2 minute read
Intervista mat-tim tal-produzzjoni ta’ X FACTOR MALTA
from GWIDA October 2021
Ritratti: Albert Camilleri (X FACTOR MALTA) Storja Prinċipali
X FACTOR MALTA
Advertisement
Nitkellmu mat-tim tal-produzzjoni
It-tielet staġun ta’ X Factor Malta ser jibda mil-lejla, 3 t’Ottubru fuq TVM. L-ewwel żewġ staġuni kienu ta’ suċċess kbir. X Factor sar l-ewwel darba fl-2018 u dik is-sena kienet rebħet Michela Pace. It-tieni darba kien sar fl-2019 u kienet rebħet Destiny.
Wara waqfa ta' sena, X Factor Malta jirritorna iżda din id-darba, il-kompetizzjoni mhux marbuta malEurovision Song Contest. Ir-rebbieħ ta' X Factor ħa jitlaq b'€50,000 f'idu jew f'idha jew f'idejhom.
Ben Camille jirritorna bħala l-preżentatur ta' din issensiela filwaqt li Howard Keith u Ira Losco ħa jkunu wkoll qed jagħmlu r-ritorn tagħhom f'din is-sensiela.
Ivan Grech u Philippa Naudi ħa jkunu qed jieħdu post Ray Mercieca u Alex Alden fuq il-panel tal-ġurija. Tkellimna mat-tim tal-produzzjoni biex insiru nafu aktar dwar din is-sensiela.
Fiex jikkonsisti l-proċess biex jintgħażlu l-ġurija?
M’hemm l-ebda proċess partikolari. Biss viżjoni waħda u għan wieħed li jpoġġi lill-artisti fiċ-ċentru tal-ħidma ta’ kull persuna fil-ġurija bl-għan aħħari li jkolli individwi li jkunu jistgħu juru t-talent tagħhom u jħabbtuha mal-aqwa nies fl-industrija kemm dik ta’ Malta kif ukoll ta’ barra.
X Factor din is-sena ser jrebbaħ somma flok post fil-Eurovision. Kif intlaqgħet din iddeċiżjoni?
Bħal kull deċiżjoni jkun hemm min jieħu gost biha u jkun hemm min togħġbu ftit inqas. Nemmnu li din id-deċiżjoni ressqet lejn X Factor talent ġdid li forsi qabel kienu jaraw il-Eurovision bħala xi ħaġa li mhix allineata mal-viżjoni tal-karriera tagħhom.
Din is-sena hemm branding ġdid. Ser ikun hemm format ġdid ukoll?
Il-format hu li hu u ser jibqa’ kif inhu, biss fejn stajna nimpruvjaw maż-żminijiet għamilnieh u l-branding hu wieħed minn dawk l-affarijiet.
Kemm applikaw nies u x’għandna nistennew minn season 3?
Din is-sena kien hemm record ieħor ta’ parteċipanti, ta’ dan aħna ninsabu kburin. Ovvjament għandna nistennew ħafna talent u uċuħ ġodda li flimkien ma’ karattri u talent stabbilit ser jerġgħu jagħmlu X Factor Malta, ix-xow favorit ta’ ħafna Maltin u Għawdxin.
Kemm hi possibbli li l-live shows ikollhom udjenza?
Sfortunatament din mhix mistoqsija li nistgħu nirrispondu aħna imma bla dubju aħna ħerqana u lesti sabiex nilqgħu eluf ta’ Maltin u Għawdxin ġewwa l-MFCC. Nisperaw li jirnexxilna.
Fejn ser jiġu ffilmjati l-auditions?
L-auditions u l-bootcamp ġew iffilmjati ġewwa l-Hilton.
X Factor jarawh l-eluf f’Malta u hu l-aktar programm segwit. X’ħidma ssir biex tiżguraw il-prodott aħħari?
Bla dubju nibqgħu nittrattaw kull programm daqslikieku hu l-aħħar wieħed li qegħdin nipproduċu.
Kemm hu importanti X Factor f’pajjiżna?
Il-programm ferraħ ħafna u ħafna nies. Ġab emozzjonijiet differenti f’eluf ta’ djar, biss apparti minn hekk tella’ l-livell fl-industrija tal-entertainment f’pajjiżna. Il-programm ta wkoll pjattaforma lil nies li forsi qabel kienu jaqtgħu qalbhom minħabba ħafna raġunijiet diversi. X Factor Malta ta ċans lil kulħadd jesponi t-talent tiegħu, għalhekk X Factor Malta hu importanti għal pajjiżna.