6 minute read
internazzjonali! Mark Laurence u l-programm ġdid
from GWIDA OCTOBER 2020
MARK LAURENCE ZAMMIT
Ritratt: Clint Gerald Photography
Advertisement
Jibda avventura ġdida bħal L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa
F’Awwissu ħarġet l-aħbar li wara 23 sena Xarabank twaqqaf milli jidher fuq l-istazzjon nazzjonali. Din l-aħbar ġabet magħha taħlita ta’ kummenti u opinjonijiet fuq l-internet. Tkellimna ma’ Mark Laurence u qalilna x’jaħseb fuq dan kollu. Tkellimna mieghu ukoll dwar programm ġdid li qed jippreżenta bl-isem ta’ L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa li jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fid-8:50pm fuq TVM.
Mark, x’ġara minn Xarabank?
Xarabank m’għadux fuq it-television imma ser ikompli fuq l-internet. Jien mhux ser inkun involut fih daqskemm kont. Ir-rispons li kellna wara li nqalgħet il-kontroversja kien ta’ kuraġġ kbir. Aħna konna ngħixu ħajjitna għal dan il-programm, fejn il-kummenti koroh kienu jiddominaw. ‘X’intom tagħmlu?’, ‘Ieqfu’, ‘Dardartuna’... kienet normali għalina li nidħlu filgħodu niddiskutu l-kummenti. Konna qed naħsbu li n-nies meta ser isiru jafu li mhux ser ikompli, kien ser ikunu kuntenti! Imma konna sorpriżi. Kien hemm ħafna nies li qatt ma tkellmu li f’daqqa ħarġu u wrew ħafna sapport. Kemm dam għaddej fuq it-television, Xarabank qatt ma kellna daqshekk nies ifaħħruna. Lanqas meta konna nagħmlu affarijiet kbar bħal ġbir jew hekk. Is-sensazzjoni li ħoloq wara li spiċċa, ħalliet paċi ġdida ġo qalbna.
Ma taħsibx li lejn l-aħħar Peppi kien mitluq u ma kellux aptit jagħmel Xarabank?
Lejn l-aħħar, Peppi kien jidher mitluq u jidher li ma kellux jagħmel Xarabank. Nagħmel enfasi fuq ‘jidher’ għax kieku kont tarah fl-uffiċċju ma kienx hekk. Nixtieqkom tarawh fis-sagħtejn ta’ filgħodu jikteb skript għall-programm, nixtieqkom tarawh kemm kien għaddej gas down aktar mill-bqija tat-tim. Peppi kien jgħid li Xarabank xi darba kellu jieqaf u li xtaq jagħmel xi ħaġa ġdida. Li kienet qed tgħajjih kienet il-biċċa li jippreżenta, imma dik fil-verità kienet biċċa żgħira. L-akbar xogħol u wġigħ ta’ ras kienu l-preparamenti ta’ matul il-ġimgħa.
Kien wasal f’punt fejn kien qed jagħti l-impressjoni li mhux qed jieħu pjaċir jagħmlu l-programm iżda din kienet biss impressjoni. Fil-verità Peppi kien jaħdem bla waqfien għal dan il-programm.
Kellu jieqaf Xarabank?
Iva, xi darba Xarabank kellu jieqaf. Xarabank mhux qiegħed hemm biex ikompli għal dejjem. Li hi stramba hi kif waqaf! Il-mistoqsija tagħna dik kienet. Programm li kien għaddej tajjeb ħafna u b’udjenzi kbar, m’hemm ebda spjegazzjoni differenti lis-suġġetti minn kif jagħmel Xarabank. Ser hekk, Peppi m’għadux parti mill-produzzjoni ta’ dan il-
loġika li għandek twaqqfu. Li jieqaf f’dan iż-żmien partikolari, f’dan il-kuntest u b’dan il-mod kienet stramba ħafna.
Xi xtaqt tagħmel aktar f’Xarabank?
Xtaqt nuri lin-nies intervista li biddlitli ħajti imma ma ntweritx fil-programm. L-intervista ma’ Liam Debono, iż-żagħżugħ li allegatament saq fuq il-pulizija bil-karozza u baqa’ sejjer. Fl-istorja kollha ta’ Xarabank dik hija l-aktar storja li impressjonatni, biddlittli l-mod kif inħares lejn il-ħajja u vera xtaqt li kellhom ċans jarawha n-nies. Wara dik l-intervista sirt nieħu pjaċir niltaqa’ mal-aktar nies li jobogħduhom in-nies. Bdejt ninduna li n-nies li jobogħdhom kulħadd, fil-verità nibżgħu minnhom.
Tiftakar l-ewwel darba li preżentajt live Xarabank?
Meta Christabelle marret il-Eurovision, dak kien l-ewwel jiġri fuq elf ħaġa waqt li hu aktar iffukat f’dak li suppost
programm sħiħ live. Peppi kien imsiefer u vera kont waħdi. Kont ħażin ħafna, eċitament galore, kważi kważi l-istess bħalma qed inħossni issa!
Infatti, l-Erbgħa li għadda preżentajt l-ewwel programm ta’ L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa. Tgħidilna ftit aktar fuqu?
Ftit jiem wara li sirna nafu li Xarabank mhux ser ikun parti mill-iskeda, kellna noħolqu programm ġdid. Fi ftit jiem ħloqna proposta għal programm fuq attwalità li tinkludi diskussjoni. Hekk twieled il-programm L-Erbgħa sew u jien kont il-babysitter. Vera jkollok responsabilità tat-
Fost Il-Ġimgħa, u ismu ma setax ikun aħjar. Bħal Erbgħa Fost Il-Ġimgħa sibt ruħi nippreżentah jien għax ma kinitx l-intenzjoni tiegħi lanqas. Peppi beda jissuġġerixxi li dan il-programm ikun tajjeb jekk nagħmlu jien.
X’ser naraw fl-ewwel programmi?
Minn kmieni ħafna aħna bdejna evalwazzjoni ta’ suġġetti kurrenti u li naħsbu li fil-ġimgħat li ġejjin ser ikunu b’saħħithom. Politika, Reliġjon, Covid-19, Ħabs. Dawn kollha semmejniehom. Il-programm hu marbut man-numru Jista’ jkun hemm persuna waħda u tliet min-nies jistaqsuha. Jista’ jkollna erbgħa mistednin fuq il-panel.
X’għandu differenti minn Xarabank?
M’għandux sala u lanqas udjenza. Ser ikun aktar programm intimu u panels żgħar. Nixtieq li nagħtu trattament ikollu stil ġdid u vuċi ġdida dan il-programm. Xorta ser niddiskutu issues li kien jiddiskuti Xarabank imma b’laqta differenti. Nixtieq li meta jaraw il-programm, in-nies ikunu informati aktar. Wara l-programm tkun smajt xi ħaġa li ma kontx qed tistenna qabel. Qabel jorqdu n-nies nhar ta’ Erbgħa, irridhom li jgħidu li semgħu xi ħaġa li ma kinux qed jistennewha qabel. Nixtieq li jifhmu x’qed iħoss ħaddieħor u għalfejn qed iħoss hekk u jisimgħu lil dawk li ma jaqblux magħna. Nixtieq li f’dan il-programm inressaq ukoll il-punti tiegħi għax f’Xarabank ma kontx nagħmilha. Apparti minn programm; ser ikun involut bħala opinjonist biss.
Imma Mark kopja eżatta ta’ Peppi?
Ikun hemm min jgħidhieli din. Jien u Peppi għandna karattri differenti, jien organizzat u hu diżorganizzat. Jien moħħi tagħmel issa fil-mument. Però għandna trobbija Nisranija u vera simili aħna. Kbirna t-tnejn nemmnu fl-istess prinċipji mdawrin bil-Knisja u t-teatru, allura ma stajniex ma nkunux simili. Forsi qabel pruvajt nidħol fiż-żarbun tiegħu, iżda fil-programm il-ġdid mhux ser nagħmel hekk. Ser inħit par żarbun għalija mill-fabbrika taż-żraben li bena Peppi.
