2 minute read

Intervista ma’ Philippa

PHILIPPA

Ġurat ġdida f’ X Factor Malta

Advertisement

Kif ħadtha l-aħbar li ntgħażilt biex tkun ġurat fl-X Factor?

Ma kontx qed nistennieha u kelli nomgħodha ftit għallbidu. Però meta tajtha ftit iktar ħsieb, ħassejt li tista' tkun opportunità mill-isbaħ biex nikkollabora ma’ artisti speċjali li għadu ħadd ma jaf bihom.

Li kieku tagħżel kantant li tirrekordja kanzunetta magħha/miegħu/magħhom minn X Factor, liema tagħżel?

Naħseb nagħżel Bloodline... ħalli nfaqqgħu diska b’naqra 4 part harmonies tal-blieh.

Is-soltu narawk ma' Bettina. Timmissja li mhux ser tkun parti minn din l-esperjenza?

Iva ta. Naħseb li drajt naqsam kollox magħha issa, u għallbidu ħassejtni naqra stramba nippoża għar-ritratti tal-X Factor campaign mingħajrha. Imma issa jiena u Ira Losco noqogħdu ninkuha ftit, u waqt li tkun qed tbennen id-dar, nibagħtulha selfies tan-Newer Victorians on set.

Liema kategorija tixtieq li tieħu ħsieb din is-sena?

Naħseb jew il-gruppi jew il-girls. It-tnejn li huma jinteressawni.

Għaliex tħoss li X Factor hu importanti?

Naħseb li X Factor huwa pjattaforma importanti biex jinstab talent ġdid. Apparti minn hekk, il-proċess jirrifletti r-realtà tal-industrija, biss b'rata aktar mgħaġġla minħabba l-element kompetittiv. Iġiegħel artist biex jidentifika l-unique selling point tiegħu, il-ħoss tiegħu personali, l-image, u l-istil u r-repertorju li jaħdem għallvuċi tiegħu. Fl-aħħar naħseb li l-fatt li tiltaqa' ma' ħafna aktar nies bħalek f’din l-industrija hija ħaġa imprezzabbli wkoll.

Kont parti mill-ġurija fil-judges’ houses. Liema kienet l-aktar prestazzjoni li ħadt gost tiġġudika?

Celine kienet għoġbitni ħafna.

Kompli din: Ngħid IVA biss jekk… nemmen li l-persuna quddiemi hija artista, u mhux biss kantanta.

Ktibt il-kanzunetta rebbieħa ta' L-Għanja talPoplu. X’kien il-ħsieb? X’għedtu xħin rebaħ?

Meta Sean Borg avviċinana biex niktbulu kanzunetta, żgur li ma konniex qed nistennewha. Sean kien ilu jdoqq magħna f’The New Victorians bħala vjolinist minn mindu bdejna, imma qatt ma konna ħdimna flimkien b’dan il-mod. Kienet sfida li interessatna u aċċettajna li nippruvaw nikkreaw silta dwar it-tema “Fuq L-Ixkaffa”. Kienet pjuttost esperiment, jiġifieri l-fatt li mbagħad intgħażlet bħala l-kanzunetta rebbieħa kien ta’ xokk u unur kbir.

Xħin rebaħ... dħaqna. Bettina kienet fl-aħħar ġranet tat-tqala tagħha jiġifieri lanqas biss setgħet tkun fit-teatru, u kienet qed issegwi mitTV id-dar. Xħin rebaħ ċempiltilha ta' malajr fuq FaceTime ħalli tkun tista' tippoża magħna għarritratti virtwalment.

Kif tiddeskrivi s-sajf tal-2021?

Differenti. Normalment ikollna ħafna gigs bħallBeer Fest, Marsovin Wine Festival, xi gigs jew festivals barra minn Malta eċċ, però dis-sena minħabba l-pandemija u r-restrizzjonijiet fuq l-events, kien sajf ħafna iktar kwiet.

Mill-karriera tiegħek, x’għandna nistennew minn Philippa fiż-żmien li ġej?

Album ġdid, produzzjonijiet teatrali ġodda, allfemale songwriting camp, film dokumentarju oriġinali u ħafna iktar!

This article is from: