4 minute read
Ir-relazzjonijiet – Artiklu minn FSWS
from Gwida November 2021
KULĦADD JISTĦOQLU JGĦIX F’RELAZZJONI MIMLIJA RISPETT U MĦABBA
Kull relazzjoni, kemm jekk dik intima u dik li mhix, għandha tkun ibbażata fuq l-imħabba u r-rispett. Nafu wkoll li jeżistu ċirkostanzi fejn dawn iż-żewġ fatturi jkunu nieqsa jew mhux dejjem preżenti, u għalhekk importanti li nitkellmu dwar is-servizzi ta’ sapport li jeżistu għal persuni li jkunu qed jesperjenzaw xi forma ta’ vjolenza fir-relazzjonijiet tagħhom.
Advertisement
Vjolenza domestika tista’ sseħħ f’relazzjoni intima jew inkella bejn individwi li jiġu minn xulxin. L-aggressur u l-vittma jistgħu jkunu koppji miżżewġin, għarajjes li ma jgħixux taħt l-istess saqaf, koppja li qegħdha tikkoabita, sseparati jew inkella koppja li kellhom xi wild flimkien. Jista’ jkun il-każ ukoll li l-aggressur u l-vittma huma nies li jiġu minn xulxin eżempju wild jabbuża lil ommu. Ġeneralment f’dawn is-sitwazzjonijiet l-aggressur jeżerċita poter u kontroll fuq il-vittma tiegħu. L-intenzjoni tiegħu tkun li jħalli impatt fuq il-vittma tiegħu u dan iseħħ permezz ta’ abbuż fiżiku, emozzjonali, psikoloġiku, finanzjarju, sesswali u/jew spiritwali. Il-kontroll jista’ jseħħ ukoll permezz ta’ fastidju u stalking.
Kull forma ta’ abbuż imsemmi hawn fuq isseħħ b’intenzjoni sabiex l-aggressuri kompli jeżerċita aktar poter fuq il-vittma tiegħu. M’hemm l-ebda profil li jiddeskrivi aggressur. L-esperjenza u r-riċerka turi li l-aggressur jista’ jkun ta’ kull nazzjonalità, età, klassi soċjali, orjentazzjoni sesswali, eċċ. Kulħadd jista’ jkun vittma ta’ vjolenza domestika. Din tista’ sseħħ minħabba raġunijiet differenti. Dawn jinkludu: vjolenza fuq bażi ta’ ġeneru, mentalità patrijarkali (dik il-mentalità fejn raġel għandu jkun moqdi meta jrid mhux skond il-bżonn, u t-twemmin li r-raġel jingħata superjorità fuq il-mara), kultura fejn il-vjolenza hija aċċettabli, fost oħrajn. Fatturi soċjali oħrajn bħal eżempju droga u alkoħol ġeneralment jiggravaw u jintensifikaw l-atti ta’ vjolenza tal-aggressur. Dawn is-sitwazzjonijiet jħallu effetti fuq il-vittma u għalhekk hija importanti li l-vittma tirċievi s-sapport li għandha bżonn. L-effett tal-vjolenza domestika ma jitħalliex fuq il-vittma biss imma anke fuq it-tfal u familjari tal-vittma. Apparti mill-fatt illi meta tkun xhud ta’ dawn is-sitwazzjonijiet hija esperjenza trawmatika fiha nnifisha, membri tal-familja jistgħu wkoll ikunu filmira ta’ l-aggressur bi skop li jeżerċita aktar kontroll fuq il-vittma tiegħu. Irridu niftakru li l-ġenituri tagħna huma l-ewwel mudelli fil-ħajja tagħna, jiġifieri dak li t-tfal jaraw u jesperjenzaw jista’ jiġi kkuppjat.
Id-Dipartiment tal-Vjolenza Domestika ġewwa l-Aġenzija Appoġġ joffri diversi servizzi, fosthom servizzi għall-vittmi ta’ vjolenza domestika u t-tfal tagħhom, aggressuri rġiel u nisa, kif ukoll għal ġenituri li qed jiġu abbużati mit-tfal tagħhom. Il-vittmi jiġu mitkellma u mgħejuna sabiex jifhmu s-sitwazzjoni tagħhom filwaqt li jiġi pprovdut appoġġ u għajnuna sabiex jiġi stabbilit pjan ta’ sigurtà għalihom u t-tfal tagħhom. Min-naħa l-oħra l-aggressuri jingħataw għajnuna sabiex jaħdmu fuq l-imġieba u twemmin abbużiv. L-aħħar u mhux l-inqas jekk inti taf lil xi ħadd li għaddej minn din is-sitwazzjoni u tixtieq titlob sapport sabiex tressaq lill-persuna għas-servizzi tal-vjolenza domestika l-assistenza qiegħda hemm għalik ukoll. Dan għaliex ilvjolenza domestika m’hiex il-problema tal-individwu imma tas-soċjetà.