Kif qed tħossok fuq dan il-programm?
Imbeżża’ ħafna ħafna! Ħafna nies jgħiduli “mhux diġà kont tagħmel Xarabank? Għaliex qed tinkwieta?..” Xarabank ma kienx tiegħi, kien qisu tarbija li xi ħaddieħor welled u kabbru erbgħa. Dejjem hemm xi numru erbgħa involut fin-nofs.
tarbija imma ma tkunx tiegħek. F’dan il-każ, it-tarbija hija tiegħi u m’għandix babysitter. Jien il-papà! Qed inħossni bħal dak il-missier li jkollu l-ewwel tarbija. Li jħares fejn iħares ma jafx x’ser jaqbad jagħmel imma determinat li jrabbi t-tarbija bl-aħjar u l-aqwa mod.
It-tir tiegħi hu li jkun wieħed mill-aktar programmi segwiti fil-pajjiż u jekk ma jkunx hekk ser inħossni li fallejt.
Ingredjenti
P 3 brunġiliet mqattgħa fi flieli ħoxnin P 3 mgħaref żejt taż-żebbuġa għallqali P vażett zalza tal-għaġin P 2 blalen kbar mozzarella friska P 4 mgħaref ġobon parmiġġjan maħkuk P weraq tal-ħabaq frisk P 2 mgħaref frak tal-ħobż frisk P weraq tal-aruka u ħabaq biex isservi PARMIĠĠJANA TAL-BRUNĠIEL RiĊetta ta’ Manuel Xuereb
Direzzjoni
Ibda din ir-riċetta billi taqli l-flieli tal-brunġiel f’taġen sħun biż-żejt għal ftit minuti fuq kull naħa. Meta jkunu lesti, poġġihom fil-forn biex tkompli ssajjar għal 10-15-il minuta. Meta tkun lest, neħħi l-flieli tal-brunġiel mill-forn u ħallihom jiksħu. Idlek dixx tal-forn kbir bi ftit żejt u poġġi ftit zalza tal-għaġin fil-qiegħ. Għatti b’saff tal-brunġiel imqatta’, imbagħad b’iktar zalza tal-għaġin. Wara ferrex ftit parmiġġjan maħkuk. Qatta’ l-mozzarella u qiegħed ftit biċċiet fuq kollox. Segwi bi ftit weraq tal-ħabaq frisk. Irrepeti dan il-proċess 3 darbiet, iżda tpoġġi l-ebda mozzarella jew weraq tal-ħabaq fuq is-saff ta’ fuq nett. Minflok spiċċa b’saff ta’ parmiġġjan maħkuk imħallat ma’ frak tal-ħobż. Aħmi f’forn jaħraq ta’ 200°c għal 30-40 minuta jew sakemm jieħu l-kulur u jbaqbaq. Ħallih joqgħod għal 3 minuti qabel ma sservi l-parmiġġjana bi ftit weraq tal-ħabaq u tal-aruka fil-wiċċ.
Ingredjenti
P għaġin penne msajjar P weraq nej tal-ispinaċi P tadam P tadam imqadded P ġobon maħkuk. Jekk jista’ jkun uża
Grana Padano jew Parmiġġjan P prinjoli P żejt taż-żebbuġa jekk jista’ jkun extra virgin P bżar u melħ INSALATA BL-ISPINAĊI RiĊetta ta’ Anton B Dougall
Direzzjoni
1. Aħsel tajjeb l-ispinaċi. Neħħi z-zkuk kollha. 2. Qiegħed l-ispinaċi ġod-dixx jew bieqja fejn se sservi l-insalata. 3. Magħhom żid nofs il-ġobon, iż-żejt, bżar u melħ. Ħawwad tajjeb. 4. Fil-wiċċ roxx il-bqija tal-ġobon. Servi.