3 minute read
Tagħrif dwar iż-żodjaku Libra minn PaulJon
from GWIDA October 2021
IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON
Tagħrif dwar iż-żodjaku ta’ Libra
Advertisement
Ix-xahar ta’ Ottubru ser ilaqqagħna ma’ żewġ żodjaki millkalendarju żodjaku; is-seba’ żodjaku – dak ta’ Libra u t-tmien żodjaku – dak ta’ Scorpio. F’dan l-artiklu ser inkun qed inwassal l-informazzjoni dwar Libra.
Iż-żodjaku ta’ Libra hu magħruf ma’ ħafna bħala ż-żodjaku li jiddereġina lejn bilanċ, kemm fil-ħajja personali tagħna u kemm f’dak kollu li nkunu qed inwettqu madwarna, però dan iż-żodjaku joffrilna wkoll armonija, għarfien profond, kif ukoll motivazzjoni.
Is-seba’ żodjaku ta’ Libra beda l-Ħamis 23 ta’ Settembru u jintemm fil-Ġimgħa 22 ta’ Ottubru; b’hekk ma’ dan iż-żodjaku nkunu wkoll qed bdejna l-istaġun frisk; dak tal-ħarifa. Bil-mod it-temperaturi sħan tas-sajf jibdew jitbaxxew, nibdew inħossu dik l-arja friska u ovvjament jibdew dawk il-jiem bix-xita u l-ħajja ta’ madwarna tibda tinbidel hekk kif nibdew naddataw il-mod kif nilbsu, nieklu u sitwazzjonijiet oħra li l-ħarifa ġġib magħha; dan kollu jagħmel dan iż-żodjaku ta’ Libra wieħed mistiku. Mhux ta’ b’xejn li Libra fil-kalendarju żodjaku hu n-numru 7!
Is-simbolu ewlieni ta’ Libra huwa dak tal-miżien. Ovvjament ilmiżien jirraprenżenta żewġ aspetti, il-bilanċ u l-ġustizzja. Insibu fil-biċċa l-kbira x-xbieha ta’ mara żżomm il-miżien, li skont il-mitoloġija Griega kien jisimha Themis. Il-qofol tagħha kien li twassal bilanċ bejn il-ġustizzja perfetta. Fil-fatt ġiet mogħtija t-titlu ta’ Lady of Justice.
Dan iż-żodjaku ta’ Libra jifforma parti mill-element tal-arja fejn miegħu nsibu żewġ żodjaki; dak ta’ Aquarius u dak ta’ Gemini. Dan sabiex ikun ikkunsidrat bħala l-aqwa element mill-erba’ elementi li nsibu fl-astroloġija.
F’dan iż-żodjaku ta’ Libra ser inkunu qed nesperjenzaw żewġt iqmura ferm interessanti. L-ewwel qamar huwa nhar l-Erbgħa 6 ta’ Ottubru fejn ser inkunu qed nesperjenzaw New Moon, li bħala qamar huwa magħruf bħala bidu ġdid. Dan ser ikun qed jispirana għat-tisħiħ ta’ dak li rridu nkomplu nwettqu, fosthom dawk il-proġetti jew ideat li huma ppjanati, kemm fil-karriera, fl-imħabba, fil-familja u għal aktar ħin ta’ rilassament. partikolari lejn aktar determinazzjoni fit-twettiq ta’ dak li jkun meħtieġ li jitwettaq. Jekk għal xi raġuni partikolari int tkun tlift dik il-ħeġġa jew konċentrazzjoni, dan il- qamar kwinta ser ikun qed jerġa’ jagħtik l-enerġija meħtieġa sabiex tkattar dik id-determinazzjoni. B’hekk int terġa’ taqbad dik l-istabbilità, ser jagħtik ukoll għarfien sabiex tkun aktar organizzat fl-iskeda tiegħek.
Fatti interessanti li nsibu fil-karattru ta’ Libra huma; persuni li l-għejja ma tagħmilx bihom u jekk ikun hemm bżonn l-għajnuna jkomplu bis-sħiħ sakemm iwasslu dik il-persuna fejn tixtieq hi. Għalihom dik tkun ta’ sodisfazzjon kbir. Libra jħobbu janalizzaw bir-reqqa dak li jkunu sejrin iwettqu, ma jagħmlux dan qabel ma jagħmlu r-riċerka dettaljata! Waħda mis-sitwazzjonijiet li Libra tgħinhom jirrilassaw huwa l-qari ta’ xi ktieb u l-eżerċizzju fiżiku.
Il-Librani huma magħrufin għall-imħabba lejn l-annimali u filfatt kważi ħamsa fil-mija ta’ dawk li jaqgħu taħt dan iż-żodjaku ssibilhom pet.
Libra huma persuni ta’ komunikazzjoni tajba għalhekk bla ma trid tinġibed malajr lejn il-karattru tagħhom. Iżda titlef kull rispett jekk jaqbduk li int persuna m’intix onesta, hekk li titlef il-ħbiberija tagħhom.
Nies famużi taħt iż-żodjaku ta’ Libra huma John Lennon, Olivia Newton John, Julie Andrews, Luciano Pavarotti, Simon Cowell, Catherine Zeta Jones, Cliff Richard, Sting, Margaret Thatcher, Mahatma Gandhi, Roger Moore, Brigitte Bardot, Vladimir Putin, San Franġisk t’Assisi, Sir Bob Geldof, Michael Douglas u Will Smith, fost oħrajn.
L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta’ Libra huwa dak tal-Ġimgħa, waqt li għandek tevita l-jum tat-Tnejn. L-aktar xahar ideali huwa dak ta’ Ġunju iżda evita x-xahar ta’ Frar. Il-kristalli ideali għalik huma Amber u Rose Quartz.
Jekk int tixtieq aktar informazzjoni dwar iż-żodjaku personali tista’ taqra l-aħħar pubblikazzjoni tiegħi, PaulJon bl-oroskopju għalik, jew tista’ tibgħat ittra postali lil, PaulJon (GWIDA), Po Box 27 Paola jew żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com. Namaste.