9 minute read
Strada Stretta: Episodju 8/ L-ewwel Staġun: L-ewwel parti
from GWIDA October 2021
EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (l-ewwel parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Advertisement
Sebaħ il-jum u Stella qamet bil-mod. Ħdejha kien hemm raġel li kien għadu rieqed. Inkiss inkiss, tqum biex tiġbor il-kartiera li kien hemm fuq il-komodina mingħajr ma tagħmel l-iċken ħoss. Ħarset lejn il-kartiera u b’diżappunt sabet li dan ma kellux sold fuqu. Niżlet mis-sodda u bdiet tbiddel filwaqt li xegħlet sigarett. Rat l-uniformi ta’ dan ir-raġel u ntebħet li kien uffiċjal. Iċċekjat il-bwiet kollha u sabet ftit flus li daħħlithom bejn sidirha. Ħadet żewġ nifsijiet mis-sigarett, ħarset lejn ir-raġel li kien hemm fuq is-sodda u ħarġet ’il barra. Xħin kienet nieżla t-taraġ indunat li kienet f’nofs xena ta’ delitt. Il-pulizija Johnny u sieħbu Carmelo kienu qegħdin hemm. Stella tinżel isfel u ssib żewġ nisa li kienu qegħdin jissendikaw dak li qed jiġri. Stella tistaqsihom x’kien qed jiġri u dawn jgħidulha li minkejja li ħadd ma ried jgħidilhom b’xejn, indunaw li waħda minnhom kienet sfat maqtula mal-lejl. Ix-xniegħa kienet li din il-mara kellha erbat itfal żgħar. Il-qattiel ta’ Strada Stretta baqa ma nqabadx. Din bdiet toħloq ħafna tensjoni kemm għan-nisa u anke għas-sidien talkmamar tal-briedel. Stella tħassbet ftit fuq dak li kien ġara, imbagħad kompliet ħierġa. Il-katavru li kien hemm kien mgħotti b’ liżar. Carmelo xejn ma kien qed jieħu pjaċir li l-miġemgħa kienet qed ittaqtaq u tparla fuq il-każ mhux solvut. Carmelo beda jħeġġeġ lil sħabu biex jindirizzaw il-problema kemm jista’ jkun malajr.
L-unika mod biex tindirizza l-problema Carm, billi naqbdu l-barri minn qrunu.Johnny: Imma l-barri fejnhu? Lanqas suspettat wieħed.Carmelo:
Hemm xi mara ħa tiġi interrogata iktar tard għax qalet li rat xi ħaġa.Johnny: Issa tara.Carmelo: Min hu jaf x’inhu jagħmel. Studjata l-azzjoni. (Iħares lejn l-arloġġ u jinduna li kien qiegħed tard) Ħa jkolli nħallik għax irrid niltaqa’ ma’ Violet. Carmelo deher imbarazzat, ftakar f’dak li kien ra ftit tal-ġranet qabel. Johnny beda jimxi għad-dar u Carmelo bħal donnu jimxi warajh biex jgħidlu xi ħaġa. Qed tiltaqgħu iktar hux dan l-aħħar? (b’sodisfazzjon) Nippruvaw. Mhux aħjar! Int min qallek li qed ingerger. Tajjeb hux! (kien konfuż immens. Ma kienx jaf kif ser jaqbad jgħidlu li ra lil martu taqlibhielu. Imtela b’ansejtà liema bħalha) Trid tgħidli xi ħaġa? Carmelo:Min? Jien? Għax bqajt ħiereġ miegħi! Le għax konna qed nitkellmu ...ara ħa nitla’! (jitlaq u jħalli lil Johnny jimxi għad-dar tiegħu) Stella waslet fid-destinazzjoni li kellha f’rasha, reġgħet qabdet sigarett u daqqet il-qanpiena. Kienet qiegħda quddiem il-kunvent tas-sorijiet. Is-soru dak il-ħin ħarġet xi ftit tfal orfni biex jilagħbu fil-ġnien. Stella niżlet is-sigarett u ħarset mill-grada. Kienet tefgħet għajnejha fuq tifel li kellu ħames snin li kien għaddej jilgħab b’ferrovija. Qalbha kienet qed tinħall bil-viżjoni ta’ dan it-tifel li ma kien ħadd ħlief binha. Wieħed mittfal li kienu qed jilagħbu mexxa l-ferrovija li kien qed jilgħab biha dan it-tifel f’direzzjoni fejn kienet qiegħda Stella. Stella staħbiet biex ħadd ma jaraha. Iben Stella qam minn postu biex imur iġib il-ferrovija tiegħu. Xħin ġabar il-ferrovija jilmaħ lil Stella. Għall-ewwel kienet ftit imbarazzata imma baqgħet tħares lejh u titbissimlu. Waħda mis-sorijiet bdiet tfittex lil dan it-tifel u tgħajjatlu.
