GWIDA OCTOBER 2020

Page 30

Skeda

MIT-TNEJN SAL-ĠIMGĦA FUQ TVM 7:00 TVAM Kull filgħodu, TVAM joffri doża t’aħbarijiet, pariri siewja, u ġrajjiet popolari fl-industrija tad-divertiment li jħejjuk għallġurnata. Jippreżentaw Mario Xuereb u Amanda Spiteri Grech.

10:00 FitAM Flimkien ma’ Andreana DeBattista, Melanie se twasslilna programm FITam. Fitness, kif tikkura lilek innifsek u l-importanza li nkunu attivi, kollha f’programm wieħed.

12:15 Niskata Niskata ser ikompli jżommilkom kumpanija għal ftit ħin ta’ rilassament u divertiment, b’tagħlim u informazzjoni kif ukoll tisjir, kompetizzjonijiet u kurżitajiet.

15:05 Żiżi Żiżi se jipprovdi esperjenza awdjoviżiva bil-Malti għal tfal żgħar fl-età b’taħlita ta’ filmati animati, attivitajiet, kanzunetti u logħob sabiex waqt li qed jiddevertu jkunu qed jitgħallmu l-Malti b’mod aktar effettiv.

15:30 Teeny Break Programm frisk u enerġetiku għat-tieni staġun, immirat li jippromwovi dak kollu li jeżisti fid-dinja taż-żgħażagħ. Imexxu grupp ta’ żgħażagħ li huma influwenti fil-midja soċjali b’servizzi qosra dwar kultura, xjenza, moda, teknoloġija, sport, mużika, avvenimenti u aktar!

30 GWIDA Ottubru 2020

15:40 Sorelle (Drama) Ikompli għat-tieni staġun. Sorelle hija storja ta’ ħames aħwa li jitwieldu ġo familja sinjura. Minn kull aspett tal-ħajja, din il-familja kienet imżejna b’dak kollu li taspira għalih kull familja. Iżda x’inhuma l-intriċċi ġodda li ser jiltaqgħu magħhom l-aħwa?

16:45 Illum ma’ Steph Bħas-soltu Steph ser tilqa’ mistiedna, ħbieb, esperti u professjonisti. Steph b’dik it-tbissima u b’karattru tant simpatiku ser tirritorna bil-programm tagħha.

19:00 Popolin F’Popolin, flimkien ma’ Quinton Scerri ser naraw diskussjonijiet, filmati ħelwin u intervisti.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.