7 minute read

It-tieġ ta’ Glen u Sandro

IT-TIEĠ TA’ GLEN U SANDRO Wara 19-il sena flimkien jiżżewġu!

Fl-2017, Sandro għamel l-ewwel pass u f’nofs Pariġi, quddiem it-Torri Eiffel, niżel għarkupptejh u stieden lil Glen Vella li jaċċetta proposta għaż-żwieġ. M’għandniex xi ngħidu Glen qabeż bil-ferħ! Tliet snin wara Glen u Sandro żżewġu, iżda t-triq xejn ma kienet faċli għal dawn it-tnejn!

Advertisement

“It-tir tagħna kien ż-żwieġ, mhux l-ikla ta’ wara! Stajna nkunu jien u Sandro biss. Covid-19 u mhux, seta’ kien x’kien, diment li ż-żwieġ seta’ jsir, xejn ma seta’ jwaqqafna milli niżżewġu,” jgħidilna Glen f’intervista. Il-pjan oriġinali kien li jiżżewġu fil-11 t’April, iżda dak iż-żmien l-awtoritajiet ma kinux qed jagħtu permess li jseħħu ż-żwiġijiet minħabba l-pandemija. Għal Glen u Sandro l-importanti kien iż-żwieġ tagħhom u riedu jibqgħu għaddejjin akkost ta’ kollox. L-istress għal dawn it-tnejn kien kbir, biss biss il-pjanijiet li kienu ilhom jaħdmu fuqhom fl-aħħar sena kellhom iħassruhom ġimagħtejn qabel.

“Fiċ-ċerimonja involvejna ħafna ħbieb u familjari li huma l-aktar viċin tagħna. Kien hemm ukoll involuti l-Animae gospel choir. Aħna ridna li ċ-ċerimonja tirrifletti d-dsatax-il sena flimkien. Bdejna b’filmat li kien jeħodna lura fl-ewwel ġurnata u baqa’ sejjer sa dakinhar tat-tieġ. Wara kien hemm in-neputijiet, ix-xhieda u l-grooms squad (Rachel, Pamela, Kevin, Mariella u Angela) li għamlu d-diskors tagħhom fuqna. Fl-intervall ta’ kull diskors kien hemm il-kor ikanta kanzunetta li għandha x’taqsam ma’ dak li jkun intqal. Mill-bqija, t-tieġ li kellna pjanat ħassarna kollox u ħloqna kollox mill-bidu f’ġimagħtejn biss!” jgħid Glen.

Ġimagħtejn impenjattivi, b’Glen u Sandro jkollhom iqumu kuljum fis-sitta ta’ filgħodu u jorqdu fissagħtejn ta’ filgħodu. Dan minħabba t-tibdil fir-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija u l-effetti tagħha. Glen jgħidilna li fl-aħħar minuta kellhom ibiddlu s-sala taċ-ċerimonja; kellhom jagħżlu banda ġdida għax kienu kollha fi kwarantina u saħansitra xi mistednin kellhom jikkanċellaw għax kienu infettati bil-coronavirus u tilfu t-tieġ. Peress li t-tieġ kien bilqiegħda u fi gruppi ta’ għaxra, riedu jbiddlu s-seating plan kemm-il darba sabiex kollox ikun konformi mal-liġi. Inzerta li tlett ijiem qabel it-tieġ imut il-kelb ta’ wieħed mill-groom squad li wkoll tellef ftit mill-entużjażmu għat-tieġ. Mhux ta’ b’xejn iċ-ċelebrant biex żewwiġhom qalilhom, “U issa fl-aħħar niddikjarkom miżżewġin!”

Noel Formosa, is-sindku ta’ San Lawrenz (Għawdex) kien iċ-ċelebrant f’din iċ-ċerimonja – ħabib kbir ta’

Glen u Sandro li kien jaf x’qed jiġri mill-A saż-Ż. Ir-riti ta’ żwieġ kitbuhom huma stess fejn fakkru lil xulxin f’episodji sbieħ li għaddew minnhom. “Naħseb li kien l-isbaħ mument f’ħajti kollha. Ara kemm kelli esperjenzi sbieħ fuq il-palk, imma din kienet l-isbaħ waħda,” jistqarr Glen.

Għat-tieġ, Glen u Sandro ħadu ħsieb kollox huma. Remaw is-sala huma stess bl-għajnuna ta’ xi ħbieb, taw pjanta żgħira bħala souvenir lill-mistednin u saħansitra preżentaw it-tieġ tagħhom. “Aħna ma ridniex li jkun hemm sorpriżi fit-tieġ, anzi ridna li l-mistednin jieħdu pjaċir u aħna ppreżentajna t-tieġ. Kien hemm Debbie Scerri li qalet l-affarijiet formali imma aħna għamilna l-logħob!” jgħid Glen. Peress li ma setgħux jiżfnu waqt it-tieġ riedu jsibu soluzzjoni għal din il-problema wkoll! “Jien u Sandro għamilna logħob għal kull mejda u kulħadd kellu jagħmel xi ħaġa. Kien hemm żewġ persuni li kellhom imorru ħdejn il-banda jiżfnu YMCA, kien hemm grupp ta’ nies li ġegħelniehom jistaqsu xi ħaġa fuqna... Kulħadd gawda kull mument!”. Fit-tieġ kien hemm ukoll mument speċjali ferm mal-ġenituri tal-koppja. Glen jgħidilna li Miriam Christine kienet il-mistiedna speċjali tat-tieġ tagħhom. Miriam għandha kanzunetta jisimha, ‘Bi Ftit Kliem’ li titkellem fuq ir-relazzjoni tal-omm ma’ binha. Waqt li Miriam kienet qed tpaxxi lil kulħadd b’dak il-leħen stupend, Glen u Sandro kienu qed jiżfnu mal-ġenituri tagħhom. Kien mument li dawwar l-għajnejn bi dmugħ u wara, kulħadd infexx f’ċapċipa waħda.

