2 minute read

Tagħrif dwar iż-żodjaku Scorpio minn PaulJon

IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON

Tagħrif dwar iż-żodjaku ta’ Scorpio

Advertisement

Jibda dak ix-xahar partikolari għalina l-Maltin, ix-xahar ta’ Novembru – ovvjament għax f’dan ix-xahar naħsbu aktar f’dawk l-għeżież tagħna li jinsabu fl-ispiritwalità eterna. Huwa xahar iddedikat sabiex niftakru iżjed fil-memorji tagħhom. Mil-lat tal-astroloġija, Novembru jlaqqagħna ma’ żewġ żodjaki ferm sensittivi u interessanti, Scorpio u Sagittarius, żewġ żodajki li joffrulna dik l-armonija, imħabba, sensittività u direzzjoni.

F’dan l-artiklu ser inkun qed inwassal dik l-informazzjoni bażika dwar it-tmien żodjaku; Scorpio. Dan għandu s-simbolu tal-iskorpjun li tfisser li trid tagħraf kif timxi, għax hemm dik l-espressjoni fejn jekk l-iskorpjuni ma jaslux b’rashom jaslu b’denbhom żgur! Dan iż-żodjaku ta’ Scorpio jaqa’ taħt l-element tal-ilma fejn flimkien ma’ Pisces u Cancer jifforma trio li joffri aktar enerġija pożittiva; magħhom tħossok f’armonija tajba. Dawn kapaċi joffru ideat ferm interessanti, kif ukoll prospetti dwar tkabbir fil-karriera tagħhom. Huma persuni li jirrispettaw l-opinjoni ta’ ħaddieħor għalkemm jippruvaw idaħħlu l-ideat tagħhom ukoll, waqt li int aktar f’postok meta tkun trid direzzjoni lejn xi deċiżjoni importanti.

Iż-żodjaku ta’ Skoprio beda mis-Sibt 23 ta’ Ottubru sal-Ħadd 21 ta’ Novembru. Il-qmura li ser nesperjenzaw fiż-żodjaku ta’ Scorpio huma l-ewwel qamar ġdid li kien il-Ħamis 4 ta’ Novembru waqt li qamar kwinta ser ikun il-Ġimgħa 19 ta’ Novembru. Il-qamar ġdid taż-żodjaku ta’ Scorpio qed nesperjenzawh aktar f’okkażjoni lejn il-karriera jew dik il-ħidma partikolari, tkabbir fil-ħiliet tal-komunikazzjoni mal-oħrajn, għarfien ta’ aktar ħin għallbenefiċċju tagħhom kemm bħala konċentrazzjoni kif ukoll spazju ta’ relazzjoni, kif ukoll ser inkunu qed nesperjenzaw dik l-enerġija għal aktar motivazzjoni u kreattività. Fatti interessanti dwar il-karattru taż-żodjaku ta’ Scorpio: sfortunatament l-ewwel imħabba tal-iskorpjuni li huma jesperjenzaw bħal tibqa’ fil-memorja tagħhom, il-kumpanija tal-ħbieb hi waħda mill-aktar li jtihom pjaċir. Dejjem jafu jkunu fiċ-ċentru tal-attenzjoni; mill-lat ta’ sesswalità uromantiċiżmu l-iskorpjuni huma mimlija b’passjoni millaktar profonda u din żgur tinżel tajjeb mal-partner. Żgur huwa fatt li l- iskorpjuni ma jħobbux juru b’wiċċ b’ieħor; huma intelliġenti ħafna u jagħrfu jkunu preċiżi f’dak li jkunu jridu jwettqu.

L-iskorpjuni huma magħrufin li ser issibhom hemm meta l-aktar għandek bżonnhom u finalment il-motto taliskorpjun huwa li ma tħalli lil ħadd min jikkontrollah u jekk int trid tmur tajjeb mal-iskorpjun, agħraf imxi mal-mod tagħhom!

Nies famużi taħt iż-żodjaku ta’ Scorpio: Pablo Picasso, Hilary Clinton, Julia Roberts, Leonardo Di Caprio, Emma Stone, Pele, John Candy, Joe Biden, Jodie Foster, Demi Moore, Joaquin Phoenix, Meg Ryan, Larry King, Whoopi Goldberg, Danny De Vito, Diego Maradona, Owen Wilson u Prince Charles.

L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta’ Scorpio huwa dak tat-Tlieta waqt li l-jum li int għandek tevita huwa dak talĠimgħa. L-aktar xahar ideali għalik huwa dak ta’ Mejju waqt li x-xahar li għandek tevita huwa dak ta’ Awwissu. Il-kristalli ideali għalik bħala Scorpio huma t-Topaz u l-Bloodstone.

Jekk int tkun tixtieq aktar informazzjoni dwar iż-żodjaku personali tiegħek, tajjeb li taqra l-ktieb, PaulJon blOroskopju Għalik jew iktibli ittra postali u tindirizzaha hekk: PaulJon (GWIDA) Po Box 27 Paola jew żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste.

This article is from: