Sports Update 23:45 X'Sar Minnhom
12:15
26 GWIDA Mejju 2021
TVM2 06:00 Euronews 07:00 Transport 07:30 Il-Kollezzjonist 08:00 Nota f'Nota 08:30 IL-Mara 08:45 Knots 09:15 Aħbar Tajba - Qari taliskrittura u spjegazzjoni tajba u ddettaljata minn qassis jew patri minn lokalitajiet differenti. 09:30 Quddiesa 10:30 Rome Reports 11:00 Sensilhena - Christine Delicata tistaqsi ħafna mistoqsijiet relevanti biex wieħed jifhem aktar x’inhu d-dover ta’ kull bniedem anke jekk mhux Nisrani, imma l-aktar għanNisrani. 11:30 Ilsienna 12:00 Paq Paq 12:30 Fil-Gnien ma' Melo 13:00 Il-Bolla 13:05 Invenzjonijiet 13:10 Mill-Palazz 13:15 Animal Diaries 14:00 Teleshopping 14:15 XEHDA 16:15 Nettuno 17:45 Madagascar 18:15 DOT EU 18:30 Quddiesa 20:40 News in English 20:45 TVM SPORTS 00:00 F'Gieh l-Imhabba Headline News ONE 7:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa 08:40 Paperscan 10:30 Attività Politika 10:30 Prim Ministru Intervista 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Arani Issa 16:00 L-Awla 17:30 L-Argument 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:45 Attività Politika 21:15 Mija 22:30 Distintivi (R) 23:30 One News NET 07:00 Net News 07:30 Najn – Vjaġġ għall-Ħajja 07:45 Telebejgħ
09:00 Il-Quddiesa 09:45 Analiżi 11:00 Paġna Ġdida għal Pajjiżna 12:00 NET News 12:15 Telebejgħ 14:00 JienInt 15:00 NET News 15:05 Il-Kunsill 16:00 Sport Extra 16:30 Family Affair - Eileen Montesin tkompli tlaqqagħna ma’ diversi personalitajiet, tagħtina tagħrif fuq aħbarijiet mix-xena tal-mużika. Fost l-irkejjen li jkun hemm filprogramm insibu r-rokna blisem ta’ Min Huma fejn Eileen tlaqqagħna ma’ kantanti, atturi u personalitajiet tal-midja u tagħtina ftit informazzjoni fuq il-ħajja tagħhom. Dan apparti l-kanzunetti li flimkien bħala familja jagħmlu waqt il-programm. 18:00 NET News 18:10 Flusek 18:45 Paġna Ġdida għal Pajjiżna 19:30 NET News 20:15 Life & Style 20:30 Replay 21:45 Net News 21:50 Replay 22:30 Life & Style 23:00 NET News 23:30 Xandiriet għal matul il-lejl RAI 1 05:55 06:30 07:00 10:30 10:55 12:00
A Sua Immagine Unomattina In Famiglia TG 1 A Sue Immagine Santa Messa Recita Angelus De Piazza San Pietro 12:20 Linea Verde 14:00 Domenica In 17:20 Da Noi... A Routa Libera
Skeda
18:45 L’Eredita Week End 20:00 Telegiornale 20:35 Sollti Ignoti – Ll Ritorno Italia 1 07:04 Baby Dady 07:38 Pixie e dixie 07:45 Magilla Gorilla 08:00 Looney Tynes 08:33 TGCOM
09:45 The Vampire Diaries – X’ser
ikunu qed jivvintaw l-aħwa Salvatore għal Katherine? Ħabib antik ta’ Matt ser jitfaċċa wara ħafna żmien u ser jibdel xi affarijiet. 11:30 Legacies 13:00 Magnum 15:50 Lethan Weapon
17:40 Friends - Rachel ser tiġi
mlaħħqa u trid tqabbad assistent ġdid imma lil min ser tagħżel? Joey għandu problemi wara li l-ispettaklu tiegħu "Mac and C.H.E.E.S.E", li fil-fatt mhuwiex umoristiku ħafna, ġie kkanċellat wara l-ewwel xandira. 18:10 Camera Cafè 18:22 Studio Aperto 19:31 C.S.I. Miami 21:15 Film La 5
07:00 Una Vita – Genoveva tgħid lil
Felipe li l-qattiel ta’ Samuel, Cristobal jinsab fir-raħal u l-avukat tiegħu beħsiebu
jeħilsu. Maricia tipprova tinsa lil Felipe. Bellita tipprova b'kull mod tgħolli l-moral ta 'Margarita, teħodha biex tixtri. Maite titlob lil Camino biex ma jitkellimx dwar il-fehmiet politiċi tagħha, iżda mbagħad tipproponi xi ħaġa biex terġa 'tikseb il-favur ta' Felicia. 10:50 Verissimo 13:38 Amici di Maria 16:15 Dalla Parte Degli Animali 17:20 Cinquanta Sfumature d’amore 17:49 TGCOM24 19:10 Daydreamer 21:10 Film 23:35 Appuntamento a San Valentino
NHAR TA’ TNEJN TVM 06:15 Sorelle 07:00 TVAM 09:00 Kif Isir 09:30 X'hemm moħbi 10:00 FITAM 12:00 News 12:15 Niskata 14:45 Teleshopping 15:00 News Update 15:05 ŻiŻi 15:10 Wonder Grove 15:15 Taħbil il-moħħ 15:20 Naqraw Flimkien 15:25 Teeny Break 15:35 Ilsienna Short 15:40 Sorelle 16:15 Teleshopping 16:30 Maltarti 16:45 Illum ma' Steph - ilpreżentatriċi Stephanie Spiteri kellha sorpriża waqt il-programm tagħha stess. Sorpriża mill-editur tar-rivista GWIDA, Anthony Baldacchino li rnexxielu jitkellem mat-tim wara l-programm Illum Ma' Steph sabiex lil Stephanie jagħtiha aħbar mill-isbaħ. Aħbar li żgur ma kinitx qed tistenna. Dawk kollha li kull xahar jakkwistaw il-kopja tagħhom tar-rivista tagħna, jafu li konna qed insaqsu lill-qarrejja liem hu l-iktar programm li jsegwu u jqisuh bħala l-favorit tagħhom. Il-qarrejja għażlu proprju l-programm Illum Ma' Steph bħala l-iktar programm
favorit tagħhom. Mhux biss. Il-qarrejja għażlu wkoll lill-preżentatriċi bħala l-iktar waħda favorita tagħhom minn fuq l-istazzjonijiet kollha lokali! Dan ikompli jikkonferma kemm il-preżentatriċi hi tassew maħbuba mill-qarreja ta' Gwida. Tistgħu timmaġinaw ir-reazzjoni ta' Stephanie xħin Anthony ta din l-aħbar sabiħa! 18:00 News for the Hearing Impaired 18:15 Illum ma' Steph…cont 18:30 Ilsienna 19:00 Popolin 19:45 Skritt 20:00 News, Sports News, Weather report and Financial News 21:00 Nostalġija 22:00 Headline News 22:05 Realta' 23:00 Transport 23:30 News and Sports Update 23:45 Sorelle TVM 2 05:00 Euronews 06:15 Popolin 07:00 Tertuqa 35 07:30 Teeny Break 07:40 Naqraw Flimkien 07:45 Tahbil il-Mohh 07:50 Wonder Grove 07:55 Zizi 08:00 Ilsienna Short 08:15 Nettuno 08:30 Hygieia 09:00 Champions League Magazine Programme
09:30 Quddiesa 10:30 TVAM 12:30 Insights 14:00 Euronews 14:30 Malta u lil hinn minnha 16:00 News 16:15 Gadgets 17:00 It-Tezi 17:30 Quddiesa 18:30 Zizi 18:35 Wonder Grove 18:40 Tahbil il-Mohh 18:45 Naqraw Flimkien 18:50 Teeny Break 19:00 Ghawdex Illum 19:30 X'Sar Minnhom 20:00 News in English 20:05 Invenzjonijiet 20:15 Sports Ghawdex 20:45 OFFSIDE 22:30 Paq paq 23:00 Sommelier 23:30 Maltarti 23:45 Headline News ONE 07:15 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa ta’ kuljum 08:45 Pjazza (R) 10:00 Espresso
12:30 ONE News 12:40 Teftif 13:00 Kalamita 15:35 Liquorish Update 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:15 Primetime Preview 16:30 Duurella 16:45 Mhux kemm taf (R) 17:30 Flimkien ma’ Nancy
GWIDA Mejju 2021 27
Skeda
18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:30 ONE News 20:15 Primetime – Il-preżentatur John Demanuele, riċentament kien il-mistieden speċjali ta' Owen Bonnici fuq il-programm Prime Time. Waħda millmistoqsijiet li għamillu Owen kienet, “Kieku kellek terġa’ titwieled illum il-ġurnata, taħseb li terġa’ taqbad karriera fix-xandir?” Bla dubju, John wieġeb iva, u żvela ftit aktar. “Ix-xandir kien kumbinazzjoni. Jien kull m’għamilt fil-ħajja ma jiddispjaċini xejn li għamiltu, għaliex kont fortunat li kull m’għamilt - jekk kont għalliem, direttur tal-isports, kultura kont nieħu gost nagħmel.Qatt ma kien hemm ġurnata fejn għidt ‘xi dwejjaq m’għandix aptit immur’. Meta ġejt biex nirtira, tawni rekord ta’ kemm kelli sick leave. F’xi 30 sena ta’ xogħol, qalli ‘taf li inti fi 30 sena ħadt 30 ġurnata biss sick leave?’ Kont immur anke mejjet ix-xogħol. Kont nieħu gost u għadni nieħu gost fix-xandir.” 20:35 Liquorish 21:15 Follow Up 22:15 Stejjer għal wara t-tmienja 23:30 ONE News NET 07:00 NET News 07:30 Family Affair 09:00 Life & Style 09:30 Profili 10:30 Telebejgħ
12:00 Net News 12:05 Il-Quddiesa 12:30 Bejnietna 15:00 NET News 15:05 Undercover 15:55 Storja u Talba 16:00 Telebejgħ 16:30 Kikkra Te - Waranofsinhar, m’hemm xejn isbaħ minn kikkra te u diskursata rilassanti man-nies li tħobb. Dan hu dak li se jkun qed joffri l-programm #KikkraTe, ippreżentat minn Valerie Vella u Mireille Bonello bi produzzjoni ta’ Marco Calleja. 18:00 NET NEWS 18:10 NET Live 19:30 NET NEWS 20:15 Life & Style 20:45 Profili 21:45 NET News 21:50 Dawra mas-Salv 22:00 Ara min mar! - Individwi minn kull aspett tal-ħajja se jkunu qed jiġu intervistati blgħan li jaqsmu l-esperjenza tagħhom fil-missjoni mattelespettaturi tal-programm Ara min Mar. 23:00 NET News 23:30 Xandiriet għal matul il-lejl Rai 1 06:45 Unomattina 07:00 TG1 09:55 Storie Italiane 11:55 E' sempre mezzogiorno 14:00 Oggi è un altro giorno 17:05 La vita in diretta 18:45 L'Eredità 20:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno
Italia 1 06:40 Nana’ Supergirl 07:10 C’era volta 07:40 Fiocchi di cotone per Jeanie 08:10 Sui monti con annette 08:40 Chicago Fire 12:25 Studio Aperto 13:00 L’isola dei famosi 14:05 I Simpson 15:25 Big bang theory 16:20 Modern Family 17:10 Friends 18:06 L’isola dei famosi 19:00 Amici – Daytime 19:30 C.S.I. Miami 22:10 TGCOM 23:40 TikiTaka La 5 6:00 Vivere
07:15 Il Segreto - Emilia jirnexxielha
tikkonvinċi lil Julieta blintenzjonijiet tajba tagħha u tistedinha fil-lukanda fejn tħallas ikla ħafifa lilha, lil bintha Ana u lin-nanna tagħha Consuelo. Nicolas jasal fil-lukanda u joffri l-għajnuna tiegħu lil Julieta, iżda t-tifla trid biss xogħol biex tkun tista’ tgħix b’dinjità u tħallas għal dar. 9:32 Tempesta d’amore 10:32 Beautiful 10:50 Una Vita 11:52 Pizza Girls 12:05 Uomini E donne 13:50 Amici 14:45 L’isola di Pietro 2 15:10 The OC 17:10 Cinquanta sfumature d’amore 19:45 Uomini e donne 21:10 Film
NHAR TA’ TLIETA TVM 06:15 Sorelle 07:00 TVAM 09:00 Hajjitna Ktieb 09:30 Sommelier 10:00 FITAM 12:00 News 12:15 Niskata 14:45 Teleshopping 15:00 News Update 15:05 Zizi 15:10 Wonder Grove 15:15 Tahbil il-mohh 15:20 Naqraw Flimkien 15:25 Teeny Break 15:35 Ilsienna Short 15:40 Sorelle - Angela ppruvat 28 GWIDA Mejju 2021
tikkonvinċi lil Jodi biex tiltaq’ ma’ Franny... x’se tagħmel? Min ċempel lil Angela u għaliex telqet tiġri ‘l barra? Sabrina qalet lil Malcolm li l-borża bid-djamanti foloz kienet insterqet... x’se jagħmel? Lorraine rat lil Michael dieħel f’ħanut ma’ xi ħadd... ma’ min? X’se tagħmel? Naomi u Angela qed jippjanaw xi ħaġa... flimkien naraw xiex. 16:15 Teleshopping 16:30 Mill-Ghalqa tad-dar 16:45 Illum ma' Steph 18:00 News for the Hearing Impaired
18:15 Illum ma' Steph…cont 18:30 Nettuno 18:45 Il-Mara 19:00 Popolin 19:45 DOT EU 20:00 News, Sports News, Weather report and Financial News 21:00 F'Gieħ L-Imħabba - Wara dak kollu li Vivienne kienet qalet lil Agatha dwar l-inċident li kien seħħ snin qabel, Agatha ddeċidiet li tmur tikkonfronta lil Karla. X’ġara bejniethom u Riccardo fiex jidħol? U Salvatore x’qal xħin sar jaf il-veritá kollha dwar l-inċident? Għaliex
Skeda
Bernardette kellha ħeġġa kbira biex tgħin lil Karla. Riccardo mar ikellem lil Luiġi... għaliex ried ikellmu wiċċimbwiċċ flok ċempillu?Għaliex segwew lil Erminia u fejn marret? Luigi kellu ħafna mistoqsijiet dwar is-safar li kienu marru Emilio u Erminia. X’ried ikun jaf u għaliex dan l-interess kollu? Elena u Sergio marru ċ-ċimiterju biex jiltaqgħu ma’ xi ħadd... lil min raw hemm ukoll? 22:00 Headline News 22:05 X'sar Minnhom 22:30 Paq Paq 23:00 It-Tezi 23:30 News and Sports Update 23:45 Sorelle TVM 2 05:00 Euronews 06:15 Popolin 07:00 Rahal Twelidi 07:30 Teeny Break 07:40 Naqraw Flimkien 07:45 Tahbil il-Mohh 07:50 Wonder Grove 07:55 Zizi 08:00 Ilsienna Short 08:15 Mill-Ghalqa tad-dar 08:30 Fil-Gnien ma' Melo 09:00 Sport Ghawdex 09:30 Quddiesa 10:30 TVAM 12:30 Realta' 14:00 Euronews 15:00 Hygieia 15:30 Gourmet Challenge 16:00 News 16:15 Nettuno 16:30 Nota f'Nota 17:00 Il-Mara 17:30 Quddiesa 18:30 Zizi 18:35 Wonder Grove 18:40 Tahbil il-Mohh 18:45 Naqraw Flimkien
18:50 Teeny Break 19:00 Transport 19:30 X'Hemm mohbi 20:00 News in English 20:05 Skritt 20:15 Tigrijiet Biss 20:45 TVM Sports 21:30 ROAD TO EURO 2020 22:00 Eko Djar 23:00 Tertuqa 23:30 Headline News ONE 07:15 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa 08:30 Step Up 08:45 Pjazza (R) 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit minuti għal Saħħtek 12:40 Teftif 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Update 15:45 Ieqaf 20 minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Primetime Preview 16:30 Country Jamboree 17:05 Ħabrikt 17:30 Dak li jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:30 ONE News 20:15 Primetime 20:35 Follow Up 21:35 Music Legends 22:00 Distintivi 23:30 ONE News NET 07:00 NET News 07:30 NET Live 08:55 Storja u Talba 09:00 Life & Style 09:30 Profili 10:30 Telebejgħ 12:00 Net News 12:05 Il-Quddiesa
12:30 Bejnietna 15:00 NET News 15:05 Undercover 15:55 Storja u Talba 16:00 Telebejgħ 16:30 Kikkra Te 18:00 NET NEWS 18:10 NET Live 19:30 NET NEWS 20:15 Life & Style 20:45 Newsroom 21:45 NET News 21:50 Rotta 22:00 Fejn Għexna 22:30 Il-Kunsill 23:00 NET News 23:30 Xandiriet għal matul il-lejl Rai 1 09:00 TG 1 09:07 Che tempo fa 09:09 Unomattina 09:30 TG1 FLASH 09:35 Parlamento Telegiornale 09:40 Linea Verde Meteo Verde 09:40 Unomattina 09:55 Storie italiane 11:55 E' sempre mezzogiorno 14:00 Oggi è un altro giorno 15:55 Il Paradiso delle Signore 17:05 La vita in diretta 18:45 L'Eredità 20:00 TELEGIORNALE 20:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno 21:25 Film Italia 1 06:40 Nana’ supergirl 07:10 Spank tenero Rubacouri 07:40 Fiocchi Di Cotone per jeanie 08:10 Sui monti con annette 08:40 Chicago Fire 09:36 Law & Order 10:30 Chicago 13:00 L’isola dei famosi 14:05 i Simpson 15:25 Big bang theory 16:20 Modern Family 17:10 Duo Uomini 18:06 L’isola dei famosi 18:22 Studio Aperto 19:00 Amici 19:30 C.S.I. Miami 21:20 Le Iene La 5 06:00 Vivere 07:15 Il Segreto 09:32 Tempesta d’amore 10:32 Beautiful 11:12 Una Vita 11:52 Pizza Girls 12:05 Uomini E donne 13:50 Amici 14:35 L’isola di Pietro 2 17:50 Cinquanta sfumature d’amore 19:45 Uomini e donne 21:10 L’isola dei Famosi
GWIDA Mejju 2021 29
Skeda
NHAR TA’ ERBGĦA 20:00 News in English 20:05 Il-Bolla 20:15 3 Pointer 20:45 Champions League 23:00 Highlights programme 23:45 Maltarti 00:00 Headline News
TVM 06:15 Sorelle 07:00 TVAM 09:00 Paq Paq 09:30 Buckle up 10:00 FITAM 12:00 News 12:15 Niskata 14:45 Teleshopping 15:00 News Update 15:05 Zizi 15:10 Wonder Grove 15:15 Tahbil il-mohh 15:20 Naqraw Flimkien 15:25 Teeny Break 15:35 Ilsienna Short 15:40 Sorelle 16:15 Teleshopping 16:30 Maltarti 16:45 Illum ma' Steph 18:00 News for the Hearing Impaired 18:15 Illum ma' Steph…cont 18:30 Il-Kollezzjonist 19:00 Popolin 19:45 Super 5 Lottery 20:00 News, Sports News, Weather report and Financial News 21:00
L-Erbgha fost il-Ġimgħa
- Wieħed mill-mistednin fuq il-programm televiżiv L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa, ppreżentat minn Mark Laurence Zammit, kien Jeremy Camilleri. Jeremy żvela kif missieru Joe Camilleri kien għamel sena maqful id-dar, iżda wara li kellu jittieħed l-isptar fuq problemi bil-pulmun, dan spiċċa pożittiv għallCovid-19 mill-isptar stess, u baqa’ baqa’ sakemm tilef ħajtu. “Taf x’inhu nfern? Li jmut missierek u lanqas tista’ tmur il-funeral. Jien u oħti lanqas stajna mmorru l-funeral u ħija ż-żgħir kellu
30 GWIDA Mejju 2021
jmur il-funeral waħdu. Lanqas tixtieqha fuq l-ikbar għadu tiegħek.” Dwar dawk kollha li qed jibqgħu jmorru għand xulxin qisu xejn mhu xejn hu qal: “Biex nitgħallmu trid tolqotna mewt filfamilja?” 22:00 Headline News 22:05 L-Erbgha fost il-Gimgha… cont 23:00 Hajjitna Ktieb 23:30 News and Sports Update 23:45 Sorelle TVM 2 05:00 Euronews 06:15 Popolin 07:00 x'hemm mohbi 07:30 Teeny Break 07:40 Naqraw Flimkien 07:35 Tahbil il-Mohh 07:50 Wonder Grove 07:55 Zizi 08:00 Ilsienna Short 08:15 Mill-Ghalqa tad-dar 08:30 Ghawdex Illum Subtitled 09:00 Tigrijiet Biss 09:30 Quddiesa 10:30 TVAM 12:30 Rahal Twelidi 13:00 Teleshopping 13:30 Euronews 14:30 Nettuno 14:45 Il-Mara 15:00 X'Sar minnhom 15:30 Personaggi 16:00 News 16:15 Mill-Ghalqa tad-dar 16:30 Kif Isir 17:00 Madagascar 17:30 Quddiesa 18:30 Zizi 18:35 Wonder Grove 18:40 Tahbil il-Mohh 18:45 Naqraw Flimkien 18:50 Teeny Break 19:00 Sensilhena 19:30 Nota f'Nota
ONE 07:15 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa 08:30 Liquorish Update 08:40 Step Up 08:45 Pjazza (R) 10:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:45 Ieqaf 20 minuta 16:15 Primetime Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther (R) 17:30 Fish On 18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:30 ONE News 20;10 Prime Time 20:45 The local traveller 21:15 Division 7
22:30 Country Jamboree 23:30 ONE News NET 07:00 NET News 07:30 NET Live 08:55 Storja u Talba 09:00 Life & Style 09:30 Newsroom 10:30 Telebejgħ 12:00 Net News 12:05 Il-Quddiesa 12:30 Bejnietna 15:00 NET News 15:05 Undercover 15:55 Storja u Talba 16:00 Telebejgħ 16:30 Kikkra Te 18:00 NET NEWS 18:10 NET Live 19:30 NET NEWS 20:15 Life & Style 20:45 Dritt Għall-Punt 21:45 NET News 21:50 Il-Kunsill 22:20 Sport Extra 23:00 NET News 23:30 Xandiriet għal matul il-lejl Rai 1 08:25 Che tempo fa 08:27 Unomattina 09:00 TG 1 09:35 Parlamento Telegiornale 09:38 Unomattina 09:50 TG 1
Skeda
09:55 Storie italiane 11:55 E' sempre mezzogiorno 13:30 TELEGIORNALE 14:00 Oggi è un altro giorno 15:55 Il Paradiso delle Signore 5 17:05 La vita in diretta 18:45 L'Eredità 20:00 TELEGIORNALE 20:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno
21:25 DOC 23:45 Porta a Porta Italia 1 06:40 Nana’ Supergil 07:10 C’era volta 07:40 Rossana 08:10 Sui monti con annette 08:40 Chicago Fire
09:36 Law & Order 10:30 Chicago 13:00 L’isola dei famosi 14:05 i Simpson 15:25 Big bang theory 16:15 Modern Family 17:10 Friends 18:06 L’isola dei Famosi 18:22 Studio Aperto 19:00 Amici 19:30 C.S.I. Miami 21:20 Le Iene La 5 6:00 Vivere 07:15 Il Segreto 9:32 Tempesta d’amore 10:32 Beautiful 10:50 Una Vita 11:52 Pizza girls 12:05 Uomini E donne 13:50 Amici 14:45 L’Isola Di Pietro 2 15:10 The OC 17:50 Cinquanta Sfumatore d’amore 19:45 Uomini e donne 21:10 Film
NHAR TA’ ĦAMIS TVM 06:15 Sorelle 07:00 TVAM 09:00 Ghawdex Illum 09:30 X'sar minnhom 10:00 FITAM 12:00 News 12:15 Niskata 14:45 Teleshopping 15:00 News Update 15:05 Zizi 15:10 Wonder Grove 15:15 Tahbil il-mohh 15:20 Naqraw Flimkien 15:25 Teeny Break 15:35 Ilsienna Short 15:40 Sorelle 16:15 Teleshopping 16:30 Mill-Ghalqa tad-dar 16:45 Illum ma' Steph 18:00 News for the Hearing Impaired 18:15 Illum ma' Steph…cont 18:30 Gourmet Challenge 19:00 Popolin - Fuq il-programm Popolin, Gillian qasmet esperjenza personali mmens mat-tim ta' dan ilprogramm. Hi tkellmet dwar iż-żewġ korrimenti li kellha tul l-aħħar snin u tiddeskrivi dak li ħasset. Żgur li mhux sitwazzjoni faċli għall-ebda persuna, la għall-omm
u anqas għall-missier u l-familja kollha. Gillian tesprimi l-emozzjonijiet li ħasset, mhux darba iżda darbtejn fuq xulxin. Hi wkoll taqsam l-esperjenza tagħha dwar it-telfa li ħasset meta kienet imħajra taddotta tarbija minn barra minn xtutna. 19:40 Il-Bolla 20:00 News, Sports News, Weather report and Financial News 21:00 XTRA 22:00 Headline News 22:05 X'hemm mohbi 22:35 Tertuqa 23:00 Buckle up 23:30 News and Sports Update 23:45 Sorelle TVM 2 05:00 Euronews 06:15 Popolin 07:00 Il-Kollezzjonista 07:30 Teeny Break 07:40 Naqraw Flimkien 07:45 Tahbil il-Mohh 07:50 Wonder Grove 07:55 Zizi 08:00 Ilsienna Short 08:15 Il-Bolla 08:25 Kunjomijietna
08:30 Ilsienna 09:00 3 Pointer 09:30 Quddiesa 10:30 TVAM 12:30 Madagascar 13:00 Euronews 14:30 Buckle up 15:00 X'hemm mohbi 15:30 Fil-Gnien ma' Melo 16:00 News 16:15 Il-Mara 16:30 Eko Djar 17:30 Quddiesa 18:30 Zizi 18:35 Wonder Grove 18:40 Tahbil il-Mohh 18:45 Naqraw Flimkien 18:50 Teeny Break 19:00 It-Tezi 19:30 Hajjitna Ktieb 20:00 News in English 20:15 Ruggers 20:45 Europa League 23:00 Highlights programme 23:50 Nettuno 00:05 Headline News ONE 07:15 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa 08:45 Liquorish Update 08:40 Step Up 08:45 Pjazza GWIDA Mejju 2021
31
Skeda
10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Update 15:45 Ieqaf 20 minuta 16:15 Primetime Preview 16:30 Zona Sport 17:00 Popcorn 17:30 Ħabrikt 17:50 Mhux kemm taf – Gameshow ippreżentat minn Matthew Sant Sultana li jinkludi l-karrieri diversi li jeżistu. Logħba ħelwin bejn ilpersonalitajiet Maltin. 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sport 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Twenty ONE 21:00 Ilsien in-Nisa 22:30 Ondroad 23:30 ONE News NET 07:00 NET News 07:30 NET Live 08:55 Storja u Talba 09:00 Life & Style 09:30 Dritt għall-Punt 10:30 Telebejgħ 12:00 Net News 12:05 Il-Quddiesa 12:30 Bejnietna 15:00 NET News 15:05 Undercover 15:55 Storja u Talba
16:00 Telebejgħ 16:30 Kikkra Te 18:00 NET NEWS 18:10 NET Live 19:30 NET NEWS 20:15 Magħkom 20:45 Fattigi 21:45 NET News 21:50 JienInt 23:00 NET News 23:30 Xandiriet għal matul il-lejl Rai 1 08:27 Unomattina 09:00 TG 1 09:07 Che tempo fa 09:35 Parlamento Telegiornale 09:38 Unomattina 09:50 TG 1 09:55 Storie italiane 11:55 E' sempre mezzogiorno 14:00 Oggi è un altro giorno 15:55 Il Paradiso delle Signore 5 17:02 Previsioni sulla viabilità 17:05 La vita in diretta 18:45 L'Eredità 20:00 TELEGIORNALE 20:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno 21:25 In diretta dallo Studio 5 Italia 1 06:40 Nana’ supergirl 07:10 C’era volta 07:40 Rossana 08:10 Sui Monti Con Annette 08:40 Chicago Fire 12:25 Studio Aperto 13:00 L’isola dei Famosi 14:05 i Simpson
15:25 Big Bang Theory 16:20 Modern Family 17:10 Friends 18:06 L’isola dei famosi 18:30 Studio Aperto 19:00 Amici 19:30 C.S.I. Miami 21:20 Le Iene La 5 6:00 Vivere 07:15 Il Segreto 9:32 Tempesta d’amore 10:32 Beautiful 10:50 Una Vita 12:20 Uomini E donne 13:50 Amici 14:45 L’isola di Pietro 2 15:10 The OC 17:10 Cinquanta sfumature d’amore 19:45 Uomini e donne 21:10 Film
NHAR TA’ ĠIMGĦA TVM 06:15 Sorelle 07:00 TVAM 09:00 Personaggi 09:30 Il-Kollezzjonist 10:00 FITAM 12:00 News 12:15 Niskata 12:30 Press Conference by Prof Gauci - Covid 19 update 13:00 Niskata 14:45 Teleshopping 15:00 News Update 15:05 Zizi 15:10 Wonder Grove 15:15 Tahbil il-mohh 15:20 Naqraw Flimkien 15:25 Teeny Break 15:35 Ilsienna Short 15:40 Sorelle 16:15 Teleshopping
32 GWIDA Mejju 2021
16:30 Maltarti 16:45 Illum ma' Steph 18:00 News for the Hearing Impaired 18:15 Illum ma' Steph…cont 18:30 @ Magic 19:00 Popolin 19:45 Superstar Lottery 20:00 News, Sports News, Weather report and Financial News 21:00 Serataron - Żgur li ħafna Maltin segwew is-serje popolari u maħbuba Simpatiċi u żgur ukoll li hawn ħafna familjari mas-sigla tal-għeluq. Fejn issoltu mdorrijin nisimgħu lil Herman Bonaci u lil Mary Rose Mallia, din id-darba stajna nisimgħu leħen il-
Skeda
kantant Gianluca Bezzina wara li dan kanta parti minn din is-sigla nhar il-Ġimgħa li għaddiet fuq Serataron, u jidher li Gianluca jiftakarhom sew il-kliem ta’ din il-kanzunetta. Għal dan il-programm kien mistieden ukoll Eric Grech li kien jagħmel il-parti ta’ Guido f’Simpatiċi, li kien jaħdem bħala awditur fl-uffiċju talABS Auditors. 22:00 Headline News 22:05 Serataron 22:30 Insights 23:30 News and Sports Update 23:45 Sorelle TVM 2 05:00 Euronews 06:15 Popolin 07:00 Ilsienna 07:30 Teeny Break 07:40 Naqraw Flimkien 07:45 Tahbil il-Mohh 07:50 Wonder Grove 07:55 Zizi 08:00 Ilsienna Short 08:15 Il-Mara 08:30 Kif Isir 09:00 Ruggers 09:30 Quddiesa 10:30 TVAM 12:30 XTRA 14:00 Euronews 14:30 Sommelier 15:00 Kompendju 16:00 News 16:15 Mill-Ghalqa tad-dar 16:30 Paq Paq 17:00 Transport 17:30 Quddiesa 18:30 Zizi 18:35 Wonder Grove 18:40 Tahbil il-Mohh 18:45 Naqraw Flimkien 18:50 Teeny Break 19:00 Dine or Dishes 20:00 News in English 20:05 Mill-Palazz 20:15 GFA Round up 20:45 Sports Panorama 22:00 Malta u lill Hinn Minnha 23:30 Skritt 23:45 Maltarti 00:00 Headline News ONE 07:15 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa 08:30 Liquorish Update 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 10:00 Espresso 12:30 Aġġornament tal-Covid-19
13:15 ONE News 12:40 Teftif 13:20 Kalamita 16:05 Liquorish Update 16:50 Primetime Preview 17:05 Duurella 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 L-Awla - Suġġett li ddiskutew kien iddipendenza u kemm hu diffiċli li wieħed joħroġ mill-vizzju tad-droga. Fost il-mistednin kien hemm Duane Carabott li tkellem fuq l-esperjenza personali tiegħu. Duana, spjega kemm kienet diffiċli għalih li jiġġieled dan il-vizzju. Fil-bidu jistqarr li ma xtaqx jieqaf, iżda ommu b'xi mod irnexxielha tieħdu l-Caritas biex isib l-għajnuna. Ma' Clara jistqarr li xahar qabel ma spiċċa l-ewwel programm, iddeċieda li jieqaf. Dan kien proprju f'jum l-omm u donnu dak il-kliem baqa' jidwi, għax Duane jistqarr li ommu qaltlu dan ir-rigal li ħa tagħtini għal jum l-omm? Hu jistqarr li għamel erba' programmi. Nittamaw li aktar żgħażagħ jagħmlu kuraġġ ifittxu l-għajnuna. Aktar stejjer u taħdita interessanti fuq dan ilprogramm. 21:45 Country Jamboree 23:30 ONE News NET 07:00 NET News 07:30 NET Live 08:55 Storja u Talba 09:00 Magħkom 09:30 Jekk Jogħġobkom 10:30 Telebejgħ 12:00 Net News 12:05 Il-Quddiesa 12:30 Bejnietna 15:00 NET News 15:05 Undercover 15:55 Storja u Talba 16:00 Telebejgħ 16:30 Kikkra Te 18:00 NET NEWS 18:10 NET Live 19:30 NET NEWS 20:15 Flusek 20:45 Meander Arti u Kultura 21:30 Replay Preview 21:45 NET News
21:50 Replay Preview 23:00 NET News 23:30 Xandiriet għal matul il-lejl RAI 1
08:00 TG 1 08:25 Che tempo fa 08:27 Unomattina 09:35 Parlamento Telegiornale 09:55 Storie italiane 11:55 E' sempre mezzogiorno 14:00 Oggi è un altro giorno 15:55 Il Paradiso delle Signore 5 17:02 Previsioni sulla viabilità CCISS Viaggiare informati 17:05 La vita in diretta 18:45 L'Eredità 20:00 TELEGIORNALE 20:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno 21:20 5In diretta dallo Studio 5 Italia 1 06:40 Nana’ supergirl 07:10 C’era volta 07:40 Rossana 08:10 Sui Monti Con Annette 08:40 Chicago Fire 12:25 Studio Aperto 13:00 L’isola dei Famosi 14:05 i Simpson 15:25 Big Bang Theory 16:20 Modern Family 17:10 Friends 18:06 L’isola dei famosi 18:30 Studio Aperto 19:00 Amici 19:30 C.S.I. Miami 21:20 Le Iene La 5 6:00 Vivere 07:15 Il Segreto 9:32 Tempesta d’amore 10:32 Beautiful 10:12 Una Vita 11:52 Pizza Girls 12:05 Uomini E donne 13:50 Amici 14:45 l’isola di Pietro 15:10 The OC 17:10 Cinquanta sfumature d’amore 19:45 Uomini e donne 21:10 Film
GWIDA Mejju 2021 33
Skeda
NHAR TA’ SIBT 19:15 19:30 20:15 20:45 23:30
TVM 06:30 TVAM News Loop 07:00 Zizi Wonder Grove Tahbil il-mohh Teeny Break 09:30 Cappas 10:30 Ilsienna 11:00 Fil-Gnien ma' Melo 11:30 Hygieia 12:00 News 12:15 Dine or Dishes 13:15 Sibtek - Ftit tal-ġimgħat ilu, il-kantanta bravissima Claudia Faniello kienet il-mistiedna ta’ Sibtek. Josmar staqsa lil Claudia li kieku jkollha ċ-ċans, terġax tieħu sehem fil-Eurovision. “Jien qatt ma ngħid le. Kien hemm snin fejn xtaqt nagħmel affarijiet lil’hinn millfestival… imma meta tkun doqtu daqshekk mill-viċin, l-imħabba lejh tikber aktar”. Min jaf… forsi nerġgħu narawha tikkompeti? 15:00 News Update 15:05 Sibtek…cont 16:15 Teleshopping 16:30 Personaggi 17:00 Nota f'Nota 17:30 Il-Mara 18:00 News for the Hearing Impaired 18:15 Gadgets 19:00 Animal Diaries 19:35 Kunjomijietna 19:45 Lotto 20:00 News, Sports News, Weather report and Financial News 21:00 Songs of Hope 22:00 Headline News 22:05 Tertuqa 22:30 Sommelier 23:00 Madagascar 23:30 News and Sports Update TVM 2 06:00 Euronews 06:45 Personaggi 07:15 Tertuqa 35 07:45 Sports Panorama
34 GWIDA Mejju 2021
09:00 GFA Roundup 09:30 Quddiesa 10:30 Rahal Twelidi 11:00 Sorelle catch up weekend 14:00 Teleshopping 14:30 CL Match - repeat 16:30 Eco Djar 17:30 Il-Mara 17:45 Rome Reports 18:15 Ahbar Tajba 18:30 Quddiesa mis-Santwarju ta' Pinu 19:30 Ghawdex Illum Subtitled 20:00 News in English 20:05 Skritt 20:15 Knots 20:45 TVM Sports 21:30 Champions League Magazine 22:00 Il-Kollezjonist 22:30 X'sar minnhom 23:00 Buckle up 23:30 Nostalgija 00:15 Headline News ONE 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Kick off 11:10 In d house (R) 12:30 ONE News 12:35 Mhux Kemm Taf (R) 13:10 Country Jamboree 14:45 The Local Traveller (R) 15:30 ONE News 15:35 Dak li jgħodd 16:30 Flimkien ma’ Nancy 17:25 Il-Kelma - Antonella Galea Loffreda titkellem malmistiedna tagħha dwar l-Evanġelju li jinqara filġurnata tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd waqt il-quddies. Wieħed ukoll jista’ jżur ilpaġna ta’ facebook Il-Kelma. Sett ta’ James Dimech, produzzjoni ta’ CPI media, direzzjoni ta’ Paul Jones. 18:00 Pink Panther 17:45 On d road 18:30 Pink Panther 18:40 Ondroad
ONE Sport ONE News Ieqaf 20 minuta Arani Issa ONE News
Net 07:00 Net News 07:30 Net Live 08:55 Storja u Talba 09:00 Telebejgħ 11:00 Ara min mar! 12:00 NET News 12:05 Il-Quddiesa 12:30 Telebejgħ 13:30 Meander Arti u Kultura 14:10 Flusek 14:50 Najn – Vjaġġ għall-Ħajja 15:00 NET News 17:30 Dawra mas-Salv 18:00 NET News 18:10 Jekk Jogħġobkom 19:10 Imkejjen Storiċi 19:30 NET News 20:15 Life & Style 20:30 The Entertainers 21:45 Net News 21:50 The Entertainers 23:00 NET News 23:30 Xandiriet għal matul il-lejl Rai 1 08:30 UnoMattina in famiglia 09:30 TG 1 L.I.S. 10:30 Buongiorno benessere 11:25 Gli imperdibili 11:29 Che tempo fa 11:30 Passaggio a Nord-Ovest 12:20 Linea Verde Life - Agrigento 14:00 Linea Blu - Porto San Giorgio 15:00 Linea Verde Tour 15:30 A Sua immagine 16:25 ItaliaSì! 18:45 L'Eredità Week End 20:35 Ballando con le Stelle Italia 1 06:50 Baby Daddy 07:50 Mila E shiro 08:45 E’ quasi magia johnny 09:31 Legacies 12:10 Cotto e mangiato 13:45 I Griffin 15:30 Flash 16:25 Film 17:25 DC’s Legends of tomorrow 18:30 Studio Aperto 19:30 C.S.I. 21:20 Film La 5 06:02 Vivere 06:50 Beautiful 09:10 Amici di Maria 13:45 F’isola dei famosi 18:00 La Pupa e il secchione 21:10 Inga Lindstorm
GWIDA SpeĊjali
RAISA TA’ MY TRIO
Omm ta’ 3 itfal u influencer popolari! Jekk għandek Instagram mela żgur taf min hi Raisa! Il-profil tagħha jismu My Trio u hu ddedikat għat-tliet ulied li għandha. Lil Raisa jsegwuha ħafna nisa Maltin u dejjem ikollha xi pariri siewja għalihom! Tkellimna ma’ Raisa fuq uliedha u dan il-mezz soċjali. GWIDA Mejju 2021 37
GWIDA SpeĊjali
Raisa, bħala omm ta’ tlieta, tista’ tirrakkontalna t-twelid tat-tliet ulied? Ħriġt tqila meta kelli sbatax-il sena u kelli lil Zyas. Kont qiegħda f’relazzjoni oħra u naħseb li kien l-aktar twelid tal-biża’ li esperjenzajt għax kont żgħira. Ma kellix idea ta’ x’inhu ġej għalija! Ħakmitni biżgħa kbira għax min jgħidlek li ser jiġri mod u min ieħor. Xtaqt lil ommi tidħol fis-sala tal-ħlas, biex tara kemm bżajt! Minkejja l-biża’, il-ħlas kien normali u nista’ ngħid li Zyas kien l-isbaħ esperjenza ta’ ħajti. Imbagħad meta kelli lil Paris, kellna bokka kbira għax kienet l-ewwel tifla fil-familja kemm min-naħa tiegħi u anke min-naħa tar-raġel. Eiva Joï, domt neqred ħafna għaliha u insistejt li jkollna t-tielet tarbija! Ir-raġel ma xtaqx iktar tfal u jien għedtlu li din kienet tal-aħħar. Eiva Joï ġiet b’ċesarja. Sfortunatament weħlet taħt il-kustilji u ma setgħetx toħroġ. Tal-inqas mar kollox sew. Nixtieq ngħidlek bi twelid ieħor imma għad m’għandix! Int tixtieq ieħor? Nixtieq b’saħħa ieħor! Imma sħabi u tal-familja kulħadd kontrija, anke s-segwaċi tiegħi jgħiduli li m’għandix ikolli ieħor. Ngħid li għandhom ftit raġun għax wasal iż-żmien li ngawdi r-raġel, għax il-problemi tat-tfal għad iridu jiġu. Imma meta nara tarbija ninsa kollox u ma jkun jimpurtani xejn ħlief li nkun tqila. Li qed jiġrili hu, qed nara lil Eiva Joï tikber u qed nimmissja li nrabbi tfal żgħar. Trid tqis li minn mindu kelli 17-il sena dejjem b’tarbija mħaddna miegħi. Imma issa naraw, f’idejn il-Bambin! Imma x’tagħmel kieku minħabba li l-Instagram jismu My Trio? Diġà ħsibt għall-isem ta! Inbiddel l-isem għal My Quadrio. Ilni nimmaġina l-gender reveal, b’dik ilbużżieqa kbira, vera nixtieq! Ir-raġel jibża’ minni u meta nagħtih xi weekend break, jgħidli “Aħrab ’l hemm, mhux ġej!”. Bħalissa qed taħdem biex tmur ġo dar ġdida? Iva, ilni ndur minn post għall-ieħor xi 3 snin. Bħalissa qed ngħixu l-Furjana ġo dar żgħira, imma dalwaqt immorru noqogħdu ġo post akbar. Ir-raġel moħħu fin-negozju u flok xtara appartament, xtara dar antika, waqqagħha, bena ħames sulari, tnejn minnhom għall-kiri u aħna ħadna l-kumplament biex ngħixu komdi peress li qegħdin familja ta’ ħamsa. Taħsibha faċli imma ma kinitx fil-każ tagħna għax il-maltempati kienu kbar. Il-covid m’għenitx, żewġi kellu jieqaf mixxogħol, kien jaħdem ġo ristorant Marsaxlokk. Waqt il-pandemija fetaħ negozju ieħor La Loggia u s’issa sejjer tajjeb. Tal-inqas missieri għenni ħafna u wasalna fil-final.
38 GWIDA Mejju 2021
GWIDA SpeĊjali
Ilna li xtrajna dan il-post erba’ snin, u f’dawn is-snin għamilna sena għand il-kunjata, għext sena ġo studio appartment, is-sena l-oħra morna ġo appartament San Ġwann b’kirja għolja ħafna u issa l-Furjana. Hawn, il-post żgħir, kulma għadna sodda waħda, mgħaffġin u niżbarazza bla ma nieqaf. Ngħodd il-ġranet biex immorru noqogħdu fid-dar il-ġdida. Għamilt kollox għattfal biex ngħixu komdi imma kienet wisq iebsa. Grazzi għall-kunjata li kienet tieħu ħsieb it-tfal waqt li naħdem żewġ xogħlijiet u missieri li ħa ħsieb il-manutezzjoni kollha. It-tfal kif ħaduha din? It-tfal tiegħi qatt ma gergru minn xejn! Qatt ma qaluli xejn minħabba li m’għandhomx kamra għalihom. Qatt ma kelli tfal li għamluli ħajti diffiċli għax m’għandhomx dar bħal ħaddieħor. Jgħinuni ħafna u m’għandix xi ngerger fuqhom. Bħalissa mhux imorru skola minħabba l-Covid-19. Kienet ta’ stress għalik? Xi kultant nirringrazzja lill-Bambin li x-xogħol tiegħi full-time huwa ta’ Instagrammer għax hekk inkun nista’ mmexxi u nqassam il-ħinijiet kif irrid jien. Anke hekk mhix faċli; li t-tfal ikunu 24 siegħa miegħek ukoll uġigħ ta’ ras. Imma fuqi personali, nista’ mmexxi u nġaħġaħha imma ma jfissirx li għax jirnexxili jien, ħaddieħor l-istess. Dan ix-xogħol fuq Instagram, x’jgħidulek fuqu? Jafuni mingħajr Instagram imma jafuni dejjem addict għar-ritratti. Għandi eluf ta’ ritratti żviluppati. Fil-fatt kull ritratt li għandi Facebook u Instagram hu żviluppat! Għand il-kunjata għandi kaxex kbar kollha albums tar-ritratti. Li nagħmel mat-tfal tiegħi, kienet tagħmlu miegħi ommi. Minn mindu kelli 4 snin, jien kont nagħmel ir-reklami, kelli karriera ta’ ħmistax-il sena mudellar u ommi dejjem tiġri bija. It-tfal hekk jafuni. Infatti l-ewwel marka li ħabbtuli l-bieb kien stabbiliment tal-ħwejjeġ. Dawn bdew jaraw ir-ritratti li bdejt nitfa’ tattfal jilbsu dejjem pariġġ u talbuni biex niltaqa’ magħhom. Kulma kelli xi 400 follower u ma ridtx nemmen. Dawn emmnu fija u issa ilna 3 snin għaddejjin. Niftakar Danita ta’ One chick and a yorkie ħajritni nibdel l-isem tal-paġna għal My Trio. Jien kont nistaqsiha ħafna mistoqsijiet fuq kif ħa nibda f’dan il-mistier u kienet tagħtini xi suġġerimenti fosthom dwar l-isem u biex niffoka fuq it-tfal. Hi ħarġet bl-isem! Bdejna u ġġennint... Nibża’ biss li t-tfal ma jibqgħux jikkooperaw miegħi. Diġà bdejt nara lill-kbir jersaq lura mir-ritratti. Nixtieq li nibqgħu bħala tim u l-erbgħa li aħna.
GWIDA Mejju 2021 39
GWIDA SpeĊjali
Min-naħa ta’ xogħol, ġejt affettwata mill-Covid? Tal-inqas jien mort aħjar bil-Covid. Meta faqqgħet il-pandemija jien kont tajt in-notice lill-kumpanija fejn kont qabel. Tlaqt fi Frar u Marzu bdiet il-Covid. Kont ser immut, imma l-klijenti tiegħi bdew iċemplu u bdew jirreklamaw miegħi. Bħala xogħol mort tajjeb, imma r-raġel mar ħażin ħafna. Jagħmel ftit deliveries filgħaxija imma xejn għal li kien qabel. Ir-raġel jgħinni ħafna f’Instagram u jieħu pjaċir jieħu sehem miegħi. Vera jagħtini sapport u jibda jagħtini l-ideat! Issa vera ġie xogħol u m’għadux passatemp għax issa qed nitħallas. Taħseb li l-influencers Maltin huma stmati? Fuqi personali ma nistax ingerger, għax qatt ma kelli messaġġ negattiv. Għandi ħafna influencers ħbieb tiegħi li meta nara l-messaġġi li jirċievu nibda nitwaħħax. Messaġġi tal-biża’! Vera nħoss għalihom. Jien inħoss li n-nies iħobbuni u jgħiduli affarijiet personali tagħhom. Ġieli jistaqsuni pariri fuq ir-relazzjoni tagħhom u jien nara kif nista’ ngħin. Ikun hemm ħafna jistaqsuni fuq x’nista’ nagħmel biex il-partner jaċċetta wild minn ta’ ħaddieħor. Hemm inkellimhom fuq Zyas u ngħidilhom li jien għandi relazzjoni tajba ħafna ma’ missier it-tifel. Infatti f’waħda mix-xandiriet li tagħmel staqsewk fuq it-tifel tiegħek. X’kont għedtilhom? Ma niddejjaqx nitkellem fuq hekk għax naf kemm nista’ ngħin nies. Dawn l-affarijiet ma jkunux pożittivi mill-ewwel ġurnata, ovvja, imma tant insistejt ma’ żewġi biex jaċċetta lil missier ibni li fl-aħħar nista’ ngħid li wasalt fejn xtaqt. Jien dejjem sħaqt li għal għeluq snin ibni, missieru jkun dejjem preżenti. Meta nfridt minn ma’ missieru, ħlift miegħi nnifsi li t-tifel qatt ma jgħid “għax jien?”. Kellna problemi bejnietna għax batejt imma ma daħħaltx il-ġlied tagħna mat-tifel. L-unika dispjaċir li għandi hu li ma stedintx lil missier it-tifel għat-tieġ u ma stedintux minħabba n-nies, u ara xi ġrali, iddispjaċieni! L-isbaħ rigal li tajna lil Zyas kien meta għalaq 7 snin u r-raġel tiegħi u missieru qatgħu biljett għal Madrid biex imorru jaraw logħba football. Jingwalaha tajjeb ir-raġel ma’ missier Zias? Dażgur! Iċemplu lil xulxin... irsistejt ħafna biex naslu s’hawn. Ħadt ħafna keded ma’ żewġi biex jaċċetta u ma’ missieru. Għamilt 3 snin niġġieled fuq din il-biċċa bla waqfien imma rnexxieli. Tant għaqqadthom flimkien li ġieli jdejquni! Qatt m’għandhom jeħlu t-tfal jekk relazzjoni ma ssalvax għax fil-verità la r-raġel u lanqas il-mara mhu ser ibatu daqskemm ibatu t-tfal! Fittex lil My Trio fuq Instagram. Agħmel follow tal-paġna tagħha u skopri aktar dwar din l-omm simpatika! Nawgurawlek l-isbaħ xewqat f’Jum l-Omm, Raisa!
40 GWIDA Mejju 2021
42 GWIDA Mejju 2021
Intervista
RAQUEL GALDES
Ritratt: Darrin Zammit Lupi
Fl-2020 iżżewġet, bdiet Master’s, ċaqalqet iddar, ħarġet tqila u qabadha l-Covid! Raquel Galdes, għandha vuċi b’timbru li ma tistax tinsieh żgur. Fost l-ewwel dehriet tagħha kien hemm il-parteċipazzjoni tagħha fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza, fejn rajnieha tkanta Mhux Pupa Biss fl-2013. Minn dakinhar ħadet sehem f’diversi festivals fosthom L-Għanja tal-Poplu u l-Malta Eurovision. L-aħħar darba li rajna lil Raquel tieħu sehem fil-Malta Eurovision kien fis-sena 2016 bil-kanzunetta Flashing Lights. Fl-2021 rajna r-ritorn tal-kantanta fil-festival Mużika Mużika bilkanzunetta Vizzju. Lil hinn mix-xena mużikali, Raquel ingħaqdet fis-sagrament taż-żwieġ mar-raġel tagħha Christian f’Settembru tal-2020. Fl-eqqel tal-pandemija u b’ħafna qtigħ il-qalb, Raquel u Christian iżżewġu! Id-data oriġinali kienet ser tkun f’Ġunju imma l-koppja ddeċidew li jipposponu t-tieġ minħabba s-sitwazzjoni ta’ dak iż-żmien. Fis-7 ta’ Marzu ta’ din is-sena, Raquel tħabbar li qed jistennew l-ewwel wild tagħhom. Iltqajna ma’ Raquel b’mod virtwali u staqsejnieha ftit mistoqsijiet fuq il-ħajja tagħha bħalissa, kif qed tipprepara ruħha biex issir omm u fuq il-karriera tagħha.
X’wasslek biex terġa’ tieħu sehem fil-festival? Raquel: Kont ilni intella’ u nniżżel fil-verità. Kull sena li ma kontx nieħu sehem f’xi festival, kien jiddispjaċini li ma nkunx dħalt, imma kont naf li ma kienx wasal iż-żmien. L-aħħar festival li dħalt għalih, il-kanzunetta ma ħassejthiex li hi l-istil tiegħi u ma kontx komda. Iddeċidejt li nieħu pawsa qasira. Apparti minn hekk, ix-xogħol kien qed jeħodli ħafna ħin. Din is-sena, grazzi għall-kantant Aiden, li ħadt sehem. Ikkuntattjajtu jien biex nagħmlu kanzunetta flimkien, imma tant insista li nagħmilha u tkun tajba mill-bidu sal-aħħar li grazzi għalih dehret kif dehret. Kien hu li ġibidli l-ispaga. Aiden iddeċieda kollox fuq il-kanzunetta? Raquel: Niftakarni nċempel lil Aiden u ngħidlu li xtaqt kanzunetta. Hu jaf x’inhu l-istil tiegħi għax sifirna flimkien fuq kant. Wara ftit ġranet bagħatli silta mill-kanzunetta Vizzju u laqtitni mill-ewwel. Il-ġimgħa ta’ wara morna għand Cyprian Cassar u rranġalna l-kanzunetta, imma lestejna l-kanzunetta dakinhar tas-sottomissjoni. Lil Aiden kont kellimtu biex nieħu sehem xi ġimagħtejn qabel u kollox sar fi ftit ħin. GWIDA Mejju 2021 43
Intervista
Allura l-vizzju tiegħek x’inhu? Raquel: Li nkun tard! Anke fil-festival kont ser inkun tard fissottomissjoni. Ma’ kull min tkellimt is-sottomissjonijiet kienu kollha lesti xi xahar qabel! Meta ċempilt lil Cyprian u għedtlu bil-kanzunetta baqa’ mistagħġeb, imma tal-inqas laħħaqna kollox. Kull min jaħdem miegħi drani issa. X’kienu l-emozzjonijiet tiegħek fuq il-palk ta’ Mużika Mużika? Raquel: Kienu sbieħ u le! Għoġbitni ħafna għax il-palk kien tal-ġenn! L-emozzjonijiet fuq dak il-palk enormi kienu xi ħaġa ta’ barra minn hawn. Imma fl-istess ħin l-emozzjoni tal-festival li toħloq l-udjenza mmissjajtha immens! Tibqa’ tara kameras biss u li taf li hemm in-nies mid-dar qed jarawk, tbeżżagħni iktar. Nippreferi nara n-nies quddiemi u naf ma’ min qed nikkomunika. Wara l-kwinti kulħadd kien fil-kmamar tiegħu, jiġifieri ma tantx kellna l-opportunità li nitkellmu mal-kantanti l-oħra. Rajna s-serati minn fuq Zoom. Madankollu r-rispons li kelli kien wieħed tajjeb ħafna. Dik il-ħaġa li titla’ fuq palk, tinżel u ssib ħafna messaġġi sabiħa wisq. L-organizzazzjoni kienet stupenda u kollox sar b’reqqa. Ma nistax niddeskrivi l-pjaċir li ħadt, li kantajt wara tant żmien nieqsa. L-udjenza kienet l-unika element nieqes. X’kien ir-rispons mingħand in-nies? Raquel: Dejjem nistqarr li l-isbaħ ħin tal-festival ikun l-għada għax tiġbor il-kummenti kollha tan-nies. Naħseb din l-unika darba li rċivejt daqshekk messaġġi pożittivi, anzi kkumparawni mas-snin ta’ qabel u qaluli kemm għoġbithom il-kanzunetta. Vera apprezzajt il-mesaġġi kollha li rċivejt u kelli rispons vera tajjeb. Smajna li dalwaqt ser toħroġ kanzunetta ġdida oħra. Raquel: Iva! Aiden hu persuna li l-ħin kollu jimmotivak u minn dak li jkun, ikun jixtieq l-aħjar. Qabel kont ngħid, “issa nagħmel kanzunetta”, u ma kienet issir qatt. Iżda m’Aiden differenti. Jekk għedtlu xi ħaġa, ser nagħmilha bilfors għax hu perswassiv. Beda jaħdimli l-ewwel kanzunetta li ser noħroġ, ser tkun bil-Malti wkoll u għandi ġenn biex insemmagħha lin-nies. Bħalissa qed tagħmel Master’s fuq Digital Marketing fl-Università ta’ Malta, kont qed tieħu sehem filfestival u ser tmur toqgħod ġo dar ġdida. Kif qed tlaħħaq? Raquel: Dan kollu minħabba l-Covid! F’April kont spiċċajt id-dar bħal kulħadd. Kont iddejjaqt fejn kont qed noqgħod, ma flaħtx iktar u bdejna infittxu xi mkien ieħor. Kont ilni biex nagħmel il-Master’s u ħtaft l-opportunità. Kelli iktar ċans biex nieħu sehem fil-festival. Li ma kontx ċerta kien jekk jirnexxilix nagħmilhom f’sena waħda, imma tal-inqas qed inlaħħaq grazzi għall-familja tiegħi u għar-raġel. Sabiħ li jkollok ġurnata mimlija u jkollok x’tagħmel. 44 GWIDA Mejju 2021
Fil-bidu ta’ Diċembru skoprejt li qed tistenna tarbija. Kif ħadtha? Raquel: Niftakarni kont qiegħda nisma’ lecture talMaster’s. Kont ilni nara jekk inqbadtx tqila jew le imma r-riżultat kien dejjem ikun fin-negattiv. Kont ħadtha drawwa li nagħmel it-test filgħodu u għodwa minnhom waqt li kont qed nisma’ lecture tal-Università fuq Zoom, iddeċidejt li nkompli r-ritwal. It-test immarka żewġ linji u dak il-ħin ma ridtx nemmen. Mort inkompli l-lecture imma ma fhimt xejn. Qattajt il-ħin infittex u nara jekk dawn ittestijiet humiex ta’ min joqgħod fuqhom. Kont konvinta li kien hemm xi żball. Waqt l-istess lecture għamilt xi tliet testijiet oħra u kollha ġew pożittivi. M’għedt xejn lil ħadd! Ġie r-raġel Christian u għedtlu mill-ewwel! Għall-bidu ma riedx jemmen imma tista’ tobsor kemm fraħna xħin ikkonfermajna.
Interess
GWIDA Mejju 2021 45
Intervista
Ritratt: Matthew Cutajar
Fl-aħħar ta’ Diċembru, it-tnejn li intom ġejtu pożittivi għal Covid-19. Bżajt? Raquel: Le u iva! Minkejja li ġejt pożittiva, t-tieni darba li għamilt swab ġie negattiv, allura ma kontx ċerta jekk kontx pożittiva għall-Covid-19. Min-naħa l-oħra r-raġel tiegħi baqa’ pożittiv u kellna bilfors ninfirdu għal ftit żmien. Din kienet kerha ħafna. Kien l-istess żmien fejn kont għaddejja bl-eżamijiet tal-ewwel semestru, allura l-eżamijiet u l-istress kelli naffaċċjahom waħdi. Spiċċajt imsakkra f’kamra u ma kelli xejn x’nagħmel ħlief li nistudja, tal-inqas mort tajjeb ħafna! Ftit tax-xhur ilu skoprejtu l-ġeneru tat-tarbija... Raquel: Fil-bidu ta’ Marzu għamilna qisu festin żgħir għallfamilja biex niskopru l-ġeneru tat-tarbija. Jien ma kellix ħsieb ta’ x’ser ikolli. Morna għand it-tabib dik il-ġimgħa u kitbilna l-ġeneru f’envelopp u bqajna sejrin biha għand tal-poppers. Hemm kienet ser tegħlibna l-kurżità imma żammejna. L-għada għamilna l-gender reveal u skoprejna li ser ikollna tifla! Jien vera xtaqt tifla u fraħt ħafna. Iddeċidejtu fuq l-isem? Raquel: Ilna li qbilna fuq l-isem. Qabel ma żżewwiġna, fil-bidu tar-relazzjoni tagħna, niftakar konna xtrajna ktieb tal-ismijiet tat-trabi. Christian kien jogħġbu Beatrice bħala isem u fil-qosor Bea, u għall-bidu ma bediex jogħġobni. Imma baqa’ jinsisti u issa sar jogħġobni. Raġuni ewlenija għala xtaqt tifla hija minħabba l-isem! Konna qed infittxu isem Spanjol minħabba li l-ewwel kunjom hu Galdes allura ma stajniex sibna isem aħjar!
Smajna wkoll li għamiltu xi patt flimkien minħabba l-kunjom Galdes! Raquel: Iva dak kien patt bejnietna, li l-ewwel kunjom tagħna jkun Galdes imbagħad inżommu Briffa fl-aħħar. L-akbar inkwiet tiegħi f’ħajti kollha kien li ser nitlef kunjomi, vera kont niddejjaq. Ma’ kull ġuvni li kont noħroġ, kulħadd qalli le inkluż Christian. Imbagħad għamilna patt. Peress li hu jħobb ħafna l-Isla qalli li jekk niżżewġu u ngħammdu lit-tfal hemm, jieħu kunjomi... u ovvjament aċċettajt! L-aqwa li xorta ser jispiċċaw Gudjani! Jum l-Omm dalwaqt. Kif inhi r-relazzjoni tiegħek mal-mamà? Raquel: Tajba! Niġġieldu ħafna imma tieħu paċenzja kbira bija. Niġġieldu għax it-tnejn rasna iebsa, imma jekk ġej festival u xtaqt libsa partikolari qatt ma qaltli le. Il-mamà taf tħit ħafna u għamilt wegħda miegħi nnifsi li f’kull ħaġa kbira li jkolli ngħid lil ommi biex tagħmilha hi. Infatti anke għat-tieġ għamlitli l-libsa tat-tieġ hi. Imnalla għamlitha hi, għax l-għodwa tal-ġurnata tat-tieġ qaltli biex nilbes il-libsa biex tara li kien kollox sew. Xħin pruvajtha indunajna li ma kinitx tajba, id-dublett kien wiesa’ u bdiet taqa’! Kellha tirranġahieli dakinhar tat-tieġ. Infatti għandna ritratt li jixhed dan. Tort tiegħi għax ma pruvajthiex qabel u spiċċajt ippanikjajt lil kulħadd! Nistgħu ngħidu li Raquel xempju ta’ time management. Waqt li qed tistenna tarbija, qed tagħmel kors ta’ Master’s fl-Università, taħdem żewġ xogħlijiet differenti relatati ma’ Marketing, ħadet sehem fil-festival u bħalissa għaddejja minn preparamenti biex tmur tgħix ġo dar ġdida! Nawgurawlek minn qalbna Raquel. GWIDA Mejju 2021 47
50 GWIDA Mejju 2021
Storja Prinċipali
52 GWIDA Mejju 2021
Editorjal
GWIDA Mejju 2021 53
Editorjal
54 GWIDA Mejju 2021
Editorjal
IX-XEMX TFISSER FLUS!
X’tista’ tagħmel biex tgħin lid-dinja u lil Malta? Meta nitkellmu dwar enerġija alternattiva u sostenibbli qegħdin nitkellmu dwar enerġija li hija ġġenerata minn riżorsi li huma naturali, bħal ngħidu aħna mid-dawl taxxemx, mir-riħ, mix-xita, mil-livelli għoljin jew baxxi tal-ibħra, u minn taħt l-art permezz tal-kundizzjonijiet sħan li jinsabu fis-saffi differenti tad-dinja, u li tista’ tiġi użata permezz ta’ makkinarju speċjalizzat, fost oħrajn. Diversi studji wrew kif b’mod speċjali l-enerġija ġġenerata kemm mid-dawl taxxemx u kif ukoll mir-riħ, huma fost l-irħas. Ir-riżorsi naturali msemmijin hawn fuq huma riżorsi li mhu ser jispiċċaw qatt, bil-kontra tal-karburanti fossili bħaż-żejt pereżempju, li diversi esperti f’dan il-qasam jikkunsidraw li ser jispiċċaw minn issa u biss mitt sena oħra. Proprju minħabba li dawn ir-riżorsi naturali mhumiex ser jispiċċaw, li meta jintużaw sabiex tiġi ġġenerata l-enerġija, ma jħallux impatt negattiv fuq l-ambjent. Ir-risposta għalfejn għandna nużaw dawn ir-riżorsi naturali sabiex
niġġeneraw l-enerġija hija waħda sempliċi; jekk mhux ser naqbdu id f’id u nħarsu lejn l-użu ta’ riżorsi naturali li ma jħallu l-ebda impatt fuq l-ambjent meta jiġu użati, mhux ser jibqgħu mezzi sabiex niġġeneraw l-enerġija. Daqshekk huwa serju u mminenti li nużaw ir-riżorsi naturali li aħna mdawrin bihom, tista’ tgħid is-sena kollha fil-gżejjer Maltin u Għawdxin. X’inhu l-irwol tal-Gvern Malti fil-qasam tal-enerġija alternattiva u sostenibbli, u wieħed minn xiex jista’ jibbenifika ? Il-Ministeru responsabbli għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, permezz ta’ investiment sostanzjali ta’ €9 miljuni, ħabbar ħames skemi sabiex jgħin, jinkoraġġixxi, kif ukoll jinċentiva persuni li jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-enerġija alternattiva permezz ta’ pannelli solari jew inkella permezz tal-installazzjoni ta’ solar water heater pereżempju. Dawn l-iskemi jinċentivaw il-produzzjoni tal-enerġija alternattiva, l-użu tal-enerġija
GWIDA Mejju 2021 55
Editorjal
alternattiva, kif ukoll il-ħażna ta’ din l-enerġija. Il-Gvern ħabbar kif ser jgħin permezz tal-iskemi msemmija kemm individwi li għall-ewwel darba ser jinstallaw sistemi ta’ pannelli solari pereżempju, kif ukoll individwi li fid-djar tagħhom diġà għandhom sistemi bħal dawn. Min diġà għandu fid-dar tiegħu sistemi li jiġġeneraw l-enerġija, ilGvern ser jgħinhom permezz ta’ batteriji li jaħżnu enerġija li tkun ġiet iġġenerata matul il-jum però li ma tkunx ġiet intużata. Permezz ta’ dawn il-batteriji, il-poplu jkun ukoll qed igawdi minn rati ferm aħjar kif ukoll minn ambjent iżjed nadif. Ejja flimkien nagħtu daqqa t’għajn lejn l-iskemi li huma fis-seħħ bħalissa. L-ewwel skema hija installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ pannelli solari fejn il-Gvern ser jagħti lura €625 għal kull kilowatt-peak (ir-rata fejn tiġi ġġenerata l-iktar enerġija, bħal ngħidu aħna, għall-ħabta ta’ nofsinhar fil-gżejjer Maltin u Għawdxin fejn ix-xemx tkun ikkargata sew), kif ukoll ħamsin fil-mija tal-infiq totali sa €2,500. Din tinkludi wkoll feed-in tariff ta’ 10ċ5 fuq kull kilowatt iġġenerat kull siegħa, għal għoxrin sena. Wieħed jista’ jmur għat-tieni skema, dik ta’ installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ pannelli solari b’batterija solari li sservi bħala l-post fejn tinħażen l-enerġija li tkun ġiet iġġenerata però ma ntużatx. It-tielet skema hija mmirata għall-familji li diġà għandhom sistemi ta’ enerġija sostenibbli fid-djar tagħhom. Din l-iskema taġġorna s-sistema li jkun hemm fid-dar permezz ta’ batterija jew inverter solari pereżempju. Ir-raba’ skema tindirizza djar li għandhom diġà pannelli solari u li huma mgħammrin ukoll b’batterija solari li fiha tintrefa’ enerġija ġġenerata li ma tkunx ġiet ikkunsmata. Din l-iskema tħares li taġġorna dawn il-pannelli solari, u tagħti lura minn €600 sa €3,600.
56 GWIDA Mejju 2021
L-aħħar skema mħabbra tgħin sabiex taġġorna sistemi mgħammrin bil-batterija solari, u għalhekk tindirizza b’mod partikolari l-ħażna tal-enerġija. Importanti li nħarsu wkoll lejn l-insulazzjoni fid-djar tagħna. L-insulazzjoni tirreferi għall-mod ta’ kif inżidu l-effiċjenza tal-enerġija fid-djar tagħna billi nnaqqsu l-ammont ta’ sħana li toħroġ barra mid-djar tagħna flistaġuni kesħin, u billi nnaqqsu kemm jista’ jkun is-sħana minn ġewwa d-djar tagħna fix-xhur sħan li nesperjenzaw fil-gżejjer Maltin u Għawdxin. Din il-biċċa tax-xogħol ħafna drabi nħalluha f’idejn il-bennej, u forsi ftit nagħtu kas ta’ x’materjal ikun qiegħed jintuża għal insulazzjoni aħjar. Huwa għaqli li nikkunsidraw ukoll kif nistgħu nagħmlu dan anka mingħajr ma nħallu impatt negattiv fuq l-ambjent. Iktar kemm l-insulazzjoni tkun effettiva, inqas niġu bżonn li niġġeneraw enerġija sabiex insaħħnu jew inkessħu d-djar tagħna. L-insulazzjoni hija mkejla permezz ta’ R-Value. Dan huwa numru bejn in-numri 1 u 60 li jirrifletti kemm il-materjal intużat għall-insulazzjoni huwa fil-fatt kapaċi jnaqqas mill-imxija tas-sħana. Iktar kemm l-insulazzjoni tkun tajba, iktar ikun għoli n-numru tal-R-Value. Dan in-numru jiġi determinat mit-tip ta’ insulazzjoni, mill-ħxuna u anka mittoqol tagħha, mill-post tal-insulazzjoni, u anka mill-metodu ta’ kif din tiġi installata. Fir-rigward ta’ kemm wieħed għandu bżonn ta’ insulazzjoni fid-dar tiegħu jew tagħha, din hija unika għal kull post u dan għaliex hija determinata mill-klima, mit-tip ta’ sistemi li jsaħħnu jew ikessħu, u anka mill-post ta’ fejn qiegħda d-dar. Tal-aħħar, u nagħlqu hawnhekk, hemm diversi modi ta’ kif wieħed jista’ jgħix ħajja iktar sostenibbli.
Editorjal
Li wieħed jgħix ħajja iżjed sostenibbli tfisser illi jnaqqas minn kemm juża kemm ir-riżorsi naturali, u anka dawk personali. Din mhijiex xi ħaġa li wieħed jagħmel mil-lum għal għada, però tibdila waħda kuljum tħalli ħafna riżultati pożittivi. X’inhuma t-tibdiliet li nistgħu nagħmlu lkoll flimkien? Nistgħu nibdew billi naħsbu f’modi ta’ kif wieħed jivjaġġa minn post għal ieħor. Jekk normalment nużaw il-vettura tagħna, nistgħu nibdew billi darba fil-ġimgħa pereżempju, nużaw it-trasport pubbliku, jew inkella nivjaġġaw bir-rota distanzi qosra. Tajjeb li nkunu nafu wkoll illi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex hawn fis-seħħ skema li tagħti lura l-VAT lil min jixtri rota jew rota li taħdem b’elettriku. L-istess japplika għall-iskema li tinċentiva lil min jinvesti f’mutur elettroniku jew skuter, li tagħti lura l-VAT sa massimu ta’ €400. Min-naħa l-oħra, skema oħra li hija fis-seħħ hija dik li tagħti lura €400 lil dawk li jikkonvertu l-magna tal-vettura tagħhom sabiex taħdem bil-gass minflok b’karburant, jekk l-emissjonijiet tal-Carbon Dioxide jonqsu b’25%. Il-Gvern jgħin ukoll, permezz ta’ skema ta’ skrapp, lil min jibdel il-vettura tiegħu li tkun ilha tiġi misjuqa għal 10 snin, għal waħda li tħalli inqas emissjonijiet. Ukoll, il-liċenzja ta’ muturi b’magna bejn 125cc u 250cc, imġedda fl-2021, tiġi mraħħsa għal €25 minn €65. Apparti l-metodi ta’ kif nivjaġġaw, u x’bidliet nistgħu nagħmlu f’dan il-qasam, hemm metodi sempliċi oħrajn li permezz tagħhom inkunu qegħdin nagħmlu differenza
58 GWIDA Mejju 2021
tassew. Jgħin ħafna li nevitaw l-użu ta’ affarijiet bħal tazzi, platti u pożati fost ħafna affarijiet oħrajn li jintremew wara l-ewwel użu u li għalhekk nużawhom darba waħda biss. Ninvestu fi flixkun għall-ilma ta’ materjal sostenibbli sabiex nevitaw l-użu tal-plastik. Meta mmorru nixtru, nieħdu basket magħna sabiex nevitaw milli nagħmlu użu mill-boroż tal-plastik jew tal-karti. Kif għedna ftit ilu wkoll, tajjeb ħafna li nikkunsidraw bis-serjetà li ninvestu f’sistemi bħal solar water heater jew pannelli solari sabiex niġġeneraw l-enerġija. Importanti li nieħdu ħsieb li ma naħlux enerġija, u għalhekk nitfu dawk l-affarijiet li ma nkunux qegħdin nużaw. Mal-użu tal-enerġija, tajjeb li nsemmu wkoll l-użu tal-ilma. Minflok karti nistgħu nużaw email u nużaw il-karti biss jekk għandna bżonn. Tajjeb li nagħmlu ċert li qegħdin nirriċiklaw b’mod tajjeb u kif inhu mistenni, u nagħrfu wkoll kemm qegħdin niġġeneraw skart. Affarijiet li aħna m’għadx għandna użu għalihom, jaf huma ta’ użu għal ħaddieħor u għalhekk hija xi ħaġa sabiħa li nagħtu dawn l-affarijiet bħala donazzjoni lil min għandu bżonn, jew inkella lil xi bazaar li jkun qiegħed jiġbor xi fondi għal kawża ġusta. Min għandu xi roqgħa ħamrija, anka jekk waħda ċkejkna, jiżra’ pjanta, u min għandu xi bitħa mdaqqsa d-dar jista’ wkoll jiżra’ xi prodotti tal-ikel. Xi fdalijiet tal-ikel jistgħu jintużaw ukoll bħala kompost. Fl-aħħar nett, huwa essenzjali li nedukaw ruħna fuq dan is-suġġett, suġġett vast u li jolqot lil kulħadd. B’bidla żgħira kuljum inkunu qegħdin nirrispettaw kemm lil xulxin kif ukoll lill-ambjent ta’ madwarna.
Editorjal
TAĦLIX ĦIN!
X’tista’ tagħmel ta’ ġid dan is-sajf? Is-sajf dalwaqt magħna u ħafna mid-drabi nispiċċaw b’iktar ħin fuq idejna. Hawn min jagħżel li jqatta’ l-ħin fuq il-kompjuter, hawn min imur il-baħar imma hawn ukoll min jagħżel li jimla l-ħin billi jitgħallem xi ħaġa ġdida. Fis-sajf jibdew diversi korsijiet li ġeneralment ikunu b’xejn jew bi ftit flus u tkun tista’ tgħid li tgħallimt xi ħaġa ġdida.
Korsijiet tal-lingwa Ingliża jew lingwi oħra Li titgħallem lingwa oħra tista’ tgħinek tikkomunika aħjar meta tkun qiegħed barra minn xtutna. Ħafna drabi meta nkunu qegħdin waqt btala f’pajjiżi li ma jitkellmux bl-Ingliż, insibuha diffiċli ferm biex nikkomunikaw. Aħna l-Maltin dejjem nipprovaw nadattaw u nitkellmu b’xi lingwa oħra li nafu. Ħafna persuni peress li jaraw it-televiżjoni Taljan jafu jitkellmu sew b’din il-lingwa. Xi ngħidu għall-Ingliż! Għalkemm ħafna millMaltin jafu jitkellmu sew b’din il-lingwa, jeżistu korsijiet apposta sabiex ittejjeb il-ħiliet tiegħek f’din il-lingwa wkoll, tkun taf tikteb kif ukoll titkellem b’mod fluwenti. Korsijiet tar-roti Ftit tal-ġimgħat ilu ġie mniedi kors tar-roti fejn persuni professjonisti jħarrġu lill-adulti jew tfal kif isuqu u jżommu l-bilanċ fuq ir-rota. Iċ-ċikliżmu hu sports li qed jikber filpopolarità u dan is-sajf jidher li ser naraw ħafna jaqdfu fuq ir-rota. Hu sports li jġiegħlek tapprezza s-sbuħija li għandna f’pajjiżna. Mhux li kien kulħadd jitħajjar jitgħallem isuq ir-rota u f’qadjiet żgħar ma niddependux iżjed fuq il-karozza! Kieku hemm żgur jitnaqqas darba għal dejjem it-traffiku, inkunu aktar sani u ngawdu arja nadifa. 60 GWIDA Mejju 2021
Korsijiet tal-kompjuter Il-Covid-19 affettwat il-ħajja ta’ kuljum u ħafna mill-affarijiet li qabel kienu isiru mod issa qed isiru b’mod diġitali. Il-banek qed iħeġġu lin-nies biex jaqilbu online, il-ħwienet qegħdin ukoll jippromwovu s-siti tagħhom biex jinxtraw affarijiet b’mod diġitali. Għalhekk issa l-waqt aktar minn qatt qabel biex tinvesti ftit ħin u titgħallem sew kif jaħdem il-kompjuter. Tagħmel tajjeb li tagħraf l-affarijiet it-tajbin u żżomm lura milli tinqabad f’xi nassa! Il-kompjuter hu għodda tajba ħafna biex tkabbar l-għarfien tiegħek, tikkomunika u żżomm lilek nnifsek aġġornat maż-żminijiet. Tista’ timmaġina kemm tiffranka ħin kieku tagħmel l-affarijiet online? Korsijiet ta’ passatemp Sew jekk hux ħjata, cross-stich, ganutell, bizzilla... dawn kollha huma ftit mill-ħafna korsijiet li jiġu offruti. Timmaġinak tibda tippratika passatemp ġdid? Tgħaddi ftit ħin u tiltaqa’ ma’ persuni oħra li jkollhom l-istess gost? Taf kemm tagħmel ħbieb ġodda! Korsijiet tat-tisjir Jeżistu wkoll dawn it-tipi ta’ korsijiet fejn titgħallem issajjar b’mod san u tajjeb għal saħħtek. Tul il-kors, l-għalliema jgħaddu informazzjoni interessanti lill-istudenti fuq tekniki, riċetti u ingredjenti li wieħed għandu juża waqt it-tisjir. Dawn il-korsijiet huma mmirati għal kull min jixtieq ikabbar l-għarfien tiegħu fil-kċina u jattendu għalihom kemm irġiel u anke nisa. L-isbaħ ħaġa f’dan il-kors huwa li bir-riċetti l-ġodda li tkun tgħallimt tkun tista’ tgwadi miegħek il-bqija tal-familja!
Editorjal
Korsijiet ta’ manutenzjoni fid-dar Minn kif twaħħal plakka, sa kif tkaħħal jew tbajjad! Jeżistu korsijiet fejn wieħed jista’ jitħarreġ fuq affarijiet prattiċi ġewwa d-dar. Dawn huma korsijiet addattati għal min għadu kemm jidħol ġo residenza ġdida u jgħinuh ikabbar l-għarfien tiegħu f’każ ta’ emerġenza fid-dar. Tajjeb li wieħed ikun jaf kif jaħdmu ċertu affarijiet ħalli f’każ li jkun hemm il-ħsara, ħadd ma jkun jista’ jidħaq bik u jbigħlek affarijiet li m’għandekx bżonn! Skolasajf It-tfal ukoll jistgħu jagħmlu xi ħaġa tajba għalihom infushom! Skolasajf qed tkompli żżid il-ħiliet tagħha fit-tagħlim li qed jingħata. Tfal huma mħeġġa li jattendu biex iżidu l-komunikazzjoni bejn sħabhom, joħolqu affarijiet ġodda, jiltaqgħu ma’ persuni li jistgħu jagħtuhom informazzjoni siewja fuq l-iżvilupp tagħhom, jiskopru talenti ġodda u jagħmlu ftit eżerċizzju. Ġimgħat intensivi għat-tfal mimlijin attivitajiet t’interess fejn wieħed jista’ jitgħallem u jitħarreġ fuq affarijiet diversi. Korsijiet tad-drama Ma ninsewx ukoll li ħafna mill-kumpaniji ta’ produzzjoni jibdew ilkorsijiet tad-drama! Dawn jistgħu jwasslu għal parti fis-serje li tkun qed tinġibed biex tidher fl-iskeda li jmiss. Id-drama hija arma b’saħħitha kontra l-mistħija u ħafna mill-istudenti li jattendu xi skola tad-drama tarahom ikabbru l-personalità tagħhom u jemmnu aktar fihom infushom. Apparti li tiltaqa’ ma’ nies ġodda, id-drama tagħmlek persuna kreattiva! Korsijiet oħra Qatt xtaqt titgħallem l-Accounts? Titħarreġ fuq kif tista’ toħloq reklami għan-negozju tiegħek? Jew inkella jinteressak li titgħallem kif tista’ toħloq sit elettroniku? Jeżistu diversi korsijiet edukattivi li wieħed jista’ jagħmel! Dawn jgħinu ħafna mhux biss biex ikabbru l-għarfien f’suġġett partikolari, iżda jżidu ċ-ċans tal-individwu li jiġi magħżul u jaħdem ma’ kumpaniji stabiliti. Korsijiet bħal dawn ikunu intensivi u s-sillabu jkun relevanti ħafna għax jinbidel skont il-ħtieġa taż-żminijiet. Il-pandemija tal-Covid-19 ġabet fuqna sfidi ġodda li forsi mhux kulħadd kien preparat għalihom. Fost dawn l-isfidi nsibu l-metodi ta’ tagħlim li qed jintużaw. It-tibdil sar f’diversi oqsma u kull student ġie affettwat. Din is-sena erġajna rajna l-għeluq tal-iskejjel, fejn din id-darba kienu preparati u l-lezzjonijiet baqgħu għaddejjin online. Taqbel u ma taqbilx ma’ din, Covid-19 qed toffri opportunitajiet ġodda biex titgħallem b’mod differenti. It-tagħlim b’mod online għandu vantaġġ kbir li hu n-nuqqas ta’ vjaġġar minn post għall-ieħor. Student li joqgħod Għawdex jista’ jattendi għal liema kors irid fil-kumdità ta’ daru waqt li l-lezzjoni tkun għaddejja Malta. Minkejja li jeżistu wkoll l-iżvantaġġi, tajjeb li nħarsu lejn din is-sitwazzjoni bħala opportunità. F’Malta hawn ukoll il-faċilità li tattendi korsijiet online bħal dawk tal-kompjuter, tal-Accounts jew tal-Marketing biex insemmu ftit. Dawn il-korsijiet online qed jgħinu lil ħafna studenti jitħarrġu f’ħiliet oħra fil-ħin liberu tagħhom u fil-kumdità ta’ darhom. Għalhekk sew jekk hux b’mod fiżiku jew inkella online, agħmel mezz li dan is-sajf tinvesti fik innifsek u tibda titħarreġ f’suġġett li jogħġbok. GWIDA Mejju 2021 61
TISLIBA BIL-PREMJU MEJJU L-Ewwel Premju Dolores Grima, Żurrieq €20 Vawċer minn Gold Market It-Tieni Premju Mary Genovese, Żebbuġ Ktieb minn Horizons It-Tielet Premju Gabriel Bonanno, Żejtun Ktieb minn Faraxa Ir-Raba’ Premju Gaetan Żahra, San Ġwann Ktieb minn Merlin Library
Soluzzjoni GWIDA Marzu
Mimdudin 1 Laħlaħ; 3 Kubrit; 8 Dentatura; 10 Lwien; 11 Anġli; 13 Safra, 15 Ħniena; 19 Mar; 20 Innu; 21 Rampa; 23 Makku; 25 Żelu; 26 Ċurkett; 27 Makni; 29 Liżar; 30 Ħemel; 31 Ardit; 32 Azzar; 33 Ftira Weqfin 1 Lewlu; 2 Ħaddejn; 4 Realist; 5 Tubi; 6 Bianca; 7 Papa; 9 Notte; 12 Ġarar; 14 Fama; 16 Idumu; 17 Nakkra; 18 Bizzilla; 22 Pakkett; 24 Stilla; 26 Ċinta; 27 Mrar; 28 Kuda
1. 3. 8. 10. 11. 13. 15. 19. 20. 21. 23. 25. 26.
Mimdudin
Sieħba midħla tiegħek, persuna li tirrispetta u tafda (6) Pakkett żgħir (6) Għandhom l-età u anki l-esperjenza (9) Espressjoni ta’ mħabba bix-xofftejn, sakemm mhux xi waħda ta’ Ġuda (5) Mhix imxarrba (5) Merħija (5) Membru tal-familja (6) Frotta Żabbarija? (3) Proprjetà, ġid, patrimonju (4) Ġlieda sportiva (5) Xirka, għaqda, ħafna drabi illegali (5) Qalziet bil-ġakketta ħaġa waħda użat minn ħaddiema tal-id (4) Fuqu ġġorr it-tazzi jew xorta ta’ ikel (7)
Tisliba Bil-Premju Mejju Ibgħat is-soluzzjoni lill-GWIDA/ Tisliba Mejju, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 mhux aktar tard minn nhar It-Tnejn 17 ta’ Mejju. 62 GWIDA Mejju 2021
27. Naħat, mhux banda waħda iżda dawn ma jipproduċux mużika (5) 29. 29 Il-pjaneta li ngħixu fuqha (5) 30. Kulħadd suxxettibbli jieħu xi wieħed, imur żmerċ (5) 31. Kejl metriku użat fl-użin tad-deheb u anki f’riċetti mediċi u mhumiex (5) 32. Waħda biss m’hemmx oħra bħalha (5) 33. Isem Sadat, it-tielet President tal-Eġittu (5) 1. 2. 4.
Weqfin
Meta tagħmel ix-xita f’daqqa (5) Ħila liema bħalha, kapaċità (7) LIRABTI (Anagr.) Grupp mużikali Malti magħruf għall-ħoss ta’ strumenti partikolari (7)
5. 6. 7. 9. 12. 14. 16. 17. 18. 22. 24
Taw jixorbu (4) Lsira (6) Daqs tużżana anki daqshekk appostli (4) Annimal selvaġġ jixbaħ ħafna lill-kelb (5) Is-somma aħħarija (5) Tinżel f’xi waħda bħal 1 Wieqfa (4) Mhix ta’ prezz għoli (5) Iwieżnek meta zzappap (6) Nkejja, tentazzjoni, tidrisa (8) Is-sagrament li bih tirċievi l-Ewkaristija (7) Ħaddiem li jtella’ d-daqqiet li jkollha l-karozza wara xi ħabta (6) 26. L-għafsa bis-snien li tħalli marka (5) 27. Żubrun f’wiċċ il-baħar miżmum b’mażżra fil-qiegħ (4) 28. Kmand (4)
Isem Indirizz Mob/Tel
Editorjal
TFAL JEĦILSU LIT-TFAL
Addattament Claudia Cini
Fl-1995, meta kellu biss tnax-il sena, Craig Kielburger fetaħ l-għaqda Free the Children (FTC). Illum il-ġurnata din l-għaqda hija magħrufa aħjar bħala l-WE Charity. Kollox beda wara li Craig qara titlu ta’ artiklu fuq gazzetta Kanadiża. L-aħbar kienet dwar tifel tamparu li kien ġie maqtul. It-tifel, Iqbal Masih, Pakistani ta’ tnax-il sena, kien ilu jaħdem f’fabbrika tat-twapet minn meta kellu bejn ħames u sitt snin. Kien jaħdem minn filgħodu kmieni sa tard filgħaxija f’kundizzjonijiet tassew ħżiena. Iqbal kien jiġbor tfal, li bħalu kienu jaħdmu f’kundizzjonijiet ħżiena, u jħeġġiġhom sabiex isibu l-kuraġġ biex jitilqu minn fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom meta jkunu qegħdin jiġu ttrattati ħażin. Kien minħabba f’hekk li Iqbal Masih safa’ maqtul fl-1995. Minkejja li kien għad għandu biss tnax-il sena, Craig għamel riċerka dwar l-isfruttar tat-tfal fuq il-postijiet tax-xogħol u wera x-xewqa lill-għalliema tiegħu sabiex titkellem fuq dan is-suġġett fil-klassi. Kienu ħafna l-istudenti li wrew interess u offrew l-għajnuna tagħhom lil Craig. Flimkien ma’ xi wħud minn sħabu tal-klassi, Craig waqqaf il-kampanja Kids Can Free the Children. Fl-ewwel inizjattiva tagħhom, it-tfal ġabru iktar minn 3,000 firma. Dawn il-firem kienu ppreżentati lill-Prim Ministru tal-Indja sabiex jinħeles mill-ħabs l-attivist Kailash Satyarthi. F’Diċembru tal-1995, meta kien għad għandu biss tnax-il sena, Craig ivvjaġġa lejn l-Asja flimkien ma’ ħabib talfamilja sabiex ikompli jaħdem kontra l-isfruttar tat-tfal fuq il-postijiet tax-xogħol. Craig jirrakkonta l-esperjenzi li għadda minnhom matul dan il-vjaġġ fil-ktieb tiegħu Free the Children u fid-dokumentarju ta’ Judy Jackson It Takes a Child. Huwa rnexxielu wkoll jiltaqa’ mal-Prim Ministru Kanadiż fejn waqt laqgħa ta’ ħmistax-il minuta biss talab u rnexxielu jikkonvinċi lill-Prim Ministru sabiex ipoġġi fuq quddiem nett tal-aġenda tal-pajjiż il-ġlieda kontra l-isfruttar tat-tfal fuq il-postijiet taxxogħol. Fl-2004, flimkien ma’ ħuh Marc Kielburger, Craig ippubblika l-ktieb Finding Meaning in a Material World. Fil-ktieb Marc u Craig jispjegaw il-prinċipji tal-filosofija ME to WE u l-importanza li wieħed jagħti servizz lill-komunità sabiex iwitti t-triq għall-kuntentizza. Wara li mexxew b’suċċess
il-programm, Leaders Today, programm ta’ taħriġ immirat għaż-żgħażagħ u l-voluntiera li jduru d-dinja jagħmlu l-karità, fl-2008 is-subien stabilixxew l-intrapriża ME to WE. Din l-intrapriża toffri prodotti li joħolqu kuxjenza soċjali, tmexxi diversi programmi ta’ taħriġ u torganizza vjaġġi lejn numru ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw madwar id-dinja, bħall-Ekwador, l-Indja u l-Kenja. Parti mill-profitti tal-intrapriża ME to WE jingħataw lill-organizzazzjoni WE Charity, biex tkun tista’ tkompli tmexxi programmi soċjali f’diversi pajjiżi. Bħalissa l-organizzazzjoni WE Charity għandha programmi f’disa’ pajjiżi. Dawn il-programmi jiffukaw fuq l-edukazzjoni, l-ilma, is-saħħa, l-ikel u l-opportunitajiet ekonomiċi. L-organizzazzjoni tmexxi wkoll programmi għaż-żgħażagħ fil-Kanada, fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit. WE Villages u WE Day huma tnejn millħafna avvenimenti li torganizza din l-organizzazzjoni. Permezz tal-WE Villages, l-aħwa Kielburger għenu ’l fuq minn miljun persuna fl-Afrika, fl-Asja u fl-Amerika Latina sabiex joħorġu mill-problema tal-faqar. Filwaqt li permezz tal-avveniment WE Day, huma pprovdew programmi ta’ tagħlim lil aktar minn għaxart elef skola. Permezz tal-ħidma tiegħu, Craig bena ’l fuq minn ħames mitt skola għal aktar minn ħamsin elf student f’wieħed u għoxrin pajjiż differenti. L-għan ewlieni ta’ Craig huwa li jgħallem liżżgħażagħ u lit-tfal kif għandhom jgħinu lil żgħażagħ u tfal oħra bħalhom, filwaqt li jxerred messaġġi pożittivi favur id-drittijiet tat-tfal. Craig irċieva l-unur The World’s Children’s Prize fl-2006 għall-ħidma tiegħu bla waqfien sabiex jeħles lit-tfal mill-faqar, mill-abbuż fuq il-postijiet tax-xogħol u minn kull tip ta’ abbuż ieħor u vjolenza. Grazzi għad-donazzjonijiet ta’ flus li aħna nagħtu, ċkejkna kemm huma ċkejkna, tfal f’sitwazzjonijiet simili madwar id-dinja kollha, jirċievu dak kollu neċessarju biex jgħixu ħajja diċenti. Bis-saħħa ta’ ħafna benefatturi Maltin u Għawdxin, Missio Malta (l-uffiċċju Missjunarju) fil-Belt u l-Mosta, jibgħat fondi lil diversi komunitajiet fejn hemm il-missjunarji sabiex jgħinu mill-aħjar li jistgħu lill-foqra u abbandunati, fost oħrajn. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt www.missio.org.mt, minn Facebook jew fuq 2123 6962.
GWIDA Mejju 2021 63
Editorjal
GĦALIEX MA TIFFOSTERJAX?
Minn Remenda Grech Direttur, Kura Alternattiva (Tfal u Żgħazagħ)
Ħafna jgħidu li jibżgħu li jorbtu qalbhom ma’ tifel jew tifla, u li żgur ma jiffosterjawx għax l-akbar biża tkun li t-tifel jew tifla jittieħdu minn magħhom. Biża’ reali li bla ma trid ma tistax tagħti tort lil min jaħsibha b’dan il-mod. Però ftit ilu ltqajt ma’ foster carers li spjegaw din il-biża’ b’mod differenti. Spjegaw li l-fatt li tifel imur lura hija fil-fatt l-aqwa ħaġa li tista tiġri. Għaliex din tkun tfisser li inti bhala foster carer għent biex il-familja terġa tiġi fuq saqajha. Id-Direttorat Kura Alternattiva għen direttament lill-familja biex jaħdmu fuq id-diffikultajiet tagħhom, waqt li dawn kellhom moħhom mistrieħ li hemm familja tieħu ħsieb lit-tfal. Din il-familja issa ġiet fuq saqajha u qed terġa tgħix mill-ġdid. U dak għandu jkun l-għan tal-foster carers. Li ‘titlef’ it-tifel. L-għan tal-fostering huwa li toffri sapport lil familja bioloġika b’kull mod possibli. Dan huwa l-ġest altruista li jissejjah fostering. Id-Direttorat Kura Alternattiva bħalissa għandu 263 tifel u tifla li jinsabu f’familji fostered. Il-vjaġġ tal-fostering jista’ jiġi deskrit f’sensiela ta’ emozzjonijiet. Uħud minnhom ta’ biża, uħud ta’ qtigħ il-qalb, iżda ħafna minnhom ta’ ferħ, sodisfazzjon, kuraġġ u altruismu. Dawn in-nies huma eroj li b’imħabba liema bħala jpoġġu l-interessi ta’ dawn it-tfal qabel tagħhom. Huwa però vjaġġ li jekk tidħol għalih b’ħafna dedikazzjoni u b’determinazzjoni, jagħtik lura
ħafna sodisfazzjon. Vjaġġ li mhux ser tgħaddih waħdek. Ser ikollok miegħek il-familjari tiegħek li jissaportjawk, is-social workers li qegħdin hemm 24/7 kuljum, il-counsellor tasservizz li lesta tgħinek u twiżnek fil-mumenti l-iktar iebsin. Persuna li ltqajt magħha spjegat il-fostering bħala ħafna iktar milli tieħu ħsieb tifel jew tifla. Permezz tal-fostering qed tieħu ħsieb familja sħiħa u allura qed tgħin l-komunità. Ċertament dan il-ħsieb fakkarni fi ħsieb antik ħafna, ‘it takes a village to raise a child’. Kumment li jibqa’ f’moħħi matul il-karriera tiegħi huwa dak ta’ omm li ħadulha lil uliedha u llum l-ġurnata qed jitrabbew f’foster family. Hija rrimarkat, “fejn dak iż-żmien ma wasaltx jiena, waslu din il-familja fejn bis-saħħa tagħhom kemm uliedi u anke jiena mxejna l’quddiem. Għalkemm is-sitwazzjoni tiegħi hija diffiċli iżda minn qalbi nħeġġeġ familji biex jidħlu għal fostering għaliex il-ġid li qed jagħmlu ma dawn it-tfal huwa imprezzabli.” Kull min huwa nterressat li jiftaħ qalbu u daru għal tfal li għandhom bżonn kura alternativa u li jitrabbew ġo familja, huwa mitlub li jikkuntatja lis-servizz fuq 9901 0533 / 9955 7704 jew iżur il-paġna tagħna ta’ facebook Fostering Service – Malta.
GWIDA Mejju 2021 65
EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN
IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (It-tieni parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
X’ġara s’issa? Alvio jilmaħ lil Mario l-Belt u jgħidlu li Lydia ma baqgħetx il-Belt u ra tirkeb ma’ xi ħadd. Victoria kienet marret tgħid lil Gwido (l-għarus ta’ Lydia) fuq Mario u l-ittra li kienet bagħtitlu oħtha.
Oscar kien qed jinżel it-taraġ tal-Iskola tal-Arti, kien jidher kalm, imħasseb u bla ebda għaġla partikolari. Filpront beda jgħajjatlu sieħbu Gian Marie li mill-ewwel induna li dan kellu xi ħaġa. Oscar wieġbu li ma kellu xejn iżda Gian Marie baqa’ jinsisti... Oscar: Ġiet ġurnata ħażina. Jista’ jkolli ġurnata ħażina?
Gian Marie: Mela ma tistax imma jekk għandek xi problema mhux tiġi tinsieha naqra magħna llejla Strada Stretta. Għandek aptit? Oscar: Ma naħsibx... aħjar ma niġix...
Gian Marie: U jaħasra Oscar ...tħallix in-nisa jġibuk hekk ta! Jekk ma tridx taf, sib lil ħaddieħor, taħlix ħin tibki lil min ma jridekx. Oscar: Inti min qallek li rridha?
Gian Marie: Jien ma nafx min hi ...għalkemm idea għandi ...Imma tridha, afdani għax minn wiċċek ħadtek li tridha b’saħħa. Oscar: Ma tistax trid lil xi ħadd li qatt ma kien tiegħek.
Gian Marie: Mmmm ...dak int tgħidu. Oscar: Eh le ma taqbilx miegħi.
Gian Marie: Le... ħu lili... (Gian Marie jħares madwaru biex jara li ħadd mhu ser jisma’ s-sigriet li kien ser jgħid lil Oscar) Taf għala jien daqshekk ferħan? Oscar: Għala?
Gian Marie: Għax għadni kemm iltqajt ma’ Violet; hawn u ma’ din ma tiċċajtax. Oscar: Qed toħroġ ma’ xi ħadd?
Gian Marie: Ninnamra sieħbi.
Oscar: Xorta ma fhimtx il-punt tiegħek.
Gian Marie: Inti tgħid li mara mhix tiegħek jekk qatt ma kienet tiegħek. Jien ngħidlek mara hi tiegħek skont kemm int tagħmilha tiegħek. Ħu lil Violet, miżżewġa, mhix tiegħi ...imma iktar tiegħi milli hi tar-raġel. Oscar: Int miġnun! Ma’ mara miżżewġa.
Gian Marie: Xxxxxxx! Bil-mod ma jmurx hawn xi ħadd jaf lir-raġel tagħha. Oscar: Taf lir-raġel tagħha?
Gian Marie: Personalment le ...xi pulizija għandikun.
Oscar: Ukoll! Issa jekk jaqbdek? Taf li qed tilgħab man-nar ...u niġi għall-punt tiegħi. Dak li qatt ma kien tiegħek ma jistax isir tiegħek.
Gian Marie: Sejjer żbaljat ħabib! Jien u Violet kuntenti t-tnejn u żżejjed f’din ir-relazzjoni. Oscar: Le Gian....int iż-żejjed. U dak li hu żejjed fl-aħħar jinqata’ ’l barra. Il-Giddieb Għomru Qasir - 92
GWIDA Mejju 2021 67
EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN
IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (It-tieni parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Gian Marie: Oscar:
Tħallatnix miegħek Oscar. Jien mhux int! Jista’ jkun. Forsi għalhekk m’għandniex l-istess xorti. Dak il-ħin Lydia kienet qiegħda fil-kamra ta’ Alvio, tnemmes fl-affarijiet tiegħu... Tiltaqa’ ma’ ritratt ta’ Mario li kien taha u li kien proprju fuq il-komodina t’ Alvio. Ħaditu u marret tiġri fuqu twiddbu!
Lydia:
Int ħadtu r-ritratt naf ...sibtu fil-kamra tiegħek.
Alvio:
Naf ...sibtu ħdejn l-indana u ġbartu, kont se nagħtihulek, kieku għala ħallejtu fuq il-komodina, kieku ridt nisraqhulek ...gustuż bilħaqq, l-għarus dak?
Lydia:
Tigdibx! Naf li ħadtu apposta, kif ħadtli d-djarju.
Alvio: Lydia:
X’nambih! Naf li taf taqra, m’iniex belha, ...forsi kont f’ħafna affarijiet ...imma naf li ħadtu apposta u qrajtu.
Alvio:
Jien ma qrajtux, iktar minn Lilly trid tinkwieta smajt. X’kont qed tistenna? Int għallimtha taqra. Dak li jiġrilek meta tkun altruwist.
Lydia:
Tigdibx! Naf li ħadtli l-affarijiet tiegħi,naf li qrajt x’hemm fid-djarju u naf li għandek xi ħaġa kontrija ...imma dik għadni ma nafx għaliex.
Alvio:
Ieqaf ilgħabha tal-vittma prinċipessa, ħadd mhu qed jitħassrek. Kieku ma taħsibx li xi ħadd kien jiġi lura għalik, sinjorina Vella Hawton, eh?
Lydia:
Ħsibtek ma tafx taqra.
Alvio: Lydia:
Diġà għidtlek ma nafx. Mela kif taf kunjomi? Jien qatt m’għidthulek! Lydia tħalli lil Alvio waqt li dan jitbissem bi tbissima malizzjuża. In-naħa l-oħra tal-gżira kien hemm Mario mħasseb jirranġa x-xbieki. Fil-pront jilmaħ dell ta’ mara. Hu u jħares ħaseb li qed jara lil Lydia iżda kienet oħtha Victoria.
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
68 GWIDA Mejju 2021
Ma għaraftnix? Għal mument ħsibtek... Lydia? Hemm min jgħid li nixxiebhu, jien ma tantx nara somiljanza.. Għandna gosti differenti wkoll. X’inti tagħmel hawn? Ġejt ngħidlek fejn tista’ ssibha! Jekk mhux ħa tmur int għaliha, ħadd mhu ħa jmur. Taf fejn qiegħda? Jien qrajt l-ittra li bagħtitlek ...Ittra li ma waslitlekx. X’kien hemm miktub eżatt fl-ittra? Jekk ngħidlek tmur għaliha ...imma ġġibhiex lura qabel ma tiżżewwiġha għax il-mummy ma tħallikx imbagħad. Taf li Lydia għarusa? Iva naf ...hemm xi qrajt fl-ittra? Li qed tistenna baby ...Nimmaġina tiegħek! Dik naf! Naf li kellha tistennieni l-Belt ukoll ħdejn xi ħanut tal-bjankerija. Taf x’jismu?
Il-Giddieb Għomru Qasir - 93
EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN
IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (It-tieni parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
Victoria: Mario:
Victoria:
Kif taf x’fiha l-ittra? Taf x’kien jismu l-ħanut? Castilletti & Sons. Il-mummy, il-bjankerija dejjem minn hemm xtrathielna. Bagħtet xi ittra oħra? Qaltlek fejn qiegħda? Diġà għidtlek. Il-Belt stennietek... Il-Belt staqsejt ...l-unika persuna li kellmitha u ratha hemm, ratha tielgħa fuq karozza biex toħodha l-port. Il-port? Biex titlaq minn Malta! (wiċċha nbidel fi dwejjaq kbar) Għaliex? Jekk tirċievi jew tisma’ mingħandha b’xi mod, ejja għidli. Fhimt? Importanti. Mhux għalhekk ġejt illum. Għada nitla’ l-Belt u nidħol insaqsi għal ...x’għidtli jisimhom ...tal-bjankerija? Castelletti & Sons. Castelletti & Sons, tajjeb ...għada nitla’ l-Belt u nidħol insaqsihom, jekk rawhiex, kellmuhiex. Forsi qaltilhom xi ħaġa. Int se tiżżewwiġha imma hux? M’intix ħa tħalliha weħidha b’tarbija? Għaliex taħseb li qed infittixha? (Victoria ddur biex titlaq iżda Mario jgħajtilha) Tgħid xejn lil ommok ta! Taħseb kieku qiegħda hawn. Żgur ma kinitx se tħallini niġi. Le ...imma tikxef xejn, li tkellimna! Xi darba kxiftkom? (tirranġa l-kowt u tħalli lil Mario) Mario jitfa’ ħarstu fuq id-dgħajsa u jħares lejn il-baħar waqt li jiftakar f’xena partikolari. Jiftakar li kienu ħdejn knisja u kien qiegħed ma’ xi ħbieb u xi sajjieda, fosthom Ġanni. Il-qniepen bdew idoqqu għall-quddies. Gwido kien qed jimxi ma’ Lydia lambranzetta waqt li sejrin għaċ-ċerimonja tal-quddies. Il-ġenituri ta’ Gwido kienu quddiem, Marie u Victoria kienu maġenb. Victoria kienet qed tqis kull moviment li kienet qed tagħmel oħtha waqt li tħares lejha b’għira kbira. Gwido kien qiegħed jitbissem lil Lydia u din kienet qed titbissimlu bi sforz. Waqt li kienu mexjin, Mario jilmaħ lil Lydia u din tinduna bih ukoll. Kien mument imbarazzanti. Gwido li ma kellu ebda idea fuq x’qed jiġri, kien jidher seren u kuntent. Għajnejn Mario u Lydia għamlu kuntatt, it-tnejn dehru skomdi. Victoria lemħet din il-komunikazzjoni. Bi żball Lydia twaqqa’ l-velu li kellha f’idha u Mario ġera għal ħdejha. Jinżel għarkupptejh, jiġbor il-velu u b’dawk l-għajnejn żoroq jgħid lil Lydia li kienet ħalliet il-velu warajha. Lydia kienet imbarazzata, waqt li Gwido ħa l-velu minn idejn Mario u jirringrazzjah. Victoria hemm kienet, tara kollox, ma kinitx belha biex ma tindunax min kien vera l-maħbub ta’ oħtha. F’dik il-lejla, il-bar ta’ Polly kien mimli! Il-baħħara kienu qegħdin jixorbu waqt li t-tfajliet kienu qed jiżfnu u jaraw li mhu jonqoshom xejn. Reno kien qiegħed jimsaħ it-tazzi li kien fadal, ħares lejn Stella u din qaltlu iva b’rasha. Dak il-ħin Reno ħalla kollox minn idejh u mar ħdejn Polly.
Reno:
Polly: Reno:
Pol, ħiereg 20 minuta ta, mhux se ndum, kemm neħles qadja. Qadja dal-ħin?! Aqtagħli l-kurżità fejn qed tmur? Ħeqq ...għandi bejgħ ta’ xi żewġ għasafar ...issa jista’ jitla’ jarahom. X’nagħmel? Ngħidlu le?
Il-Giddieb Għomru Qasir - 94
GWIDA Mejju 2021 69
EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN
IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (It-tieni parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Stella kienet qed tisma’ kollox mingħajr ma tħalli lil ħadd jinduna. Hi taparsi kienet qed tkompli ma’ dawk ta’ fuq il-mejda. Polly: Reno:
Polly: Reno:
Polly: Reno:
Mur salib ...iddumx imma! U le jaħasra! Issibu l-ħin xħin titlaq, kullimkien mimli... (Iħares lejn Stella) Ara ħa noħroġ dawk iż-żewġ kaxxi kif ħiereġ. Dawk mimlija. Kif se tiflaħhom? Mela ħsibtek għad għandek għoxrin! Hawn issa tgħinni Stella ...Ejja Stell, ejja sabiħa! Stella tqum minn postha u tmur tgħin lil Reno joħroġ il-kaxxi li kien hemm biswit il-bieb. Polly għokritha ftit għajnejha l-aġir ta’ dawn it-tnejn għalhekk baqgħet issus warajhom mingħajr ma tħallihom jindunaw. Stella daħlet idha ġol-but u dehret toħroġ xi ftit flus għal Reno.
Stella: Reno:
Stella: Reno:
Stella:
Kollha hemm qegħdin. Jafu bija imma? Iva avżati! Kieku nista’ mmur jien ...imma aħjar ma jaranix. U iva ma jimpurtax. Jien mhux se niddejjaq immurlek. Napprezza Ren vera! Allaħares ma tkunx int. Polly baqgħet tissendika, Reno jaqbad wiċċ Stella b’idu u jkompli jkellimha bil-kelma t-tajba.
Reno:
Stella: Reno:
Polly:
Tinkwetax, ħalli f’idejja. Tlaqt! Ħa nidħol inkompli...... Mur, mur...... (ma fehmet xejn u dehret konfuża) Dawn x’kummiedji huma! Rat lil Stella tirritorna lura fil-bar u għalhekk niżlet biex taqbad xi ftit fliexken li kienu mal-art. Stella daħlet fil-bar u Polly tbissmitilha bi tbissima konfuża. Dik il-lejla mhux Polly biss kienet imħassba, iżda kien hemm Gwido li kien qiegħed skomdu jpejjep issigarru fuq id-desk tiegħu. Il-qmis kienet miftuħa, tazza whiskey ġo jdejh waqt li bl-idejn l-oħra jqanfed xagħru. Kien qed jaħseb u jiftakar fl-episodju li kellu ma’ Victoria fejn qaltlu l-verità kollha. Memorji sbieħ ta’ Lydia bdew jgħaddulu minn quddiem għajnejh. Gwido ftakar f’kemm-il darba Lydia kellha tbissima sfurzata u hu qatt ma induna. Jiftakar fl-episodju meta Mario kien ġabar il-maktur ta’ Lydia. Is-sinjali kollha kienu quddiem wiċċu iżda hu qatt ma kien intebaħ b’dan! Kemm kien iblah! Dawn il-memorji tal-passat bdew ifarrku lil Gwido, li sa dak il-ħin kien żvojta l-flixkun whiskey li kellu f’idu u ntelaq f’raqda skomda fuq id-desk tiegħu. Polly kienet qed tħares lejn l-arloġġ, tistenna lil Reno jidħol fil-bar minn ħin għall-ieħor. Fejn seta’ mar?... Wara ftit tarah dieħel, isellem lil Stella biex jgħidilha li kollox mar kif pjanat, Stella tidħaklu lura u jmur wara l-bar ħdejn Polly.
Reno:
Polly:
70 GWIDA Mejju 2021
Wasalt jien! Iva indunajt! Doqqu l-qniepen.
Il-Giddieb Għomru Qasir - 95
RiĊetti
FRITTATA TALGĦAĠINA BLIRKOTTA, IL-FAŻOLA U L-PIŻELLI RiĊetta ta’ Manuel Xuereb
Ingredjenti
P basla mqatta’ P 2 sinniet tewm imqatta’ P 2 imgħaref żejt taż-żebbuġa P mazz fażola friska P 2 pakketti spagetti P 4 bajdiet P melħ u bżar P 250g irkotta P kikkra piżelli tal-friża P 2-3 imgħaref parmiġġjan maħkuk P 2-3 imgħaref nagħniegħ u ħabaq frisk P weraq tar-rukola friski u ġewż biex iservu
Direzzjoni
Ibda din ir-riċetta billi saħħan mgħarfa żejt f'taġen kbir u sajjar it-tewm u l-basla għal 2 minuti. Żid il-fażola u l-piżelli maqsuma u sajjar għal 2 minuti biss. Fi skutella kbira, ħabbat flimkien il-bajd. Sajjar l-ispagetti u żidu mal-bajd. Ħawwar sew bil-melħ u l-bżar u ħawwad. Żid l-irkotta, il-piżelli msajra u l-fażola, ilparmiġġjan maħkuk u l-ħxejjex aromatiċi u ħawwad flimkien sew. Saħħan iż-żejt li jifdal ġo taġen kbir u aqli l-frittata għal 5-7 minuti fuq kull naħa jew sakemm tieħu kulur dehbi. Biex isservi, ittrasferixxi fuq bord kbir tal-injam, żid ir-rukola u l-ġewż fil-wiċċ u servi.
GWIDA Mejju 2021 73
RiĊetti
FARFALLE BISSALAMUN U KREMA FRISKA RiĊetta ta’ Anton B Dougall
Ingredjenti
P 450g farfalle P 200g salamun P 300ml krema friska P 2 grokkijiet vodka P żejt taż-żebbuġa P sinna jew tnejn tewm P weraq tal-ħabaq P bżar mitħun frisk u melħ NOTA: Tista’ tuża liema tip ta’ salamun tiggosta: tal-friża, frisk jew iffumigat. Jekk se tuża dak iffumigat ftakar li, billi dan għandu togħma qawwija ħafna, trid tuża NOFS il-piż indikat fir-riċetta.
Direzzjoni
1. Qaxxar it-tewm u qattgħu f’biċċiet żgħar ħafna. 2. Saħħan ftit żejt ġo taġen ftit kbir u qalli t-tewm. Ħawwad il-ħin kollu għax it-tewm irid jibqa’ abjad. 3. Baxxi n-nar u żid il-krema ftit ftit flimkien mas-salamun imqatta’ f’biċċiet żgħar. 4. Żid l-ingredjenti l-oħrajn u kompli ħawwad sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli. Sajjar DEJJEM fuq nar baxx sakemm il-krema tibda tagħqad. Ħawwad ta’ spiss. 5. Sadanittant għalli l-għaġin u saffih. 6. Meta tara li z-zalza tkun saret, roxx ftit bżar u melħ, żid il-vodka u ħawwad tajjeb. 7. Żid l-għaġin maz-zalza u ħawwad mingħajr ma tkissru. 8. Servi mill-ewwel imżejjen bil-weraq tal-ħabaq.
GWIDA Mejju 2021 75
Oroskopju
IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON
Tagħrif dwar iż-żodjaku ta’ Taurus
It-tieni żodjaku fil-kalendarju żodjaku huwa dak ta’ Taurus, b‘simbolu ta’ barri. Fl-astroloġija jissimbolizza wieħed mill-aktar żodjaki li joffru intelliġenza, indipendenza u dedikazjoni. Persuni li jaqgħu taħt Taurus joffrulek ħbiberija bbażata fuq onestà stretta u kull sigriet li jiġi fdat lilhom żgur li jinżamm mistur sal-mewt. Dan hu wieħed miż-żodjaki li jiffurmaw l-element ta’ earth, flimkien ma’ Virgo u Capricorn. Persuni taħt dan iż-żodjaku, xi kultant jistgħu jaġixxu billi akkost ta’ kollox iżommu iebes fiddeċiżjonijiet li jkunu ħadu! Jaf ikun hemm min ma jaqbilx ma’ din il-pożizzjoni iebsa li jkunu ħadu (għalhekk għandu s-simbolu ta’ barri). Dan iż-żodjaku kapaċi jattira enerġija pożittiva lejh li din imbagħad tkompli ssarraf sabiex tiġbed dik il-fortuna ideali lejn dak li jkun jixtieq li jwettaq. Dawn il-persuni huma klassifikati bħala ħaddiema ddedikati, dixxiplinati u li joffru dik iċ-ċertezza f’dak li qed jagħmlu. Jista’ jkun li kumbinazzjoni imma tajjeb li ninnutaw li Jum il-Ħaddiem jiġi ċċelebrat fl-1 ta’ Mejju li jaqa’ taħt iż-żodjaku Taurus. Bla dubju dan jista’ jitqies bħala ċertifikat mondjali ta’ qlubija, ħila u dedikazzjoni li l-ħaddiem jista’ jkollu lejn dik il-ħidma li kapaċi joffri. Fatti interessanti u kurjużi dwar dan iż-żodjaku: P Taurus iħobbu jinqatgħu ħafna għalihom, ifittxu l-kwiet P Jinġibdu ħafna lejn dawk li jkunu f’xi forma ta’ kriżi sabiex ikunu ta’ ispirazzjoni P Magħrufin għall-memorja li jkollhom P Minħabba li magħrufin għad-dedikazzjoni ssib ħafna professjonisti u persuni b’kariga għolja li jaqgħu taħt dan iżżodjaku P Evita li tiksirha minn magħhom b’mod speċjali jekk isseħħ f’xi forma ta’ tradiment għax dawn magħrufin li jibqgħu akkost ta’ kollox sakemm iwettqu s-sewwa u jieħdu dak li jkun ħaqqhom.
Iż-żewġ qmura ta’ dan iż-żodjaku b’kumbinazzjoni jiġu fl-istess jum; it-Tlieta. Għall-astroloġija din hi xi ħaġa interessanti ħafna. It-Tlieta, 27 ta’ April kien hemm il-qamar kwinta waqt li new moon jibda t-Tlieta 11 ta’ Mejju. Filwaqt li l-qamar kwinta ser jagħtik dik l-ispinta sabiex tlaħħaq ma’ dak li int tkun waqajt lura fih, in-new moon jagħtik l-aspirazzjoni biex tħares mhux biss fil-preżent imma anke fil-futur stabbli. Tajjeb li tkun taf li wara dan iż-żodjaku jiġi Gemini fejn ma’ dan iż-żodjaku trid tkompli tavvanza għax jekk int taqa’ lura taf titlef it-tkabbir li jkun riesaq lejk, għalhekk ħejji ruħek sew! Nies famużi li jaqgħu taħt dan iż-żodjaku nsibu lir-Reġina Eliżabetta II, George Clooney, Vladimir Lenin, Mark Zuckerberg, Cher, Tony Blair, Dwayne Johnson, Enya, David Beckham u l-Papa qaddis Ġwanni Pawlu II. Il-jum ideali għaż-żodjaku ta’ Taurus huwa dak tal-Ġimgħa waqt li l-jum li int għandek tevita huwa dak tat-Tlieta. L-aktar xahar ideali għalik huwa dak ta’ Mejju, waqt li x-xahar li int għandek tevita huwa dak ta’ Lulju. Taurus huma magħrufin għall-istabilità u d-determinazzjoni tagħhom. Għaż-żodjaku ta’ Taurus, il-kristalli ideali huma l-Emerald u l-Amber. Id-dati ideali għal waqt dan iż-żodjaku huma l-4, is-7, id-9 u l-15 ta’ Mejju li għaż-żodjaku tiegħek jistgħu jkunu dati ferm importanti kemm għalik personali kif ukoll għal dawk ta’ madwarek! Kun af aktar dwar dan kollu fl-oroskopju meta taqra l-ktieb PaulJon bl-Oroskopju Għalik fejn issib ħafna aktar informazzjoni interessanti u ta’ benefiċċju għalik! Tista’ wkoll iżżur is-sit tiegħi www.pauljon13.com. Namaste.
GWIDA Mejju 2021 77
Oroskopju
IŻ-ŻODJAKU TA’ TAURUS IMWASSAL MINN PAULJON MILL-20 TA’ APRIL SAL-20 TA’MEJJU Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Ser ikun hemm mument fejn il-karriera tiegħek sejra tieħu direzzjoni ġdida, direzzjoni ta’ aktar stabbiltà. Hawn mistenni li jinfetħulek xi toroq ġodda, iżda żomm lilek innifsek motivat. Namaste.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Ser ikun hemm mument fejn se tagħraf aktar lilek innifsek. Għandek sitwazzjonijiet li hemm bżonn t’aktar attenzjoni imma issa hu l-waqt li tieqaf u tirifletti liema direzzjoni jaqbillek tieħu. Dur dawra madwarek u prepara għal dak li hemm riesaq lejk. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Ser tkabbar il-ħeġġa li għandek ġewwa fik. Jeħtieġ li tibni aktar kunfidenza fik innifsek u tagħraf x’hemm bżonn għalik! Jekk tagħmel dan ser tasal għal aktar ġimgħat ta’ stabbiltà. Namaste.
Xi ħaġa ser ittaffilek ftit mill-problema finanzjarja li dan l-aħħar kont qed tesperjenza. Finanzjarjament ser tibda tara ċertu stabilità li ilek ftit ma tkun fiha. Għalkemm ser tara titjib xorta waħda ma tridx titlef il-kontroll. Namaste.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Għandek bżonn tibda skeda ġdida ta’ kif tista’ tippjana ħajtek. Jekk tagħraf tagħmel dan tkun aktar organizzat fit-twettiq ta’ dak li hemm riesaq lejk. Tajjeb li tieqaf ftit u tirrifletti biex tagħraf it-tibdil li hemm bżonn tagħmel. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Se tagħraf x’inhu l-aħjar għalik, x’hemm bżonn li minn issa int trid tibda ttejjeb biex is-sitwazzjoni ta’ madwarek tibda miexja b’aktar għaqal. Waħda mid-deċiżjonijiet li ser tkun qed tieħu hi dwar ilkarriera! Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Dak li s’issa akkwistajt fil-karriera tiegħek, se tkompli tkabbru u tagħtih l-attenzjoni meħtieġa. Titfax ħin fuq ħsibijiet oħra, ibqa’ ffukat mija fil-mija fuq dak li qed jiġri madwarek. Namaste.
Ser ikun hemm mument li joffrilek direzzjoni dwar il-ħsieb ta’ pjan li ser twettaq fl-aħjar żmien possibbli. Għalik dan forsi ser tarah wisq, għalhekk int għandek tagħraf kull possibilità ta’ x’effetti jista’ jkun hemm fil-ħajja preżenti tiegħek. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Ser tiżdiedlek ir-responsabilità fil-ġimgħat li ġejjin. Bid-deċiżjonijiet li ħadt, tfajt fuqek innifsek responsabililtajiet ġodda, għalhekk issa trid turi li int kapaċi għal din il-missjoni ġdida u sa fejn int tista’ tkompli tkattar. Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Dan hu għalik riflessjoni dwar dak kollu li int għaddejt minnu filpassat. Grazzi għal din l-esperjenza int ser tagħraf x’inhu l-aħjar pass minn issa ’l quddiem. Parti minnek qed tgħidlek beix tagħmel pass lejn naħa u parti oħra qed tħeġġek biex tagħmel l-oppost. Irrifletti sew. Namaste.
Żomm kontroll dwar it-tfassil tar-rutina tiegħek. Hemm bżonn iżżomm bilanċ f’dak li qed twettaq. Bħalissa m’intix tara l-progress li tixtieq, għalhekk iffoka u żomm iżjed attenzjoni. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Se tagħti aktar importanza lid-direzzjoni li ħadt. Jista’ jkun li mingħalik int qed tagħti l-aħjar, imma hemm bżonn t’aktar attenzjoni biex dak li int iddeċidejt finalment iwasslek fejn verament tixtieq. Imxi b’dak li tħoss. Namaste.
KOMPETIZZJONI OROSKOPJU MINN PAULJON
Il-mistoqsija: Iż-żodjaku ta’ Taurus ma’ min jikkombina fl-imħabba?
Q Ma’ Aquarius? Q Ma’ Capricorn? Q Ma’ Gemini? Isem u Kunjom: _________________________________________Mobile Number: _________________ Indirizz: ________________________________________________________________________________ Żewġ rigali sbieħ għall-qarrejja ta’ din il-paġna! Grazzi tar-rispons enormi li qed nirċievi! L-ewwel premju – L-ewwel premju huwa l-ktieb ġdid “PaulJon bl-oroskopju għalik”, valur ta’ €33 It-tieni premju – skont ta’ 10% fuq trattamenti ta’ sbuħija mit-terapista Graziella Miruzzi Flimkien ma’ rigal ta’ tifkira ‘Il-Kalendarju Żodjaku’ tal-2020 - Valur ta’ €30 Ibgħat ir-risposta finali sat-Tnejn 17 ta’ Mejju! Ibgħat it-tweġiba tiegħek b'dan il-kupun lil PaulJon Kompetizzjoni Oroskopju, PO BOX 27, PAOLA Ir-rebbieħa tal-Kalendarju tax-xahar ta’ April hi LUCIANE CURMI (IMSIDA) Ir-rebbieħa tal-vawċer ta’ 10% fuq sbuħija tax-xahar ta’ April hi MARIA THERESA ZAHRA (SAN GWANN)
78 GWIDA Mejju 2021