F’ħin minnhom, Glen waqqaf lil kulħadd biex jiddedika kanzunetta lil Sandro; ħabbar li kien ser ikanta ‘Ngħix Biss Għalik’ imma bi kliem differenti. Min-naħa l-oħra Sandro qallu li wkoll kellu xi ħaġa pjanata. Iżda din ma kienet xejn ħlief reċta! Glen jgħidilna li “ħadd ma kien jaf b’din is-sorpriża, ħlief id-DJ li kellu jitfa’ l-kanzunetta. Bdejt jien u taparsi l-kanzunetta weħlet; in-nies ħadu qatgħa! Iżda mill-ewwel bdiet taħlita ta’ kanzunetti fejn jien u Sandro żfinna u kantajna flimkien. Kemm ħadna pjaċir nagħmluha, kienet qisha l-first dance tagħna.”

L-imħabba ta’ dawn it-tnejn dehret f’kull sekonda tat-tieġ. Is-sagrifiċċju ta’ ġimagħtejn sħaħ ħareġ u f’għajnejn dat-tnejn kulħadd ra l-imħabba liema bħalha li għandhom għal xulxin. Nawguraw lil Glen u Sandro żwieġ hieni, mimli mħabba, imdawwar bl-arti u invażat bl-enerġija!

BANDS, KANTANTI, AWTURI U KOMPOŻITURI... SMAJTU BL-AĦBAR? Ritratti: Daryl Cauchi

Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija b’ritorn grandjuż

Jekk ħsibt li din is-sena kollox tħassar minħabba l-pandemija, jidher li s-sena 2021 ser tkun sena eċċitanti u ta’ nifs ġdid. Wara ħafna antiċipazzjoni, pressjoni u messaġġi, ser jirritorna l-‘Festival Kanzunetta Maltija’. Tkellimna maċ-chairman ta' dan il-Festival, is-Sur Raymond Bugeja, mal-viċi chairman, s-Sur Norman Hamilton, kif ukoll ma’ wieħed mid-diretturi artistiċi l-Maestro Paul Abela.

vetrina għall-kanzunetti ta’ awturi Maltin u miktubin b’ilsienna. Bil-mod il-mod inbidel f’Kanzunetta għall-Ewropa u hemm żvolġiet l-idea li jekk qatt kellna naslu xi mkien flEwropa, mela l-kanzunetti kellhom ikunu bl-Ingliż. L-aħħar daqqa kienet meta l-kanzunetti ppreżentati ma kinux neċessarjament ta’ awturi Maltin, u b’hekk kull rabta bejn iż-żewġ festivals inħallet darba għal dejjem. Kien hemm xi tentattivi żgħar biex jerġa’ jsir il-festival imma mingħajr illoġistika u l-finanzi meħtieġa biex ikun hemm kunċerti veri u proprji, kollox safa fix-xejn. Hija xi ħaġa li ma titwemminx li aħna, bħala nazzjon, ma għandna l-ebda pjattaforma biex nesebixxu l-mużika tagħna, miktuba u kantata b’ilsienna, jew li m’hemm l-ebda mod biex il-kompożituri, awturi u kantanti jitħeġġu biex jipproduċu mużika bil-lingwa Maltija,” jgħidilna Ray Bugeja.

Minn dan il-festival ħarġu kanzunetti kbar li baqgħu popolari sal-lum il-ġurnata; biżżejjed insemmu ‘Fjura fil-Kantina’, ‘Fejn Tħobb il-Qalb’, ‘Sal-Aħħar’, ‘L-Għannej’, ‘Il-Kuġin Ġiljan’ u ħafna aktar. Din id-darba dan il-festival ser jirritorna bl-aktar mod grandjuż. “Il-Festival tal-Kanzunetta Maltija beda proprju biex ikun

P L-orkestra se tkun magħmula minn madwar 40 mużiċist mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, flimkien ma’ sezzjoni ritmika ta’ 2 keyboards, 2 kitarri, baxx u drums, flimkien ma’ backing vocalists li wkoll se jkunu parti mill-orkestra u jistgħu jintużaw minn kulħadd. P Il-kanzunetti li jintagħżlu se joħorġu fuq album diġitali. P Se jkun hemm exposure qawwija ħafna għall-kantanti. P Hemm premjijiet ġenerużi ħafna ta’ €10,000 għall-ewwel post, €5,000 għat-tieni post u €3,000 għat-tielet post, minbarra premjijiet oħra. P Sa jingħataw €500 lil kull wieħed mill-għoxrin finalist, imma dawn il-flus mhumiex premju. Il-flus sa jingħataw bħala għajnuna lejn l-ispejjeż li huma involuti fl-

arranġamenti għall-orkestra sħiħa. P Dan kollu fuq il-palk tal-aktar sala prestiġjuża f’Malta

‘Dar il-Mediterran għall-Konferenzi’, b’disinn ta’ sett professjonali, l-aqwa dwal u ħoss, produzzjoni minn professjonisti u f’xandira diretta fuq it-televixin.

Il-Festival ser ikun imqassam fuq 3 serati; Fl-ewwel serata jiġu interpretati l-għoxrin (20) kanzunetta li minnhom jintgħażlu tnax (12)-il kanzunetta għall-Finali tas-Sibt permezz ta’ ġurija u televoting. Fit-tieni serata, il-kantanti kollha li jgħaddu għall-Festival se jinterpretaw kanzunetti popolari Maltin, li wħud minnhom ħarġu minn Festivals restrizzjonijiet għax se jintużaw mezzi teknoloġiċi moderni

tal-passat, fi dwett ma’ kantanti stabbiliti Maltin. Fatt interessanti li qalilna bih Norman Hamilton hu li jaf ikun hemm kantanti li ħallewna jkantaw. B’sistema diġitali, ser tittieħed il-vuċi tal-kantant minn fuq recording u jkun hemm għaddej fil-viżwal il-kantant ikanta mal-orkestra LIVE u l-kantant finalist. Jiġifieri nistgħu pereżempju naraw lil Bayzo ikanta ma’ kantant/a li għaddha/iet għasSemi Finali. “Dawk li m’għadhomx magħna xorta jibqgħu ħajjin bis-saħħa tal-mużika,” jgħidilna Norman. Fit-tielet serata jiġu interpretati it-tnax (12)-il kanzunetta finalista, fejn, permezz ta’ ġurija u televoting, joħorġu l-kanzunetti rebbieħa fl-ewwel (1), it- tieni (2) u t-tielet (3) post, kif ukoll jingħataw premjijiet għall-aħjar interpretazzjoni u l-aħjar arranġament mużikali. Din is-serata ser tintwera live fuq l-istazzjon nazzjonali televiżiv, ‘TVM’. Hemm ukoll taħdidiet biex l-aqwa minn dawn it-tlett serati jiġu esebiti Għawdex fit-teatru Astra.

M’għandniex xi ngħidu, ser ikun festival indimentikabbli, iżda l-kanzunetti irid ikollhom xi stil partikolari? Paul Abela jgħidilna li qed jittama li jkun hemm kull ġeneru ta’ mużika aktar aħjar, il-parteċipanti m’għandhomx joqogħdu lura milli jipprovaw stili differenti u ma jirraġunawx fuq il-bażi li “din kanzunetta tal-Festival”. Il-Maestro Abela jgħidilna ukoll li fil-kreazzjoni ta’ kanzunetta m’għandux ikun hemm restrizzjonijiet, “Rigward ħsejjes tal-orkestra m’hemmx

biex ikun festival varjat. “Aktar ma jkun hemm varjetà bħal click track, eċċ... u b’hekk kull ħoss li jkun hemm firrecording jista’ jiġi riprodott fil-preżentazzjoni tal-orkestra. Għalhekk il-kompożitur m’għandux jillimita ruħu għal kanzunetti b’ħoss orkestrali biss, anzi aħna rridu illi jkun hemm stili differenti u li jitħajru jidħlu bands, artisti tar-rap, rock, r'nb, etc... biex il-festival ikun interessanti u varjat.”

Jekk int kantant, grupp, jew band, ma tistax tħalli din l-isfida għaddejja! Bilħaqq bands? “Rigward il-bands, dażgur li hemm spazju għalihom! Huma parti integrali mix-xena mużikali lokali moderna u, mhux biss, hemm spazju għalihom imma qed nagħmlu l-almu kollu tagħna biex inħeġġuhom jieħdu sehem. Jistgħu jaħdmu ‘solo’ jew jużaw l-OFM biex takkumpanja l-mużika tagħhom, l-għażla f’idejhom; iżda sinċerament nispera li jilqgħu l-isfida u jidħlu għaliha bil-ħeġġa kollha,” jgħidilna ċ-Chairman Ray Bugeja.

“Wara li għamilna ħafna ġimgħat tista’ tgħid magħluqin iddar, fejn naf li ħafna artisti ħadmu fuq kompożizzjonijiet u xogħlijiet ġodda, inħajjar lill-artisti Maltin, anke dawk li qatt ma pparteċipaw ġofestival qabel, jieħdu sehem,” temm jgħid Mro. Paul Abela.

L-applikazzjonijiet għal Mużika Mużika jiftħu bejn it-28 u t-30 t’Ottubru u jistgħu jiġu sottomessi online fuq www.muzikamuzika.org.

This article is from: