7 minute read

Intervista ma’ Karl Gouder – Chief Operating Officer ta’ NET

NET Television bi skeda ġdida. Iltqajna mal-Membru Parlamentari u Chief Operating Officer ta’ NET Television Karl Gouder biex jagħtina ħarsa lejn ilprogrammi ġodda li ser jixxandru fl-iskeda l-ġdida.

Tgħidilna ftit fuq l-iskeda l-ġdida ta’ NET Television?

Advertisement

Jien naħseb li din is-sena hemm skeda tassew interessanti għaliex ippruvajna nagħmlu bilanċ tajjeb. Illum għandek il-faċilità li għandek data real-time u allura tkun taf eżatti n-nies x’qed jaraw. Fil-verità llum in-nies jaraw il-programmi mhux l-istazzjonijiet, jiġifieri jekk għandek programm tajjeb in-nies se jarawh ikun fuq liema stazzjon ikun, speċjalment fejn jidħol divertiment. Però fejn jidħlu ġrajjiet kurrenti u politika, dik ftit differenti. Aħna li ppruvajna nagħmlu hi taħlita bbilanċjata. Jekk tara l-istatistiċi, illum innies l-iktar li jfittxu huma aħbarijiet, ġrajjiet kurrenti, drama u programmi ta’ divertiment, fosthom programmi sportivi u magazine programmes. Bil-limitazzjonijiet li jkollok tipprova toffri xi ħaġa li tolqot lil kulħadd.

Id-drama ewlenija ta’ Net se tkun Ulied il-Lejl. Hija drama ta’ perjodu partikolari u li qed naħdmuh aħna bħala Net Television, jiġifieri aħna l-producers tiegħu; kollox in-house. Kienet ilha ma ssir xi ħaġa hekk. NetTV fl-antik kien jipproduċi diversi drama ta’ kwalità għolja. L-idea li nipproduċu Ulied il-Lejl kienet ilha tberren f’moħħna s-snin għaliex l-istorja hi vera tajba, ibbażata fuq il-kotba ta’ Charles Micallef St John, Suwed Ulied il-Lejl. Aħna se nippruvaw nagħmlu l-erba' kotba, kull ktieb ikun sensiela ta’ tlettax-il episodju. Jien naħseb li se jkun ta’ livell għoli ħafna u naħseb li se jintlaqa’ tajjeb min-nies. Apparti li l-istorja hija sabiħa, bbażata fl-antik, hemm atturi wkoll tajbin. Il-filming ta’ dawn it-tlettax-il episodju huwa kważi lest għaliex ġbidnieh fis-sajf u iktar tard

KARL GOUDER

“Fuq NET Television din is-sena hemm skeda tassew interessanti”

matul is-sena nkomplu nippreparaw għat-tieni parti. Fl-iskeda se jkun hemm ġurnata bbażata fuq drama, fejn il-ħsieb hu li minn Ottubru sa Diċembru jixxandar Ulied il-Lejl, imbagħad minn Jannar sa Marzu jkun hemm drama oħra iktar leġġera, mbagħad nerġgħu nkomplu Ulied il-Lejl minn April sa Ġunju.

Se jkollna wkoll programm, li naħseb li ser ikun tajjeb ħafna, jismu Nomadi, fejn bgħattna lil Rene Rossignaud għal ħmistax-il ġurnata jikkampja fi Sqallija u erbat ijiem f’Chernobyl, u se nuru l-esperjenzi tiegħu f’dawn il-postijiet f’kull episodju. Probabbilment nibdew b’Chernobyl, għaliex dak li għaddew minnu n-nies t’hemmhekk madwar tletin sena ilu hija esperjenza u storja minnha nnifisha. Il-faxxinu ta’ Chernobyl huwa li meta sar l-aċċident, fl-1989, in-nies kellhom jaħarbu, abbandunaw kollox u ħallew kollox kif kien, u minn dak iż-żmien ħadd ma reġa' mar hemm. Imbagħad neqilbu fuq Sqallija; mhux Sqallija li nafu aħna imma se nkunu qed induru rħula abbandunati, se naraw l-effetti li l-mafja kellha fuq innies. Dan ukoll se jkun prime time. Se jkun hemm ukoll kontenut politiku fejn darbtejn filġimgħa se nxandru dibattiti. Aktar milli politika, iktar ħa jkun serje ta’ dibattiti. Hemm George Vital Zammit (il-Ġimgħa, wara Flusek) li se jkollu diskussjonijiet individwali (one-to-one) u ieħor ta’ Roderick Agius li min-naħa l-oħra se jkollu diskussjonijiet politiċi.

Ser ikollna programm tajjeb ħafna nhar ta’ Ħamis filgħaxija, Imbarazzanti, li se jiġi preżentat midduo Danusan u Stephanie Chirchop li ħa jagħmlu programm fuq l-ambjent, fuq l-isfidi ambjentali, x’qed jiġri f’pajjiżna fuq l-ambjent, l-istat tal-ambjent u fejn nistgħu nkunu aħjar – dejjem bl-istil tagħhom.

Ovvjament se jibqa' NetLive, fejn din id-darba mhux se jkun hemm Robert biss imma se jkun hemm ukoll Lisa Spiteri kuljum mis-sitta sal-ħin tal-aħbarijiet, li bħas-soltu se jinkludi ġrajjiet kurrenti u aħbarijiet. Waranofsinhar se jibqgħu ż-żewġ magazine programmes, Kikkra Te li beda s-sena l-oħra u se nkompluh din l-iskeda wkoll, però din is-sena flok Mireille se jkun hemm Marilena Gauci flimkien ma’ Valerie u Marco. Is-sena l-oħra kien għamel suċċess u din is-sena għamilna tibdil żgħir. Se jibqa' wkoll ilprogramm ta’ waranofsinhar, Bejnietna, ma’ Steph u Dulcima.

Li se jkollna din is-sena huwa breakfast show, missebgħa ta’ filgħodu sad-disgħa li se jkun qed jiffoka fuq l-aħbarijiet, ġrajjiet kurrenti, analiżi tal-ġurnali, diskussjonijiet, informazzjoni dwar traffiku, eċċ. Dan se jkunu qed jippreżentawh Roberta u Keane Cutajar. Imbagħad hemm niche programmes, li jinkludu programmi bħal Newsroom, pereżempju.

Sekonda serata ħa jkun hemm Frekwenzi. Dan is-sajf ħriġna podcast fuq ir-radju u fuq l-internet darba filġimgħa li jġib l-istess isem, li kienu diskussjonijiet bejn iż-żgħażagħ flimkien ma’ Mark Azzopardi. Issa ħa jibda jixxandar fuq it-televixin. Il-kontenut sportiv se jibqa' bħal Replay, Replay Preview u l-programm ta’ Charles Camenzuli.

Eileen Montesin se tibqa’ bil-ħin tagħha fuq il-televixin, b’ Family Affair matul il-weekend mill-erbgħa u nofs sas-sitta. Is-Sibt filgħaxija se jibqa’ jkun hemm The Entertainers. Ħa nimmissjaw ħafna lil Janvil imma se jkollna żewġ preżentaturi tajbin ħafna; Corazon Mizzi u Victorio Gauci. Qed nagħmlu ftit revamping ukoll fuq is-sett u fil-mod li jsir, u għandu jkun tajjeb għax The Entertainers għadu jżid fil-popolarità tiegħu. Li se jkollna interessanti wkoll hu li l-Ħadd waranofsinhar (fis-sitta) se jkollna programm għall-vegans.

Qed naħdmu wkoll fuq programm in-house, mirRefettorju, li se jkun programm tal-Ħadd kmieni waranofsinhar fejn qed nidħlu fil-kunventi tas-sorijiet u l-partijiet, fil-kċejjen tagħhom u naraw xi jsajru u x’jieklu. Bis-saħħa ta’ dan il-programm se nkunu qed nesponu wkoll ir-rikkezzi kulturali li għandhom dawn il-postijiet. Bħala programm kulturali se jibqa’ wkoll Meander. Il-Ħadd filgħaxija hemm Replay, għax il-Ħadd waranofsinhar hi l-ġurnata tal-isport speċjalment għallfootball.

Hemm taħlita ta’ programmi ġodda u oħrajn li baqgħu. Li għandna tajjeb din is-sena hi li kellna konkorrenza tajba minn producers minn barra. Prattikament missebgħa ta’ filgħodu sal-ħdax ta’ billejl mhux ser ikun hemm ripetizzjonijiet ta’ programmi ħlief dawk li nkunu rridu nagħmlu ta’ bilfors; kollha programmi ġodda. Jien naħseb li għandna skeda li pjuttost għandna nkunu kburin biha.

Kif qed tassigura l-kwalità ta’ NetTV?

L-ewwel nett, bil-fatt li ħadna deċiżjoni li ħafna millaffarijiet nagħmluhom in-house, allura tista' faċilment tikkontrolla l-kwalità. Issa għal din l-iskeda kellna ħafna iktar proponimenti li ma ġewx milqugħa għax inti tipprova toħloq bilanċ bejn li jkollok xi ħaġa ta’ kwalità tajba u bejn dak li jħobbu n-nies, u li fl-aħħar mill-aħħar tagħmel sens finanzjarju wkoll, għaliex aħna wara kollox stazzjon kummerċjali. Mhux faċli biex tagħmel skeda. It-tajjeb hu li mill-informazzjoni li jkollna minn diversi surveys tkun taf in-nies xi jridu jaraw u f’liema ħin talġurnata, fi ġranet partikolari, u l-etajiet differenti wkoll. Infatti mill-analiżi li għamilna, nhar ta’ Tnejn filgħaxija n-nies jippreferu xi ħaġa aktar rilassanti wara l-ewwel jum tax-xogħol, bħal pereżempju xi drama milli xi programm ta’ dibattitu fejn ikun hemm ħafna storbju u ġenn. Imbagħad iktar ma tidħol fil-ġimgħa iktar tkun ideali li ddaħħal l-element politiku u ta’ ġrajjiet kurrenti. Imbagħad meta toqrob lejn il-weekend, tkun trid xi ħaġa iktar leġġera, u ta’ entertainment. Għamilna diskussjonijiet ma’ producers biex iżommu l-kwalità, li tara li l-programm jinbiegħ u li tagħmel profitt minn fuqu, u li dejjem ikollok programmi ta’ ċertu livell.

Liema programm ħerqan għalih?

Jien l-iktar ħaġa li jien ħerqan għaliha hi d-drama tagħna, għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett għax hu proġett li għadu qed jiżvolġi u li konna ilna ħafna naħsbu fuqu u niddiskutu jekk hux worth it ix-xogħol kbir li hemm fuqu. Il-fatt li ddeċidejna li nieħdu r-riskju u nagħmluh, u mill-feedback li qed naraw jidher li huwa ta’ kwalità, qisni l-iktar programm li ħerqan li jibda u li l-iktar kurjuż biex nara x’ser isarraf. Jien persważ li ser ikun il-flagship programme fejn jidħol prime time, għalkemm jekk kollox imur kif pjanat, naħseb li l-prime time tagħna huwa b’saħħtu ħafna, kuljum.

Aħna l-missjoni tagħna hi li teduka, tinforma u tkun ta’ entertainment. Imma n-nies iridu dibattiti, aħbarijiet u l-analiżi tagħhom, u aħna dak li ser noffru bl-aktar mod denju għat-telespettaturi tagħna.

X’inhu l-futur ta’ Net Television?

Jien naħseb li hemm futur promettenti għal NetTV f’diversi oqsma, anke finanzjarjament, għalkemm kien hemm żmien fejn kien hemm diffikultajiet kbar. Bl-isfidi kollha li għandna, l-istazzjon qiegħed jissaħħaħ sena wara sena. Jien nemmen li l-ikbar assi li għandu dan l-istazzjon huma n-nies tiegħu, għax għandna nies tajbin ħafna u f’kull livell. Fix-xhur li għaddew investejna wkoll fiż-żgħażagħ, fejn tajniehom taħriġ speċjalizzat u opportunitajiet għax fl-aħħar mill-aħħar dawn huma l-futur ta’ dan l-istazzjon flimkien mal-esperjenza tal-veterani fejn tidħol it-teknika b’mod speċjali. Investejna wkoll fl-equipment, fejn matul dawn l-aħħar erba’ snin biddilna kollox. Is-sena l-oħra biddilna l-Outside Broadcasting Unit tagħna kollu biex nibqgħu kompetittivi u għax it-teknoloġija qed tinbidel malajr ukoll.

Fl-opinjoni tiegħek, liema hu l-aħjar programm minn TVM u minn One?

Minn TVM, jien kont fan kbir ta’ Xarabank u ma nistax nifhem kif neħħewh, għaliex Xarabank kellu fenomenu, li jew jogħġbok jew tobogħdu, imma jekk tobogħdu xorta tarah. Għadni rrid nara programm ieħor li jagħmel hekk, tant li meta tidħol lura x-xogħol l-għada jew it-Tnejn, tisma’ n-nies jitkellmu fuq Xarabank, anke jekk kien programm ħazin. Naħseb li ONE huwa b’saħħtu ħafna flentertainment.

This article is from: