
1 minute read
Riċetta t’Anton B. Dougall – Bruschetta kiesħa bil-ġbejniet
from Gwida November 2021
Ingredjenti
P slices tal-ħobż. Jista’ jkun xott P tadam imqatta’ żgħir P tewm imqatta’ P basal imqatta’ żgħir P żebbuġ. L-aħjar li tixtri żebbuġ bl-għadma u tneħħi l-għadma u tqattgħu int, għax dan ikollu togħma aktar tajba P mozzarella mqattgħa P bżar aħdar imqatta’ żgħir P ħall balsamiku P ġbejniet xotti mqattgħin f’biċċiet żgħar P żejt taż-żebbuġa. Jekk tista’ uża extra virgin P bżar mitħun frisk
Advertisement
BRUSCHETTA KIESĦA BIL-ĠBEJNIET
RiĊetta ta’ Anton B Dougall
Metodu
1. Ġo bieqja qiegħed it-tadam, tewm, basal, żebbuġ, mozzarella u bżar aħdar.
Ħawwad tajjeb. Roxx ftit bżar u ferrex ftit ħall balsamiku u żejt taż-żebbuġa.
Erġa’ ħawwad. 2. Ixwi l-ħobż. Meta jkun lest, qiegħed it-taħlita fuq kull biċċa ħobż. Fil-wiċċ agħmel il-biċċiet tal-ġbejniet. 3. Fil-wiċċ roxx ftit bżar u jekk trid erġa’ ferrex ftit żejt qabel ma sservi.

