2 minute read
Tagħrif dwar l-istilla Libra
from GWIDA OCTOBER 2020
IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON Tagħrif dwar l-istilla Libra! fil-ħajja tagħhom singoli!
Ix-xahar ta’ Ottubru jlaqqagħna mas-seba’ żodjaku; dak ta’ Libra, magħruf li jiddereġina lejn bilanċ, kemm filħajja personali tagħna u kemm għal dak kollu li hemm madwarna. Iżda dan mhux biss; iż-żodjaku ta’ Libra joffrilna lura dik il-motivazzjoni li tkun naqset minħabba raġunijiet variji. Joffrilna wkoll aspirazzjoni sabiex b’dawn iż-żewġ pilastri nkomplu mixjin lejn tmiem is-sena b’aktar determinazzjoni. Iż-żodjaku ta’ Libra joffrilna wkoll il-bidu ta’ staġun ġdid; dak tal-ħarifa, fejn bil-mod it-temperaturi sħan tas-sajf jibdew jitbaxxew, nibdew inħossu dik l-arja friska u ovvjament jibdew dawk il-jiem bix-xita. Dan kollu jagħmel dan iż-żodjaku ta’ Libra, żodjaku mistiku – mhux ta’ b’xejn li dan iż-żodjaku jitpoġġa bħala s-seba’ żodjaku fil-kalendarju! Libra (♎) jippreżenta s-simbolu tal-miżien tal-ġustizzja, hemm ukoll is-simbolu ta’ xbieha ta’ mara li skont il-mitoloġija Griega kien jisimha Themis.
Advertisement
Iż-żodjaku tal-Libra jibda mill-jum tal-Erbgħa 23 ta’ Settembru u jispiċċa l-Ħamis 22 ta’ Ottubru. F’dan iżżodjaku ta’ Libra, nhar l-1 ta’ Ottubru jkollna l-qamar kwinta msejjaħ Hunter’s full moon. Dan imsejjaħ hekk għax lura fiż-żmien it-tribujiet kienu joħorġu għall-kaċċa tal-annimali sabiex ikunu jistgħu jikkunsmaw il-laħam tagħhom tul il-perjodu kesħin tax-xitwa, għall-għejxien tagħhom, u b‘hekk dan il-qamar kwinta żamm dan it-titlu ta’ Hunter’s full moon. Fis-16 ta’ Ottubru jasal il-qamar ġdid ta’ dan iż-żodjaku fejn bħal kull qamar ġdid joffrilna bidu ġdid, u ideali huwa dak ta’ Ġunju iżda evita x-xahar ta’ Frar.
dan ser ikun jaspirana għal tisħiħ f’dak li rridu nkomplu nwettqu.
Xi fatti interessanti li nsibu fil-karattru ta’ Libra:
Libra huma persuni li l-għeja ma tagħmilx bihom u jekk ikunu f’xi sitwazzjoni ta’ għajnuna, ikomplu bi sħiħ sakemm iwasslu dik il-persuna fejn tixtieq hi. Għalihom dik tkun ta’ sodisfazzjon kbir. Libra jħobbu janalizzaw b’reqqa ma jagħmlu r-riċerka dettaljata li għandhom jagħmlu! Waħda mis-sitwazzjonijiet li Libra tagħmilhom rilassati hi l-mużika. Xi qari ta’ ktieb u eżerċizzju huma favoriti wkoll. Il-Librani huma magħrufin għall-imħabba li għandhom lejn l-annimali u fil-fatt kważi 85 fil-mija ta’ dawk li jaqgħu taħt dan iż-żodjaku ssibilhom xi annimal domestiku; klieb wara qtates fost oħrajn! Libra huma persuni ta’ komunikazzjoni tajba, għalhekk bla ma trid tinġibed malajr lejn il-karattru tagħhom, iżda titlef kull rispett jekk jaqbduk li int persuna li m’intix onesta. Meta niġu għall-imħabba x-xenarju huwa xi ftit ikkumplikat, għax il-Librani jħobbu jfittxu l-bilanċ komplut fir- relazzjoni li jibnu. Mhux ser tkun faċli meta int tkun f’relazzjoni maż-żodjaku ta’ Libra jekk int mhux tagħraf iżżomm bilanċ komplut fir-relazzjoni li tkun fiha, għalhekk il-Librani għandhom dan il-prinċipju bażiku li jew ir-relazzjoni tkun bażikament bilanċjata jew kapaċi jibqgħu
Nies famużi Maltin taħt iż-żodjaku ta’ Libra: Chiara Siracusa, Maree Camilleri, Fabian Demicoli, Maxine Pace, Cyrus Engerer, Antonella Galea Loffreda, Maruska Aquilina, Maria Formosa, Ronald Saliba, Jamie Cardona, Wayne Aquilina, Moira Dellia, Mario Laus, Chris Gatt, Josette Belinda Ellul, Pierre Cordina, Deo Grech, Mark Mifsud, Gloriana Arpa Belli, Olivia Lewis, Bjorn Formosa u Khaled Riani.
L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta’ Libra huwa dak talĠimgħa, waqt li għandek tevita l-jum ta’ Tnejn. Ix-xahar dak li ser ikunu sejrin iwettqu. Ma jagħmlux dan qabel
Jekk int tixtieq aktar informazzjoni dwar iż-żodjaku personali tiegħek, tista’ tibgħat ittra postali lil PaulJon (GWIDA), Po Box 27 Paola jew żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste.