1 minute read

Il-logħba tal-Editur

IL-LOGHBA TAL-EDITUR

Il-Fatat Kaħlani

Advertisement

Il-ktieb ta’ dan ix-xahar huwa Il-Fatat Kaħlani. Iltaqgħu ma’ karattru ġdid filletteratura għat-tfal. Imma oqogħdu għassa sew għax dal-karattru ġieli jidher u ġieli ma jidhirx. Iva sewwa fhimtu – ilMerlin Publishers għandna fatat. Fatat speċjali, għax mhux il-fatati kollha jkunu tal-waħx jew kattivi. Hemm fatati li mhux talli ma jbeżżgħux, talli dħulin u kollha praspar. Dal-fatat jismu Kaħlani.

Dan Kaħlani mhux dejjem kien ħares. L-ewwel storja tgħidilna min kien qabel ma sar fatat u kif spiċċa fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ B’Kara. U mhux dejjem kien jismu Kaħlani lanqas. Kien jismu Sigismondo Trapani u kien ikanta l-opri. Kien minn B’Kara u kien jaqbad il-ferrovija biex imur itTeatru tal-Opra, il-Belt. Kien ikanta opri ta’ Mozart, Verdi u Puccini bħad-Don Giovanni, Le Nozze di Figaro, u La Donna è Mobile mill-opra Rigoletto. (U dawk it-tfal b’xi ftit kurżità jistgħu jfittxu u jitgħallmu xi ftit dwar dawn l-opri).

Sigismondo kien maħbub minn kulħadd u darba waħda, meta raqad raqda twila twila fuq il-bank tal-istazzjon u ma reġax qam, tgħidx kemm werżqu n-nies. Iżda hu hemm kien għadu, bid-differenza li issa kien taħt forma ta’ fatat lewn is-sema. U minn hemm ġie l-isem Kaħlani.

Il-Fatat Kaħlani jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba kollha jew direttament mis-sit merlinpublishers.com

Kapaċi ssib 10 kliem li huma bold minn din il-gradilja?

Ibgħat ir-risposta tiegħek fl-indirizz; Logħba tal-Editur, GWIDA, 3, Level 2, Mallia Buildings Triq in-Negozju, Zone 3 Central Business District, Birkirkara, CBD 3010

Isem Mob/Tel

This article is from: