1 minute read
Programmi tal-Erbgħa
from GWIDA OCTOBER 2020
NHAR TA’ ERBGĦA
FUQ TVM
Advertisement
18:30 Wirt u Eredi
Programm b’tagħrif notarili fuq min jiret u min ikun ser iħalli l-wirt.
21:00 L-Erbgħa fost il-Ġimgħa
Aktar tagħrif fuq dan il-programm tista’ ssibha fuq l-intervista ma’ Mark Zammit f’din ir-rivista.
23:00 Ħajjitna Ktieb
Ħajjitna Ktieb ifittex li jibbaża l-programm fuq awturi u personalitajiet li se jaqsmu l-kotba tagħhom mal-udjenza.
FUQ TVM 2
19:00 – Sensilhena
Christine Delicata fl-ewwel programm laqqgħatna ma’ Mons Anton Teuma - Isqof ta’ Għawdex, fuq il-bżonn tal-Knisja li tkun qrib il-familji Maltin u Għawdxin. Matul il-programm ser inkomplu nitgħallmu fuq aktar affarijiet reliġjużi.
FUQ ONE
17:30 #Pajjiżi
Il-preżentatur popolari Clifford Galea se jkun magħna kull nhar ta’ Erbgħa bi programm kulturali ġdid.
20:45 The Local Traveller
Clare Agius se tagħtina togħma kulturali wkoll bil-vjaġġi tagħha mal-gżejjer Maltin.
21:15 Division 7 (Drama)
Bjorn mejjet mal-art, quddiemu d-Dondon bil-pistola ppuntata lejn il-Brimbu, u l-Brimbu fl-istess pożizzjoni, biddifferenza li mbagħad jispiċċa jispara lejn id-Dondon. X’se jsir minn dawn it-tliet protagonisti ser insiru nafuh fl-ewwel episodju ta’ dan l-istagun. Se tkompli tevolvi wkoll l-istorja ta’ Amir ma’ ibnu Nicky u l-ex tieghu Mandy. Fejn se jasal ir-rapport ta’ bejniethom? Se taċċetta Mandy li Amir jibqa’ jiltaqa’ ma’ ibnu?
Se tkompli wkoll l-istorja ġewwa l-ħabs tal-irġiel, fejn apparti r-residenti tas-soltu Chris, Reno, Charles, il-Pops u sħabu, se jkollna wkoll xi karattri ġodda li ser joħolqu sitwazzjonijiet ġodda, uħud umoristiċi u oħrajn serji. Fiddepot tal-Pulizija, l-investigazzjonijiet u l-każijiet ġodda ma jonqsu qatt, u l-ispettur Matthew flimkien mas-surġent Chloe u l-ispettur Cachia, jibqgħu jaħdmu bla qies biex jipprova kemm jista’ jkun jagħlqu kemm jifilħu minnhom.
22:30 Distintivi
Se jkun programm ġdid din id-darba preżentat minn Kevin Mercieca fejn iċ-ċentru tad-diskussjoni se tkun minn lenti żagħżugħa.
Distintivi