1 minute read

Riċetta ta’ Manuel Xuereb – Butternut squash moħmija b’żewġ modi

Ingredjenti

P butternut squash, maqtugħa minnofs u mnaddfa P żejt taż-żebbuġa P 2 sinniet tewm imqattgħin fin P melħ u bżar biex tħawwar

Advertisement

Għar-risotto P basla mqattgħa fin P 2 sinniet tewm imqattgħin fin P mgħarfa żejt taż-żebbuġa P mgħarfa weraq tas-salvja friska mqattgħa P 100g ross tat-tip arborio P ftit inbid abjad P 300-400ml stokk tal-ħaxix P melħ u bżar P ġbejna bajda mqattgħa P 2 imgħaref żerriegħa tal-qargħa mixwija u weraq tas-salvja żejda biex isservi

BUTTERNUT SQUASH MOĦMIJA B'ŻEWĠ MODI

RiĊetta ta’ Manuel Xuereb

Metodu

Ibda billi tpoġġi n-nofsijiet tal-isquash fuq trej tal-ħami. Xerred biż-żejt tażżebbuġa, roxx fuqhom it-tewm u ħawwar sew bil-melħ u l-bżar. Sajjar fil-forn f’temperatura ta’ 200°C għal madwar 30-35 minuta, jew sakemm tkun ratba u msajra. Sadanittant, agħmel ir-risotto billi ssajjar il-basla, it-tewm u s-salvja flimkien fiż-żejt għal 2 minuti. Żid ir-ross u sajjar għal 2 minuti mbagħad xerred l-inbid. Ħawwar bil-melħ u l-bżar u sajjar bil-mod flimkien għal 25-30 minuta. Żid l-istokk bil-mod f'intervalli. Meta l-isquash ikun imsajjar, neħħi mill-forn u ħu nofs il-qalba tan-nofs. Qatta’ l-mili u żidu mar-risotto flimkien ma’ nofs il-ġbejna mqattgħa. Ħallat flimkien u imla l-qargħa moħmija birrisotto. Żejjen biż-żrieragħ tal-qargħa mixwija, il-ġbejna li jifdal u l-weraq tas-salvja żejda.

This article is from: