2 minute read

Movember – Il-mustaċċi u l-irġiel

MOVEMBER

Jew inkella No-Shave November

Advertisement

Din il-kelma, u din il-frażi jirreferu proprju għal dan ix-xahar ta’ Novembru, u b’mod partikolari u b’dedikazzjoni speċjali lejn is-saħħa kemm fiżika kif ukoll mentali tas-sess maskili.

Leħja twila, mustaċċi ffullati, għall-ponta jew innukklati kapaċi jwasslu għal iżjed għarfien! Iva, hekk hu. Matul dan ix-xahar, l-irġiel huma mistennija li jħallu l-leħja tikber, il-mustaċċi jinnukklaw jew saħansitra jitwalu tant dritti dritti u għall-ponta. Dan kollu sabiex iqajmu kuxjenza u għarfien rigward saħħet ir-raġel. Dan il-moviment biex insejħulu hekk, beda fl-Awstralja lura fl-2003 bl-iskop illi jqajjem kuxjenza u għarfien rigward il-kanċer tal-prostata u l-kanċer tat-testikoli fl-irġiel. Minn dak iż-żmien sal-lum il-ġurnata huwa mifhum illi l-għarfien huwa meħtieġ ukoll fir-rigward tas-saħħa mentali tas-sess maskili. F’dan ir-rigward l-iskop huwa li nindirizzaw u nitkellmu iżjed rigward is-saħħa mentali fl-irġiel u proprju anka dwar is-suwiċidju fost l-irġiel. Hekk, b’mod naturali, permezz ta’ konversazzjoni rigward ir-raġuni għalfejn wieħed ħalla l-barba daqshekk twila jew iffullata, wieħed lill-ieħor kapaċi jispjegalu kif huwa qed jagħmel dan proprju sabiex joħloq għarfien rigward il-mard tal-kanċer imsemmi hawn fuq kif ukoll rigward is-saħħa mentali.

Ngħiduha kif inhi, jekk imdorrijin naraw il-maħbub tagħna jew xi ħbieb tagħna normalment bil-leħja maqtugħa qasira u f’kemm trodd salib dawn

iddeċidew li jħallu l-leħja jew il-musaċċi jitwalu, ser jiġbdulna l-attenzjoni. Hija proprju dik l-attenzjoni li ser jiġbdu li ser twassal għallkonversazzjonijiet rigward dawn is-suġġetti xi ftit delikati u sensittivi. Madanakollu, però, jeħtieġ tassew illi nitkellmu fuqhom, u b’ġesti ċkejknin bħal dawn inkunu qegħdin nagħmlu differenza kemm fil-ħajja tagħna u wisq iżjed fil-ħajja ta’ ħaddieħor.

Aħjar uff milli ajma – hekk jgħid ilsienna l-Malti

Ġietni din il-frażi f’moħħi għaliex tfakkarni ħafna fil-prevenzjoni li nistgħu nieħdu sabiex nevitaw kemm mard fiżiku kif ukoll mard fis-saħħa mentali tagħna. Fir-rigward talkanċer fil-prostata, li huwa kanċer fi glandola, diversi studji juru kif dieta bilanċjata ta’ ħaxix u frott, inqas konsum ta’ xaħmijiet, konsum tal-vitamina D u eżerċizzju regolari huma kollha mezzi ta’ prevenzjoni. Min-naħa l-oħra, bħala prevenzjoni mill-kanċer fit-testikoli, wieħed huwa mistenni li jiċċekja lilu nnifsu b’idejh it-tnejn wara banju sħun u jiċċekja għal xi ċapep. Importanti li f’każijiet bħal dawn wieħed jirrikorri għand tabib tal-fiduċja tiegħu. Huwa ssuġġerit ukoll, illi darba fis-sena wieħed jagħmel eżami fiżiku. Hekk kif Movember tiċċelebra wkoll għarfien rigward is-saħħa mentali jeħtieġ li nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex nieħdu ħsiebha bħalma nieħdu ħsieb il-kumplament tal-ġisem tagħna. Nagħmlu dan billi nitkellmu dwar l-emozzjonijiet tagħna, infittxu l-għajnuna, inżommu ruħna attivi u nieklu ikel bnin, nieqfu u nieħdu pawsa, u fuq kollox inħobbu lilna nfusna.

Hekk kif il-Malti jgħid ‘aħjar uff milli ajma’, ilMalti juża wkoll il-frażi ‘minn rasna sa saqajna’, u proprju b’dan il-mod irridu nieħdu ħsieb tas-saħħa tagħna, minn fuq sa isfel mingħajr preġudizzju jew biża’.

This article is from: