3 minute read
Intervista ma’ Howard Keith
from GWIDA October 2021
HOWARD KEITH
Ġurat f’X Factor Malta
Advertisement
X’qed tistenna mit-tielet staġun?
Qed nistenna żewġ affarijiet. Peress li l-premju mhuwiex marbut mal-Eurovision, se jkun miftuħ għall-barranin kif kien Malta’s Got Talent u b’hekk nistenna bosta barranin li jew jgħixu Malta jew jiġu lejn Malta għal X factor Malta. Onestament għadni nemmen li għal pajjiżna u għall-istazzjon nazzjonali kien pass tajjeb li kantant wara l-X Factor Malta jmur għall-Eurovision, però għall-X Factor u anke għal min jirbaħ, aħna l-ġurija, dejjem wissejna li dik ir-rabta setgħet tiġi evitata. It-tieni, wara sena ta’ assenza minħabba l-pandemija qed nittama li l-kontestanti jiġu aktar ippreparati u jkollhom dak li hemm bżonn biex jirbħu €50,000. Nistenna wkoll aktar varjetà.
Liema kienet l-aktar audition li ħadt gost tiġġudika?
Inħobb ir-room auditions għax tassew tista' tieħu sens ta' ambjent intimu bejn il-kontestanti ta’ quddiemek. Naturalment, ħafna minnhom jiffriżaw. Oħrajn ikunu agħar fiċ-chair challenge. Personalment naħseb li jispikkaw l-iktar fil-live shows għax joqorbu aktar lejn il-premju u jibdew jemmnu. Kieku kelli nagħżel audition waħda, mingħajr ma nkun speċifiku għal xi kontestant, inħobb l-audition fejn il-kreattività u l-viżjoni tiegħi huma mqanqla minn xi ħaġa. Ladarba nisma’ dik u l-viżjoni tiegħi dwar l-artist tiġi attivata, ma nkunx nista’ nwaqqafha. Dawk huma t-tip ta’ provi li nħobb l-iktar.
Kompli din: Ngħid IVA biss jekk….
… nemmen f’dak ta' quddiemi u nara potenzjal.
Liema kategorija tixtieq li tieħu ħsieb din is-sena?
Għalija onestament xorta. Nixtieq li nevita l-gruppi, mhux għax ma kinux divertenti u fuq kollox sodisfaċenti, anzi, imma kien hemm ħafna xogħol min-naħa tiegħi biex inwassal it-3 gruppi sas-semifinali u anke grupp minnhom sal-finali. Ovvjament il-bniet huma l-aktar kategorija faċli li jkollok għax huwa garantit li mill-inqas waħda jew tnejn jispiċċaw fil-finali jekk nikkunsidraw l-aħħar 2 staġuni.
Smajna ħafna mingħandek din is-sena dwar innuqqas ta’ attivitajiet. Kemm għamilt pressjoni u fiex wasalna f’dan l-istadju?
Kien hemm bżonn! Normalment ma ninvolvix ruħi f'dawn it-tip ta’ affarijiet. Normalment nagħmel punt jew nippromwovi l-artisti. Madankollu, din id-darba ħassejt li kelli bżonn nieħu pożizzjoni u nagħmel xi ħaġa. Kollox fl-MEIA (Malta Entertainments Industry and Arts Association) jsir b’mod volontarju. Aħna issa qegħdin flistadju fejn għandna l-aqwa programm ta’ tilqim kontra l-covid fid-dinja imma sfortunatament wieħed mill-aktar pajjiżi b’restrizzjonijiet li għadhom għaddejjin. Nisperaw li dan jinbidel dalwaqt.
Wara li ħdimt ma’ diversi kantanti mill-ewwel staġun u t-tieni staġun, li kieku ma rebħux Michela u Destiny, min fl-opinjoni tiegħek kellu jirbaħ iż-żewġ staġuni?
Naħseb li l-4 finalisti fiż-żewġ staġuni kienu denji li jirbħu. F.A.I.T.H. kellhom il-pakkett kollu, Justine Shorfid kellha vuci qawwija immens, u Owen Leuellen u Nicole Frendo kienu kollha rebbieħa denji.
Liema kantant minn X Factor rajt li għamel kambjament kbir?
Owen Leuellen, F.A.I.T.H, Michela, Justine Shorfid, Bloodline – l-ebda paragun ma‘ kif bdew. Nieħu gost u sodisfazzjon nara wkoll oħrajn li forsi ma waslux salfinali, li komplew jistinkaw. Onestament hemm ħafna li X Factor għamlilhom ħafna u ħafna ġid.
Għaliex tħoss li X Factor hu importanti?
Eżattament għar-raġuni mogħtija hawn fuq. Il-kontestanti jingħataw dawn l-isfidi għax din hija realtà. Il-verità hi li din hija industrija iebsa ħafna biex ikollok karriera fiha. Sal-lum, u għandi kważi 50 sena, qatt ma nieqaf nitgħallem, inqatta’ sigħat sat-tard fl-istudjow. Mhuwiex xogħol ta’ 8 sigħat kuljum. Insa! Nimbotta lill-kontestanti fuq X Factor għax konvint li ser tagħmilhom aħjar.
X’ħassejt meta saret l-ewwel attività bl-udjenza wara ħafna xogħol?
Wara l-kwinti waqt soundchecks, eċċ, enfasizzajt ħafna għax l-affarijiet ma kinux kif ridthom li jkunu. Eventwalment wasalna hemm u r-riżultat kien ewforija. Kienet taħlita ta’ frustrazzjoni u rabja kollha meħlusa f’ferħ. Niftakarni nsuq lura d-dar bi tbissima wiesgħa fuq wiċċi.
Taħseb li l-awtoritajiet verament japprezzaw l-artisti?
Nixtieq ħafna ngħid iva imma fil-verità LE! Ma jfissirx fuq livell personali ovvjament, għax jien ċert li filfond kollha japprezzaw l-arti imma meta niġu għaddeċiżjonijiet, speċjalment dawk meħuda wara skrivanija, sfortunatament m'għandhom l-ebda ħjiel dwar kif din l-industrija attwalment topera fil-ħajja reali, aħseb u ara kif attwalment topera internazzjonalment.
Kif tiddeskrivi s-sajf 2021?
Monotonu ħafna. Żgur li mhux wieħed li nixtieq niftakar.
Mill-karriera tiegħek, x’għandna nistennew minn kantanti li tieħu ħsieb int fiż-żmien li ġej?
Xi wħud ġew affettwati aktar minn oħrajn b'din ilpandemija. Kollha bil-modi differenti tagħhom imma kollha għandhom ħaġa komuni. Huma wħud mill-aqwa talenti, jekk mhux l-aħjar, li għandna fi gżiritna. Jekk ix-xogħol tal-passat tagħna jista’ jintuża bħala mera għal dak li hemm quddiemna allura nista' biss nittama li huwa eżattament dak. Tistenna li joħorġu aktar awdaċi imma anke nistenna li ser indumu ftit aktar sakemm jistabilixxu l-affarijiet.