5 minute read

Il-logħba tal-Editur

IL-LOGHBA TAL-EDITUR

Perfettament imperfetta

Advertisement

Perfettament imperfetta ta’ Kirsten Spiteri. Dan hu awtur żagħżugħ, li diġà ppubblika diversi kotba oħra imma li hawnhekk għażel li jibdel il-ġeneru totalment u jiffoka fuq l-emozzjonijiet u r-relazzjoni “trijangolari” bejn żewġt irġiel u l-istess tfajla li t-tnejn għandhom ossessjoni fuqha.

Wade żagħżugħ li qed jipprova jgħix ħajtu u jibda jiskopri d-dinja. Id-dinja tal-ewwel dates, tad-drammi familjari u tal-ħbieb ġodda, bilfawra t’entużjażmu li jafu jġibu magħhom. Id-dinja tal-mużika, tas-sess u tad-drogi. Mitluf jiskopri din id-dinja l-ġdida, jiltaqa’ mal-ġara – oħt sieħbu – Charlotte, tfajla taletà tiegħu li ġġennu f’kull sens tal-kelma. Min-naħa l-oħra hemm Manuel, anzjan li qed jipprova jaħrab mix-xjuħija u li jispiċċa f’territorju mhux magħruf – attrazzjoni fiżika qawwija lejn studenta eżuberanti li ġġibu f’xifer il-legalità. Iva, l-istess studenta, Charlotte, li qed joħlom dwarha Wade. Perfettament imperfetta huwa rumanz għall-adulti, kemm minħabba t-temi li jittratta u l-maturità meħtieġa biex ilqarrej japprezza l-kunflitti u emozzjonijiet tat-tliet protagonisti, kif ukoll minħabba numru ta’ xeni sesswalment espliċiti. Għax l-awtur, Spiteri, ma jaħrabx milli jiddeskrivi t-tqanqil fiżiku taż-żewġt irġiel u tat-tfajla. Spiteri jirnexxilu jwassal id-dinamika tarrelazzjonijiet tagħhom mingħajr ħafna tidwir tal-lewża, b’mod dirett, iżda qatt ma jkun espliċitu sempliċiment biex jixxokkja. Is-sess u l-intensità tal-emozzjonijiet tal-karattri dejjem qegħdin hemm biex joħorġu iktar dan it-trijangolu ta’ passjoni.

Perfettament imperfetta jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet talkotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers. com b’pustaġġ lokali b’xejn.

Sib: Wade, żagħżugħ, mużika, Charlotte, Manuel, Perfettament, imperfetta, protagonisti, qarrej, passjoni.

Ibgħat ir-risposta tiegħek fl-indirizz; Logħba tal-Editur, GWIDA, 3, Level 2, Mallia Buildings Triq in-Negozju, Zone 3 Central Business District, Birkirkara, CBD 3010

Isem Mob/Tel

EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (It-tieni parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

It-tlieta li huma daħku u komplew jistagħġbu bil-progress li kienu għamlu. Jeħtieġ li aħna wkoll insiru nafu aktar fuq din l-istorja. Marie kienet qiegħda bilqiegħda timxott xagħarha. Fil-pront tisma’ l-bieb iħabbat. Kien Wiġi. Dan daħal u qalilha li jixtieq ikellimha. Xi trid? M’għajjatlekx!Marie:

Le Sinjura. Skużani dħalt hekk. Imma għandi bżonn inkellmek.Wiġi: Xi nqala’? Tgħidlix intik iktar flus biex tirranġa l-karozza ...taf li qed nekonomizzaw!Marie:

Le Sinjura xejn minn dan. Ġejt inkellmek għax il-kuxjenza ma tħallinix.Wiġi: Marie: Fuq xiex qed tniggżek il-kuxjenza? (Marie kienet kurjuża biex tara x’ser jgħidilha Wiġi. Dan lanqas jaf kif kien ser jgħidilha b’dak kollu li kien jaf). Ħaffef. M’għandix il-ġurnata kollha biex nisimgħak. Victoria daqt tibda l-lezzjoni tal-pjanu. Wiġi Iva skużani. Mhux ser indewmek. Li rrid ngħidlek jirrigwardja lil Lydia.: Marie: (tiftaħ widnejha beraħ) Xi trid tgħidli fuq Lydia?

Kemm ilha li telqet.....Wiġi: Għand is-sorijiet (kienet taf li Wiġi jaf li din telqet allura għamlithielu ċara fejn marret, imma ma kinitx taf li Marie: Wiġi kien qara l-ittra li kienet kitbet Lydia).

Għand is-sorijiet ...Kien hawn min qed isaqsi għaliha.Wiġi: Marie:Marie: Mario? Le! L-iktar li qed ngħidlek huwa biex ma taħsibx li hemm xi involviment min-naħa ta’ Luċija. Għidli għala m’għandix inkun sorpriża kieku hemm Luċija involuta fin-nofs? Huh? Le għalhekk. Luċija taf x’inhu postha. Ma rridx li jiġi għal widnejk li dan staqsiena u aħna għednielu xi ħaġa. Min hu dan li qed tirreferi għalih? Xi ħadd qabbad lil xi ħadd privatament biex jinvestiga. Taf min? Ma nistax ngħid ...imma min qabdu għandu biex iħallsu ...u min għandu interess partikolari biex isib lil Lydia? Ma nafx. Ma rridx nasal għall-konklużjonijiet. Le infatti. Naħseb aħjar ma nkunux għaġġiela ...kompli għidli x’taf. Smajt li niżel isaqsi anke max-xatt, tkellem ma’ ħafna nies. Anke lil Luċija sab. X’qaltlu Luċija? Xejn! Dawritlu l-kliem....ma qaltlu xejn żgur Sinjura. U kif ma ġietx tgħidli dan hi meta ġara l-fatt? Wiġi prova jsib tweġiba konvinċenti u qalilha li kienet idejqet. Iżda Marie li kienet taf lil Luċija x’kienet tfisser, avżat lil Wiġi biex ma tparlax fil-vojt. Anzi hedditu li jekk tiftaħ ħalqha kienet ser tieħu provedimenti. Wiġi mill-ewwel ikkalmaha u qalilha li kienet hi stess li ħeġġitu jitkellem fuq dan il-każ. Eh iva! X’kien? Taf x’jisimha din il-persuna li qed issaqsi fuq Lydia. Jien qed ngħidlek wara kollox ma nafx jekk hux impjegat tiegħek Sinjura ...imma jekk mhuwiex naħseb għandek dritt tkun taf.

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Marie:

Wiġi:

EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (It-tieni parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Violet:

Patri:

Violet:

Patri:

Violet:

Patri:

Violet:

Violet:

Carmelo:

Violet:

Carmelo:

Violet:

Carmelo:

Violet:

Carmelo:

Violet:

Kieku qed insaqsik x’jismu kieku qed inħaddmu jien? Mela kif ħsibt jien.... Inqas teoriji u iktar fatti Wiġi...taf x’jismu? Lili qaluli li qed jippreżenta ruħu bħala Twannie..... Xi ħaġa oħra? (Wiġi jxengel rasu) ... Proset mela tista’ titlaq. Naħseb tapprezza li s-sinċerità tiegħi, tagħna, tiegħi u Luċija hija waħda ġenwina lejk, ma rridux inkwiet. M’għandekx għalfejn iddoqqni qisni vjolin Wiġi. Taf li sakemm tibqa’ leali lejja...tibqgħu leali lejja jien m’għandix għalfejn inkun differenti magħkom. Issa tista’ tmur...u agħlaq il-bieb warajk. (Marie ddawwar rasha u Wiġi jitlaq millkamra. Xħin kienet waħidha, wiċċ Marie jinbidel f’inċertezza kbira). Anke Violet kienet inċerta, ma kinitx taf x’ser taqbad tagħmel. Fil-konfessjonarju daħlet tqerr għand Patri Raphel. Aħfirli father ...qed nigdeb lir-raġel. Gdibtlu iktar minn darba u issa qed nipprova nikkonvinċih fuq gidba oħra. Din akbar mill-oħrajn u naf li aktar gravi. Spjegali ftit għax tliftek issa ...għidli sew xi trid tfisser. Taf li ngħidu bejnietna jibqa’ hawn ġew. Ma naħsibx li nista’ ngħidlek aħjar. Aħfirli. Imma jien sew fhimtek ...qed tippjana biex tibqa’ tigdeb? Nammetti ...Naf li ħażin tikkomplotta kontra żewġek stess, imma nqbadt f’nasba li ma nistax noħroġ minnha mod ieħor.

Jien ma nistax naħfirlek għal dnub li għad trid tagħmel. Nista’ naħfirlek biss għal dawk li diġà għamilt. Mela ma naħsibx li tista’ tgħinni iktar. Violet tqum u toħroġ ’il barra mħassba u inċerta aktar minn qatt qabel. Bil-fixkla taħbat ġo Carmelo l-pulizija li hu ħabib kbir ta’ żewġha. Dan jgħajtilha u jara hux kollox sew. Carmelo!...Ilni ma narak......

Mhux ħafna.

Aħjar immur għax irrid niltaqa’ ma’ John. Aħjar għax ilu li telaq minn fejn konna biex jiġi jiltaqa’ miegħek. Mela jaqbilli mmur ħalli ma nżommux. Tajjeb. ..sellili. Naħseb iktar inti tarah minni.

Naf vizzju misħut li għandi ...inselli għal kulħadd il-ħin kollu. Ma nżommokx. Saħħa! (Violet kienet konvinta li dakinhar Carmelo kien għarafha waqt li kienet qed titbewwes ma’ Gian Marie fi sqaq, aktar bdiet tinkwieta u ħarbet tiġri d-dar) Carmelo baqa’ hemm wieqaf jara n-nies fit-triq jippassiġġaw. Lemaħ lil Lily u Lydia li kienu qegħdin jieħdu ġelat flimkien waqt li jitkellmu u jieħdu pjaċir. Lydia ma kinitx familjari mal-ġelati u ma kinitx taf kif ser taqbad tieklu. Beda jqattar minn kulimkien u dawn it-tnejn aktar jidħqu u jiftakru f’mumenti ħelwin meta kienu żgħar. Kemm kienu aħjar meta kienu żgħar bla problemi.

This article is from: