3 minute read
Intervista ma’ Ira Losco
from GWIDA October 2021
IRA LOSCO
Waħda mill-ġurija ta’ X Factor Malta
Advertisement
X’qed tistenna mit-tielet staġun?
Bla ebda dubju talent ġdid u issa li X Factor Malta hu miftuħ għall-barranin ukoll, qiegħda nistenna varjetà enormi. Ta’ min ukoll insemmi li l-fatt li hemm cash prize kbir ser jattira ħafna iżjed interess mis-snin ta’ qabel.
Li kieku tagħżel kantant li tirrekordja kanzunetta magħha/miegħu/magħhom minn X Factor (apparti Owen) liema tagħżel?
Irrekordjajt diski ma’ Owen, Michela u Destiny. Biss kurjuża kif taħdem kollaborazzjoni ma’ F.A.I.T.H. Apparti minn hekk, ma niddejjaq xejn nikkollabora ma’ Justine Shorfid u Jasmine.
Liema kienet l-aktar audition li ħadt gost tiġġudika?
Bla ebda dubju l-audition ta’ Michela. Mill-mument li fetħet ħalqha u kantat ħallietni bla kliem. Xi ġmiel ta’ vuċi!
Għaliex tħoss li X Factor hu importanti?
Inħoss li huwa importanti għax jagħti lill-artisti opportunità li setgħet kienet nieqsa. Jagħti lil artisti bħal Destiny li diġà kienu stabbiliti d-direzzjoni minn professjonisti biex jirnexxu filkarriera tagħhom. X Factor jagħti wkoll lill-artisti li jistgħu jkunu taħt ir-radar, is-saħħa biex joħorġu hemm barra. L-X Factor mhuwiex biss spettaklu, jipprovdi kurva ta’ tagħlim għal dawk l-artisti li jesperjenzawh u jagħtihom konsulenza mill-judges li għandhom l-industrija f'qalbhom.
Kompli din: Ngħid IVA biss jekk….
Jekk naħseb li l-persuna għandha talent, ikun kemm ikun illustrat jew jekk ikun dak li hu msejjaħ raw talent. Jekk nara potenzjal u artist li jrid jasal, mela ser ngħid iva. Ħafna nies jista’ jkollhom talent jew ikunu kantanti tajbin imma ftit nies għandhom dak il-fattur li jagħmilhom artisti. Meta naħseb li nara dik il-kwalità speċjali nibqa’ ngħid iva. Iktar ma l-kompetizzjoni tavvanza aktar, nagħti inqas ‘iva’. Għalhekk l-iva tiegħi jibdew isiru aktar dipendenti fuq dak kollu li spjegajt hawn fuq.
Tħossok skomda tagħti l-ġudizzju tiegħek fuq kantanti li jkunu ħbieb tiegħek?
B'xorti tajba din is-sena ma kien hemm ħadd li kien ħabib. Fissnin preċedenti lanqas. Ma nikkunsidrax lil dawk li naf b’xi mod jew ieħor… ħbieb. Ejja nkunu realistiċi; jien ċerta li n-nies li jafuni permezz tal-industrija japprezzaw l-onestà tiegħi u għalhekk le ma nħossnix skomda nagħtihom kritika kostruttiva u onesta.
Liema kategorija tixtieq li tieħu ħsieb din is-sena?
Nixtieq il-Groups jew l-Overs peress li digà mexxejt lill-Boys u lill-Girls fis-snin preċedenti.
Kif kienet l-esperjenza li tkanta quddiem innies wara ħafna żmien fl-APS festival?
Kienet eċċitanti li terġa’ tkun fuq il-palk. Irrid nammetti li l-udjenza bilqiegħda bil-maskri fuq wiċċhom kienet stramba. L-industrija tagħna ntlaqtet l-agħar. Aħna rrispettajna r-regolamenti kollha iżda stabbilimenti oħra ma ddejqux jiksru r-regolamenti. Allura iva, irrid nammetti li ħassejt inġustizzja kbira. Minkejja dan ħadt pjaċir inkun fuq il-palk u l-udjenza tagħna ħadet pjaċir blispettaklu tagħna.
Kif tiddeskrivi s-sajf 2021?
Ħadt pjaċir bil-ħin mal-familja tiegħi imma mmissjajt il-ħin li kelli nqatta’ fuq il-palk. Kważi kull show li kelli bbukjata ġiet posposta.
Esperjenzajt twelid waqt pandemija. Bdejt tibża’?
Lanqas xejn. Kont f’idejn tal-ġenn u l-istaff ta’ Mater Dei u l-gynae tiegħi huma veru nies professjonisti. Ma nixba’ qatt nirringrazzjahom.
Kif inhi r-relazzjoni ta' Harry u Gigi flimkien? X’kien qal meta ra lil Gigi l-ewwel darba?
Verament tal-ġenn. Hi ffissata fuqu u Harry il-ħin kollu moħħu biex jilgħab magħha. Veru ħelwin. Meta raha l-ewwel darba niftakar li ried iżommilha jdejha. Veru kien mument ħelu!
Qed naraw li Harry qed jinteressa ruħu filmużika wkoll. Gigi l-istess?
Nemmen li Harry ser ikun involut fid-dinja talmużika. Gigi ma naħsibx għax iżjed iffissata fuq it-tisjir u l-ikel.
X’jgħid meta jarak tkanta?
Harry wasal għall-età fejn jgħidli biex nieqaf inkanta biex ikun jista‘ jisma' l-kanzunetta ddoqq. Gigi titbissem meta nkanta. Apparti minn hekk, Harry jistaqsi għall-kanzunetti tiegħi fil-karozza u għalhekk naħseb li jħobb il-mużika tiegħi.
Meta jara lili fuq it-tv għall-X Factor jew fuq vidjow mużikali, jieħu pjaċir bih.
Mill-karriera tiegħek, x’għandna nistennew fiż-żmien li ġej?
Mużika ġdida u vidjows ġodda, kunċerti u performances jekk il-pandemija tħallina naħdmu.