Min jixtieq xi forma ta’ għajnuna anke sempliċement jixtieq biss informazzjoni nħeġġuh jagħmel kuntatt madDipartiment tal-Vjolenza Domestika ġewwa l-Aġenzija Appoġġ fuq 2295 9000. Dak li jingħad jibqa’ kunfidenzjali. F’każi t’emerġenza intom mitluba tagħmlu kuntatt ma’ Supportline 179.
SENA ILU BEDA L-VJAĠĠ GĦALL-MARKA CAFFÈ BUONGIORNO - ISSA AKBAR U AQWA!
Madwar sena ilu l-kumpanija taljana tal-kafè magħrufa Caffè Buongiorno, preżentat l-idea tal-pjan li jinfetaħ uffiċċju f’Malta u li tiġi mnedija marka tal-kumpanija lokalment.
Il-familja Parizzi, li hi l-moħħ wara l-marka Caffè Buongiorno issa ilha tipproduċi l-kafè mill-ħamsinijiet. Din hi meqjusa bħala tradizzjoni fil-familja li dejjem intirtet minn ġenerazzjoni għall-oħra għal aktar minn 70 sena. Dan kollu bl-iskop ewlieni li jibqgħu jiġu mħarsa b’għożża l-valuri, il-passjoni, u d-dedikazzjoni li bihom dejjem saħħew il-kwalità tal-produzzjoni tal-kafè.
Il-kumpanija Caffè Buongiorno dejjem wegħdet li qatt mhi ser tħalli l-kwalità li dejjem provdew fil-prodotti tagħhom
Żgur li kienet sena impenjattiva immens u ta’ suċċess kbir għal Caffè Buongiorno Malta, iżda dan huwa biss il-bidu għal tim impenjat li jinsab lest biex ikompli jkabbar il-preżenza u l-marka tiegħu fil-gżejjer Maltin, bl-introduzzjoni ta’ prodotti u kunċetti ġodda tal-kafè.
tonqos jew tintilef. Il-kumpanija ser tibqa’ bil-ħsieb li żżomm il-metodi ta’ artiġjani fil-produzzjoni tal-kafe. Il-kumpanija tagħżel l-aqwa kwalitajiet ta’ Arabica u Robusta fl-oriġini minn madwar id-Dinja. Il-prodotti huma ideali għall-użu ma' magni professjonali talEspresso u anke dawk mhux professjonali. Il-fabbrika tagħna hija mgħammra bl-aħħar teknoloġija biex tiggarantixxi l-ogħla kwalità tal-kafè.
Caffè Buongiorno ġie mniedi fuq il-midja soċjali fl-1 ta’ Diċembru 2020, u d-domanda għall-prodotti tal-kafe tagħhom kienet waħda għolja immedjatament. It-tim ħadem bla waqfien biex jakkomoda l-mijiet ta’ ordnijiet li rċevew.
Ir-rispons pożittiv tal-mijiet ta’ klijenti li pruvaw il-kafe tagħhom kien l-aqwa ċertifikat għall-kumpanija! Ħafna minn dawn il-klijenti għadhom sal-lum leali lejn Caffè Buongiorno. Maż-żmien raw żieda fid-domanda millklijenti għall-varjetà estiża ta’ prodotti żdiedet, u għal dan it-tim iddeċida li jiffaċilitaw l-aċċess tal-klijenti għall-prodotti.
Dan kollu wassal għall-ftuħ ta’ fergħa ġdida ġewwa Naxxar Road f’San Ġwann f’Ġunju 2021. Minn dakinhar it-tim ta’ Caffè Buongiorno ħadem bil-kbir biex iniedi proġetti oħra biex il-prodotti tagħhom jaslu b’mod effiċjenti għand il-klijent. Fix-xhur li ġejjin ser jiftħu wkoll Amis Beauty Centre fil-Belt Valletta, u bar talkafe inkluż. F’Novembru ser jftħu wkoll Ballin by Caffè Buongiorno f’San Ġiljan.
Il-prodotti ta’ Caffè Buongiorno illum il-ġurnata ssibhom fi djar, uffiċini, ristoranti, barijiet u ħwienet tal-kafe madwar il-gżejjer Maltin. Il-kumpanija għandha verjetà enormi ta’ togħmiet differenti li tista’ tgħid jolqtu l-gosti ta’ kulħadd u adattati għal kwalinkwe ħin tal-ġurnata.
Huma kollha preżentati f’kontenituri żgħar li minnhom toħroġ bela’ kafe fenomenali. Fost il-prodotti popolari ta’ Caffè Buongiorno insibu Nocciolino,
Cortado, The Limone, Latte, Caffe Ginseng, Mocaccino, Latte Macchiato, Cioccolato, Chai
Latte, Caramello, u Cappuccino. B’dawn il-prodotti maħbubin minn ħafna l-kumpanija hi magħrufa wkoll għall-għadd ta’ offerti li qed toħloq bihom bi prezzijiet raġonevoli.