Johnny:
Carmelo: Johnny: Carmelo: Johnny: Carmelo: Johnny: Carmelo:
Johnny:
Carmelo:
EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (l-ewwel parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Soru:
Lydia:
Lilly:
Lydia: Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Edward! Edward!...Xi ħadd ra lil Edward? (It-tfal ippuntaw subgħajhom fejn kien jinsab it-tifel. Marret ħdejh imma Stella ma kinitx hemm) Edward taf kemm ilni nfittxek! Terġax titlaq għal rasek, ibqa’ magħna. (Edward baqa’ jħares biex jilmaħ lil dik il-mara, is-soru tħares biex tara x’kien qiegħed jara iżda ma tara xejn) ...Ejja sabiħ, ejja ħa mmorru. Stella kienet marret tistaħba ftit metri ’l bogħod. Ma riedet turi lil ħadd li kienet qiegħda hemm. Dak il-ħin, Lydia u Lilly kienu qegħdin fil-kċina. Lilly bir-rollers ma’ xagħarha tirrakkonta lil Lydia fuq l-esperjenza tal-ġurnata ta’ qabel, meta kienet rat lil Mario.
Imma għala issa ġie jfittixni? L-irġiel hekk ruħi. Meta jridu huma mhux meta jkollok bżonnhom. Dejjem hekk kienet tgħid iz-zija Alla jaħfrilha. Ma nistax nifhem kif sabni.
Mhux lilek lili. Beda jsaqsi għalija mbagħad għamiltha tabirruħi li jien mhux jien. Ma nafx kemm emminni imma. Kif wasal għalik ma nistax nifhem! Xi ħadd naħseb qallu li tkun miegħi jew li rawk miegħi. Mela qed isaqsi għalija. Lilek irid ruħi. Jien ma rrid ngħidlu xejn imma. Ma kontx naf tridx tkellmu. Int trid tkellmu? (kienet konfuża) Jien bgħattlu ittra biex jiġi jiltaqa’ miegħi u ħallieni waħdi ...meta jaf ...jaf x’kundizzjoni qiegħda fiha.
Hekk għidt jien, ja demel. ...Imma ftit kurżità m’għandekx tara xi jrid? Hu qallek li reġa’ ġej? Mela u għajjatha. Qalli ħa nibqa’ niġi hawn. Issa x’ser nagħmel? Isma’ lbieraħ tatek dik it-taqliba u kellha tinqala’ din ta’ Mario wkoll. Imma bilfors kelli ngħidlek, mhux biex ninkwetak.
Le sewwa għamilt. Jien sinċerament iktar nibża’ minn Polly kieku flokok. Għaliex? Ħaditha ħażin?
Ħeqq ivvintajt li stajt ilbieraħ, imma trid tibda taħseb x’ser tagħmel Lydia. Għada pitgħada ħa tibda tidher, il-ħwejjeġ mhux ser jiġuk. Trid taħseb x’ser tagħmel. Ma nafx. Kieku ma kontx int għalija lanqas naf x’nagħmel. (bdiet tinkwieta ħafna u Lilly mill-ewwel qabżet biex tfarraġha) Isma’, jien ma nifhimx ħafna f’dawn l-affarijiet. Imma nismagħhom jgħidu li t-tfal grazzja minn Alla. Issa kif tagħmel biex trabbihom jaħseb għalihom hu wkoll. Kif ħa nrabbi tarbija waħdi, bilkemm naf nieħu ħsieb tiegħi nnifsi. Int għandek bżonn tinsa ftit il-problemi, għax xorta m’intix tagħmel tajjeb lill-baby hekk. Mur ilbes ħa noħorġu ftit jien u int, ninżlu naqra sax-xatt, nieħdu ftit xemx. Ejja tlaqna passiġġata. Lydia b’nofs tbissima pruvat tikkalma ftit. Kienet imfixkla u ma kinitx taf x’ser taqbad tagħmel. Bħal Guido! Dak il-ħin kien qiegħed ma’ Twannie fil-kafetterija tagħhom. It-tnejn li huma kienu qed ipejpu.
EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (l-ewwel parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Twannie:
Guido:
Twannie:
Guido:
Twannie:
Guido:
Twannie:
Guido:
Twannie:
Guido:
Mario:
Lucija:
Mario:
Lucija:
Mario:
Lucija: Mario:
Lucija:
Mario:
Lucija:
Mario:
Lucija:
Ħsibtek ma tridx taf aktar. Jien ma komplejtx minn dakinhar. Għandek raġun! Mhux jien għidtlek. Imma kien hemm xi żviluppi..... Twannie:Sirt taf xi ħaġa? Jien qgħadt naħseb ftit, u iktar ma qgħadt naħseb irrealizzajt li mhux importanti għala telqet Lydia. Ma jinteressanix. Irridek issibha! Għinni nsib fejn qiegħda biss. Il-bqija ma jinteressanix. Ara Guido jien nagħmel li tgħidli ...mhux soltu tiegħi li nagħti l-pariri, xogħol xogħol, imma inti tifel sew, għax tidher. Avukat rispettat u m’hemm xejn li jwaqqfek tkompli timraħ fil-karriera politika tiegħek. Imma naħseb li Lydia wrietek biċ-ċar li trid ħajja ma’ ħaddieħor. Allura skużani li ħa nsaqsik imma tiġi naturali. X’ser tagħmel la ssibha, jekk hi ma tridx taf bik?
Napprezza l-ġenwinità tal-parir tiegħek, imma jien u int m’aħniex ħbieb. Jien inħallsek għal biċċa xogħol u int tagħtihieli. Ma nħossx li għandi għalfejn nispjega ruħi miegħek ...Nispera li ma tiħux għalik. Lanqas xejn. Għandek kull dritt. Imma ftakar li karriera fil-politika ġġibek suġġett tan-nies u dan ifisser li ħajtek u dawk li jagħmlu parti minnha, jiġu skrutinizzati daqsek. Biex toqgħod attent lil min tħalli parti minn ħajtek. Lydia mara sew u rispettata, huma x’inhuma ċ-ċirkostanzi jien wegħedt quddiem Alla li niżżewwiġha. U jekk raġel m’għandux il-kelma tiegħu, x’għandu? Naqbel miegħek imma wisq nibża’ li din m’għandhiex x’taqsam mal-irġulija imma mas-sentimenti tiegħek. Vera tħobbha lil Lydia inti? Bir-rispett kollu Twannie diġa’ għedtlek. Is-sentimenti tiegħi m’għandhomx jinteressawk. Sibha u kellimni. U iktar ma ssibha malajr aħjar. Guido jitlaq bl-herra. Ma setax jammetti miegħu nnifsu x’kien qiegħed jiġbdu lejn Lydia. Twannie baqa’ hemm jonfoħ fis-sigarett. Luċija marret iżżur lil Mario ħdejn id-dgħajsa tiegħu u sabitu hemm jaħdem. Mill-ewwel tgħidlu li l-ġurnata ta’ qabel kienet marret iżżuru u l-ħabib tiegħu Ġanni kien qalilha li mar il-Belt ifittex lil Lydia. Naħseb Lydia ma telqitx minn Malta, kif kont qed naħseb. Għala taħseb li telqet? Għax l-aħħar li tlajt il-Belt hekk qaluli ...li kellha l-ħsieb titlaq barra minn Malta. Imma lbieraħ iltqajt ma’ xi ħadd li qalli li raha ma’ xi waħda jisimagħha Lilly u toqgħod fl-inħawi, ftit tal-ġranet ilu. Allura hemm imnejn ma telqitx. Issa x’ser tagħmel? Lil din Lilly sibtha ...imma ma nafx jirnexxilix insib lil Lydia ...Int x’kellek bżonn? Iva bilħaqq! (Luċija titbissem u tagħtih ittra) Dik ta’ Lydia? Le. Għidtlek li dik mhux għandi. Din irċevejtha lbieraħ filgħodu. (jifli l-envelopp u jinduna li kellha bolla barranija) Din mhux ta’ Malta. (Ma setgħetx tħalli l-etusjażmu ġewwa fiha u tgħidlu) Le. Tiftakarha dik l-ittra li kont sibt għand is-Sinjura ...fl-aħħar waslitli l-korrispondenza. Kif jista’ jkun? Lucija: Aqra!
EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (l-ewwel parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Mario:
Lucija:
Mario:
Lucija:
Mario:
Lucija:
Christopher:
Sylvana:
Christopher:
Julia:
Sylvana:
Christopher:
Julia:
Christopher:
Sylvana:
Julia:
Christopher:
Christopher: Sylvana:
Julia:
Christopher:
(jiftaħ l-ittra u jipprova jaqra bil-ftit li kien jaf. Ma kienx bniedem li jaf jaqra ħafna allura ħa l-ħin tiegħu. Xħin raha deher sorpriż. Ħares lejn Luċija li dak il-ħin kienet b’entużjażmu kbir. Mario bħal donnu ma setax jemmen bl-aħbar. Poġġa bilqiegħda u kompla jifli l-ittra) Din min jaf iktar biha? Jien lilek qed nuriha biss. Jiġifieri ħadd iktar minna ma jaf biha? U Marie!
Dik il-mara serp daqsha qatt ma rajt ...għalhekk mela! Taħseb Lydia jew Victoria jafu? Ma naħsibx. Dan is-sigriet ta’ Marie biss. U issa tiegħi u tiegħek ukoll. L-ittra s’issa ma nafux x’tikkonsisti imma jidher li kienet ta’ aħbar tajba għal Mario u Luċija. Sylvana u Julia fl-2015 kienet waslitilhom aħbar tajba wkoll! Christopher kellu f’idu informazzjoni li żgur kienet ser tinteressa lil dawn ittnejn. Id-djarju ta’ Lydia issa qanqlilhom kurżità kbira. Dakinhar Christopher uriehom il-family tree ta’ Lydia li skontu issa kienet faċli iżjed biex tinstab l-informazzjoni meħtieġa. Dan beda jurihom ritratti antiki li kien sab tal-ġenituri ta’ Lydia. Din hi Lydia ...dejjem mill-informazzjoni li ġbarna fid-djarju sewwa. Fil-pront uriehom ritratt ta’ Lydia fil-palazz. Sylvana u Julia kienu bla kliem, affaxxinati jħarsu lejn ir-ritratt u jistqarru kemm din Lydia kienet fil-fatt tfajla ħelwa. Mill-ilbies u statura tagħha indunaw li din it-tfajla kienet ta’ klassi għolja. Naħseb jekk tmur ir-reġistru tkun tista’ tara jekk qatt iżżewġet, jekk kellhiex tfal...le? Fuq dik ridt inkellimkom. Tinsewx li min jgħix ħajja ta’ privileġġ, ikun jaf ħafna nies f’pożizzjonijiet imlaħħqa u kien jiflaħ iħallas biex jelimina ċertu dokumenti jekk ikunu ta’ skomdu għalih. Imma r-reġistru mhux suppost. Ma nieħu xejn bi kbir. Ma smajtux, jekk ikollok il-flus tista’ tixtri n-nies. Jien mhux qed ngħid li żgur hekk ġara, imma kien hemm ħafna każijiet fejn dokumenti ġew meqruda għalkollox. Jien għadni ma ċċekjajtx sewwa, imma tajt xi informazzjoni lill- ħabib tiegħi jaħdem hemm u ma sab xejn. U ritratti ta’ ommha jew tal-familja tagħha sibt iktar? Mela din suppost ommha. Marie Vella Hawton. Ma naħsibx li ommha kienet ta’ dixxendenza nobbiljari, forsi minn familja benestanti imma ma naħsibx li nobbli. Din it-trouble kollu; ara! Ħa ngħidlek, lil ommha hekk eżatt immaġinajtha. Dan imbagħad missierha, baruni, u milli jidher kien professur li miet Lixandra fit-tieni gwerra. Sylvana tgħidilhom li Lydia ġieli semmiet lil missierha fid-djarju. Ritratt ta’ Victoria ma kinux sabu. Julia tħeġġeġ lil sħabha biex imorru l-Insinwa ħalli jfittxu iżjed fuq din il-mara. Kellhom seba’ mitt sena biex isibu lil din Lydia. Imma ħajja għadha? Tinsiex kemm għadda żmien Ju. Jaf insibu li mejta. Possibbli. Ħeqq m’hemmx x’tagħmel hux. M’hemmx x’tagħmel? Ejja għaġlu mela, għax jekk insibha u nsir naf li mietet ġurnata qabel u ma lħaqthiex minħabba fikom....
Ukoll!