GWIDA MAY 2021

Page 77

Oroskopju

IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON

Tagħrif dwar iż-żodjaku ta’ Taurus

It-tieni żodjaku fil-kalendarju żodjaku huwa dak ta’ Taurus, b‘simbolu ta’ barri. Fl-astroloġija jissimbolizza wieħed mill-aktar żodjaki li joffru intelliġenza, indipendenza u dedikazjoni. Persuni li jaqgħu taħt Taurus joffrulek ħbiberija bbażata fuq onestà stretta u kull sigriet li jiġi fdat lilhom żgur li jinżamm mistur sal-mewt. Dan hu wieħed miż-żodjaki li jiffurmaw l-element ta’ earth, flimkien ma’ Virgo u Capricorn. Persuni taħt dan iż-żodjaku, xi kultant jistgħu jaġixxu billi akkost ta’ kollox iżommu iebes fiddeċiżjonijiet li jkunu ħadu! Jaf ikun hemm min ma jaqbilx ma’ din il-pożizzjoni iebsa li jkunu ħadu (għalhekk għandu s-simbolu ta’ barri). Dan iż-żodjaku kapaċi jattira enerġija pożittiva lejh li din imbagħad tkompli ssarraf sabiex tiġbed dik il-fortuna ideali lejn dak li jkun jixtieq li jwettaq. Dawn il-persuni huma klassifikati bħala ħaddiema ddedikati, dixxiplinati u li joffru dik iċ-ċertezza f’dak li qed jagħmlu. Jista’ jkun li kumbinazzjoni imma tajjeb li ninnutaw li Jum il-Ħaddiem jiġi ċċelebrat fl-1 ta’ Mejju li jaqa’ taħt iż-żodjaku Taurus. Bla dubju dan jista’ jitqies bħala ċertifikat mondjali ta’ qlubija, ħila u dedikazzjoni li l-ħaddiem jista’ jkollu lejn dik il-ħidma li kapaċi joffri. Fatti interessanti u kurjużi dwar dan iż-żodjaku: P Taurus iħobbu jinqatgħu ħafna għalihom, ifittxu l-kwiet P Jinġibdu ħafna lejn dawk li jkunu f’xi forma ta’ kriżi sabiex ikunu ta’ ispirazzjoni P Magħrufin għall-memorja li jkollhom P Minħabba li magħrufin għad-dedikazzjoni ssib ħafna professjonisti u persuni b’kariga għolja li jaqgħu taħt dan iżżodjaku P Evita li tiksirha minn magħhom b’mod speċjali jekk isseħħ f’xi forma ta’ tradiment għax dawn magħrufin li jibqgħu akkost ta’ kollox sakemm iwettqu s-sewwa u jieħdu dak li jkun ħaqqhom.

Iż-żewġ qmura ta’ dan iż-żodjaku b’kumbinazzjoni jiġu fl-istess jum; it-Tlieta. Għall-astroloġija din hi xi ħaġa interessanti ħafna. It-Tlieta, 27 ta’ April kien hemm il-qamar kwinta waqt li new moon jibda t-Tlieta 11 ta’ Mejju. Filwaqt li l-qamar kwinta ser jagħtik dik l-ispinta sabiex tlaħħaq ma’ dak li int tkun waqajt lura fih, in-new moon jagħtik l-aspirazzjoni biex tħares mhux biss fil-preżent imma anke fil-futur stabbli. Tajjeb li tkun taf li wara dan iż-żodjaku jiġi Gemini fejn ma’ dan iż-żodjaku trid tkompli tavvanza għax jekk int taqa’ lura taf titlef it-tkabbir li jkun riesaq lejk, għalhekk ħejji ruħek sew! Nies famużi li jaqgħu taħt dan iż-żodjaku nsibu lir-Reġina Eliżabetta II, George Clooney, Vladimir Lenin, Mark Zuckerberg, Cher, Tony Blair, Dwayne Johnson, Enya, David Beckham u l-Papa qaddis Ġwanni Pawlu II. Il-jum ideali għaż-żodjaku ta’ Taurus huwa dak tal-Ġimgħa waqt li l-jum li int għandek tevita huwa dak tat-Tlieta. L-aktar xahar ideali għalik huwa dak ta’ Mejju, waqt li x-xahar li int għandek tevita huwa dak ta’ Lulju. Taurus huma magħrufin għall-istabilità u d-determinazzjoni tagħhom. Għaż-żodjaku ta’ Taurus, il-kristalli ideali huma l-Emerald u l-Amber. Id-dati ideali għal waqt dan iż-żodjaku huma l-4, is-7, id-9 u l-15 ta’ Mejju li għaż-żodjaku tiegħek jistgħu jkunu dati ferm importanti kemm għalik personali kif ukoll għal dawk ta’ madwarek! Kun af aktar dwar dan kollu fl-oroskopju meta taqra l-ktieb PaulJon bl-Oroskopju Għalik fejn issib ħafna aktar informazzjoni interessanti u ta’ benefiċċju għalik! Tista’ wkoll iżżur is-sit tiegħi www.pauljon13.com. Namaste.

GWIDA Mejju 2021 77


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.