3 minute read
Programmi mit-Tnejn sal-Ġimgħa
from GWIDA OCTOBER 2020
MIT-TNEJN SAL-ĠIMGĦA
FUQ TVM
Advertisement
7:00 TVAM
Kull filgħodu, TVAM joffri doża t’aħbarijiet, pariri siewja, u ġrajjiet popolari fl-industrija tad-divertiment li jħejjuk għallġurnata. Jippreżentaw Mario Xuereb u Amanda Spiteri Grech.
10:00 FitAM
Flimkien ma’ Andreana DeBattista, Melanie se twasslilna programm FITam. Fitness, kif tikkura lilek innifsek u l-importanza li nkunu attivi, kollha f’programm wieħed.
12:15 Niskata
Niskata ser ikompli jżommilkom kumpanija għal ftit ħin ta’ rilassament u divertiment, b’tagħlim u informazzjoni kif ukoll tisjir, kompetizzjonijiet u kurżitajiet.
15:05 Żiżi
Żiżi se jipprovdi esperjenza awdjoviżiva bil-Malti għal tfal żgħar fl-età b’taħlita ta’ filmati animati, attivitajiet, kanzunetti u logħob sabiex waqt li qed jiddevertu jkunu qed jitgħallmu l-Malti b’mod aktar effettiv.
15:30 Teeny Break
Programm frisk u enerġetiku għat-tieni staġun, immirat li jippromwovi dak kollu li jeżisti fid-dinja taż-żgħażagħ. Imexxu grupp ta’ żgħażagħ li huma influwenti fil-midja soċjali b’servizzi qosra dwar kultura, xjenza, moda, teknoloġija, sport, mużika, avvenimenti u aktar!
15:40 Sorelle (Drama)
Ikompli għat-tieni staġun. Sorelle hija storja ta’ ħames aħwa li jitwieldu ġo familja sinjura. Minn kull aspett tal-ħajja, din il-familja kienet imżejna b’dak kollu li taspira għalih kull familja. Iżda x’inhuma l-intriċċi ġodda li ser jiltaqgħu magħhom l-aħwa?
16:45 Illum ma’ Steph
Bħas-soltu Steph ser tilqa’ mistiedna, ħbieb, esperti u professjonisti. Steph b’dik it-tbissima u b’karattru tant simpatiku ser tirritorna bil-programm tagħha.
19:00 Popolin
F’Popolin, flimkien ma’ Quinton Scerri ser naraw diskussjonijiet, filmati ħelwin u intervisti.
FUQ ONE
10:30 Espresso
Programm prinċipali ta’ kull filgħodu, matul il-ġimgħa fuq ONE, ippreżentat minn Wayne Aquilina, bis-sehem ta’ Agnes Pandolfino, diversi mistiedna u kokijiet.
12:40 Teftif
Programm qasir b’ riċetti ħfief. Waħda minnhom kienet; Isfoq 6 bajdiet ġo kontenitur u ħallathom ma’ 200 gramma zokkor. Itfa’ fit-taħlita kuċċarina essenza tal-vanilla u ħawwad kollox. Itfa’ 200gr dqiq mingħajr glutina fit-taħlita u kompli ħawwad bil-mod. Sajjar it-taħlita f’forn ta’ 180ċ għal 40 minuta ġo reċipjent. F’kontenitur apparti agħmel ftit ilma u zokkor fin, żid il-kulur aħmar. F’kontenitur ieħor roxx ftit frak tal-coconut. Ċappas l-uċuħ tal-kejk fit-taħlita FUQ NET
16:30 Kikkra Te
Marco Calleja Vassallo, Mireille Bonello u Valerie Vella ser iwasslulna programm ħelu u mimli divertiment.
15:05 Dejjem Tiegħek Becky (Drama)
Erġa’ segwi r-raba’ staġun ta’ din is-serje. F’din is-serje ser niltaqgħu ma’ Prentiss u l-isfidi tiegħu biex jirnexxi fliskola, ma’ Ingrid is-soru li tasal lura mis-safar flimkien ma’ missierha u ser naraw kif it-tqala ta’ Becky ser tħarbtilha l-familja tagħha.
18:15 Days of Our Lives (Drama)
ħamra u erġa’ mbagħad dawwarha fil-coconut.
13:41 – Beautiful (Drama)
13:00 Kalamita
21 sena ta’ Kalamita, il-programm li tul dawn l-aħħar għoxrin sena ra diversi mistiedna u esperti minn kull fergħa tal-ħajja. Tul dawn is-snin dejjem ra kif jagħti ċans kantanti żgħażagħ li llum il-ġurnata qed jagħmlu suċċess kemm f’Malta u anke barra minn xtutna.
16:30 (It-Tnejn / L-Erbgħa / Il-Ġimgħa) Duurella
Il-programm Duurella ser ikun ibbażat fuq diversi tfal kurjużi u lesti biex jitgħallmu affarijiet ġodda. Duurella ser juri tfal jipparteċipaw f’ħafna sfidi u logħob li jqanqlu l-immaġinazzjoni tagħhom, inisslu tbissima u jagħtu gost.
18:30 Pjazza
Pjazza jirritorna fl-iskeda l-ġdida ta’ One, b’aktar analiżi, attwalità, kultura u sports.
20:15 Prime-Time
Aktar mistednin interessanti intervistati minn Owen
FUQ MELITA MORE
Ittorturata mill-passat u l-memorji koroh, mara mhux identifikata tipprova tibni kuntatt mal-familja tagħha wara li din ħarbet minn kult abbużiv. Min-naħa l-oħra Larry Guthrie jitlef l-ewwel imħabba ta’ ħajtu, jipprova jirbaħha lura billi jaħdem volontarjat ġo programm aftershool mal-istudenti. Meta Lary jgħid lit-tfal bit-tooth fairy malajr ilibbsulu tutu. F’dan ix-xahar ser inkomplu naraw l-istorja ta’ Gabi fejn ser tqatta’ l-karti ma’ Abigail, Rade u Eli hekk kif ikunu qegħdin f’nofs investigazzjoni dwar omiċidju. Chad u Kate jibnu r-relazzjoni tagħhom u Lani ser jagħmel millaħjar li jista’ biex jgħatti t-tqala ta’ Eli.
FUQ CANALE 5
Bonnici.
Flo ma tistax iżżomm aktar ħalqha magħluq u tikkonferma r-revelazzjoni li għamel Little Douglas li Phoebe u Beth huma l-istess persuna. Wyatt issa ser ikun jaf il-verità kollha u jispiċċa b’ħalqu miftuħ. Liam ser jispjega lil Hope li t-tifla tiegħu hija ħajja u kienet addottata minn Steffy li din ma kienet taf b’xejn. Din l-aħbar Thomas mhux ħa togħġbu! Bejn Thomas u Liam tibda tensjoni kbira u tispiċċa bi vjolenza! Thomas jinduna li kollox issa mitmum u jaqta’ qalbu. Hope u Liam jitgħannqu flimkien kuntenti li t-tifla tagħhom li tant xtaqu hi ħajja. Iżda kif ser jeħduha l-bqija issa li jafu li Beth hi ħajja? Min ser ikollu jaħrab?
Teeny Break