4 minute read
Strada Stretta: Episodju 8/ L-ewwel Staġun: It-tieni parti
from Gwida November 2021
EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (It-tieni parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Advertisement
Carmelo:
Lilly:
Carmelo:
Lilly:
Carmelo:
Lydia:
Carmelo:
Lilly: Carmelo:
Lilly:
Lydia:
Carmelo:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Violet:
Johnny:
Violet:
Johnny:
Violet:
Johnny: Violet:
Carmelo:Attenti għax ħa jdubilkom. (qal b’ton nebbiexi lil Lilly u Lydia) Hello Sir! Ħarġet ġurnata sabiħa ...tort tax-xemx jekk qed idub. (Lydia ndunat li Lilly kien qed jogħġobha Carmelo) Jien Carmelo ta ...naf li meta nkun bl-uniformi aħjar tgħajjatli Sir imma jekk tarani xi mkien mingħajr l-uniformi, tista’ dejjem tgħajjatli Carmelo. Tajjeb! Ħasra li qatt ma narak barra mhux fuq xogħol ...dejjem meta jkollna xi ġlieda il-bar, jew jinqala’ xi ħaġa fittriq. Qed tfakkarni li jkun tard. Timxux weħidkom. Għaliex? Ġara xi ħaġa? Le imma d-dinja nbidlet. Dejjem aħjar taħsbu kmieni. Naqra diffiċli bix-xogħol tagħna l-bar ...imma jekk qatt inkunu f’diffikultà nistgħu dejjem insaqsu lilek le? Għal daqshekk! Jien dejjem hemm inkun; għajjatli u niġi. Naf, narak. Jien ikolli bżonn ngħajjatlek la qed tgħidli. Aħjar immorru għax issa tiegħek qed idub il-ġelat. Lilly tati ħarsa lil Lydia biex tagħlaq ħalqha għax kienet qed tagħmel passi ta’ ġgant ma’ dan il-pulizija. Iżda Lydia qatgħetilha fil-qasir u sellmet lil Carmelo filwaqt li awguratlu għall-ġurnata. Iva, ħa mmur inkompli u nħallikom tgawdu l-bqija tal-ġurnata, forsi narakom iktar tard. Lili jekk ma taranix, tismagħni, serraħ moħħok. Carmelo jitlaq u jħalli liż-żewġ tfajliet waħidhom jidħqu. Ma kontx naf li jogħġbok! U tifel sew miskin ...imma jien ma nsaddadtx, għalxejn nipprova. Għala le? Min jisimgħek. Jien naħseb ġie fuqna għax ra lilek. Lydia kienet ċerta li dan Carmelo wkoll kien qed jiffansja lil Lilly. Lydia qaltilha li lemħitu jħares lejha. Sadanittant minħabba Carmelo, Lilly spiċċat bil-ġelat imċappas mad-dublett! Fid-dar ta’ Violet u Johnny kienet għaddejja attività li kien ilu ma jkun hemm. Violet tqum bilqiegħda fuq is-sodda biex tixgħel sigarett. Lil Johnny narawh kuntent aktar minn qatt qabel. Sa fl-aħħar kien irnexxielu jiġbor lil Violet ġewwa d-dar. Minn dejjem xtaq li jgħix ħajja normali bħal ħaddieħor u jiltaqgħu ta’ spiss. U int għala trid tkun bħal ħaddieħor? Aħna aħna! Ħaddieħor jagħmel hu. U int għala dejjem trid tagħmel il-kontra ta’ ħaddieħor? Ejja nagħmlu dak li hu tajjeb għalina u ninsew x’jistennew in-nies mingħandna. (ibusha fuq spallejha) Mhux hekk qed nagħmlu ...meta qablilna ħriġt naħdem ...issa qed inkun iktar id-dar ...qed nippruvaw għat-tfal kif dejjem xtaqt. Mhux dejjem li ridna għamilna. Allura. Jien basta narak kuntenta ...Imma ma nafx għalfejn dejjem imdejqa narak. Imdejqa? ...Jien waħda li ninkwieta. Taf kif jien ...Isma’ ejja noħorġu llejla! Fejn trid tmur? Irrid nilbes suret in-nies, niddandan ftit!
EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (It-tieni parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Johnny: Violet:
Johnny: Violet:
Fejn tridni nieħdok? Jien naf.........????? Strada Stretta jkunu qed idoqqu. Ħudni niżfen John. Strada Stretta ninżel naħdem ...hemm trid immorru intant postijiet? U ejja John, naqra ħajja, naraw naqra nies. Ma nistax nifhem kif ma tħobbhomx dawn l-affarijiet. Ittik toqgħod id-dar timmoffa hawn.
Issa nieħdok ...Naħseb naf fejn nieħdok u tieħu pjaċir! Violet kompliet tpejjep filwaqt li dehret kuntenta. Fl-iskola tal-arti, daħlet Angela nkiss inkiss. Kienet anzjuża u dehret tieqaf quddiem bieb filwaqt li tħabbat. Is-surmast qalilha biex tidħol. Oscar lemaħha imma hi ma tatx kas. Is-surmast stedinha biex tpoġġi għax kien bagħat għaliha. Wara l-ittra li kien bagħat l-isqof, Angela kienet ħasbet li mhux ser jibagħtu għaliha aktar. Għandek raġun. L-iskola tbati jekk issir taf il-kurja li għadna npinġu n-nudi. Imma l-istudenti xorta waħda għandhom bżonn jitħarrġu fil-figura. Liema artist rispettat ma jifhimx fl-anatomija tal-ġisem. Nixtieq li terġa’ tibda. Bi ħlas naturalment. L-istess kif konna qabel. Biss din id-darba ħa nagħmlu l-affarijiet iktar ...kif nista’ ngħidha... Bil-moħbi?
Iva brava! Ma nistgħux nagħmlu mod ieħor. Serraħ moħħok. L-iktar, l-iktar l-iskola u jien nistgħu niġu fl-inkwiet. U jekk inżommu kollox bejnietna m’għandu għalfejn isir jaf ħadd. Forsi aħjar tibda tidħol mill-bieb tal-ġenb biex nevitaw spekulazzjonijiet. Il-kamra ħa narmawha tal-apposta. It-twieqi għal barra ħa jkunu kollha mgħottija ħalli żgur nevitaw problemi żejda. Nistgħu nibdew għada ...dejjem jekk taċċetta. Bl-istess ftehim li kellna qabel. (taċċetta li tmur l-għada, tqum minn fuq is-siġġu u tistaqsi l-aħħar domanda) Nimmaġina li l-istudenti l-istess għadhom. Iva. Għala? Ġieli dejqek xi ħadd minnhom? Għax kollha professjonisti dik il-klassi. Le ...Għalhekk staqsejt ...qatt ma kelli xi ngerger magħhom. Tajjeb narak għada mela. Angela toħroġ ’il barra u tagħlaq il-bieb warajha. Fil-pront jistennieha kien hemm Oscar li taha qatgħa hekk kif qabeż quddiemha. Jistaqsiha x’kienet qed tagħmel u hi tgħidlu li ser jibdew jaraw lil xulxin ta’ spiss. Oscar jifraħ għal din l-aħbar u hi ssikktu biex jibqa’ kollox mistur. Angela tinkih li qed jiddispjaċiha li ser jibda jaraha ta’ spiss u hu b’ton imqareb iwieġeb; għalfejn taħseb li dan idejjaqni? ... Oscar jgħidilha li kien ġie jfittixha u Angela taċċertah li kienet ratu.
Naħseb issa li ħa nerġa’ nibda nkun l-iskola aħjar inżommu ruħna f’distanza. Dan xogħol għalija; xejn aktar. U wara kollox ma nistax nifhem kif għadek trid tkellimni wara dak li għamiltlek. Irrabjajt għall-ewwel, imma mbagħad fhimt x’ġara ...u xtaqt nerġa’ narak. Int tifel sew Oscar ma tantx tara bħalek, naf x’jien ngħid. Aħjar ma tafdanix. Tkellimnix. Aħjar. (titlaq u tħallih warajha) Fil-palazz tas-Sinjura daqqet il-qanpiena. Luċija qamet tiġri tiftaħ filwaqt li tistagħġeb min seta’ ġie f’dak il-ħin. Il-lejl beda dieħel ġmielu. Wara l-bieb kien hemm Twannie! Jien mhux diġà għidtlek li ma naf xejn. Naf li qed issaqsi u tiffitta lil kulħadd. Ma nafx x’inti taħseb li ħa ngħidulek. Itlaq ’l hemm qabel tarak is-Sinjura tiegħi. Stenna, agħtini ċans. (filwaqt li timbotta l-bieb biex tagħlqu) Itlaq ’il barra għidtlek. M’għandniex x’ngħidulek lilek. Itlaq qabel tarak isSinjura, itlaq. Luċija timbotta u Twannie jagħmel sforz kemm jista’ biex jiftħu imma mill-bogħod jinstema’ leħen sod jidwi mitturġien li kellu l-palazz.