5 minute read
Lista qabel tixtri karozza
from GWIDA OCTOBER 2020
LISTA QABEL TIXTRI KAROZZA! ARA X’INHU L-AĦJAR GĦALIK kulħadd bl-istess kelma; kemm iżommu l-karozzi tagħhom
Is-sena l-oħra ħbatt bil-karozza, qatgħuhieli total loss, kelli karozza tajba u kont għaddej biha, iżda f’tebqa t’għajn sfaxxatli fix-xejn. Kulma tawni kien elf ewro li biha jew nirranġaw l-karozza jew jiskrappjawha. Allura kelli ngħaddi minn proċess twil ta’ għażla għal karozza ġdida.
Advertisement
Il-karozza li kelli kienet mill-Ingilterra u jekk ma tiċċekkjax sew, taf tingidem. Tixtri mingħand min tixtri, għandek tara li l-aġent jaf x’inhu jgħid u jbigħlek. Prova ħu miegħek lil xi ħadd li jifhem u li int tafda, ħalli jkun jista’ jfiehmek mingħajr ma jipprova jikkonvinċik. Il-karozza mhux imbilli oriġinali.
togħġbok minn barra, trid tara li ma taħlix u ma tħammiġx ħafna! Jekk tħammeġ, il-liċenzja ser tibda togħlielek kull sena. Hekk ġrali u ma terġax tkun.
innota ftit il-mili li jkollha karozza; dan ikun baxx ħafna. Ġeneralment jagħmlu ftit snin u jkunu jridu jbiddlu l-karozza tagħhom. Hu fatt magħruf li l-vetturi fil-Ġappun huma affordabbli. Hu konvinjenti għall-Ġappuniżi li jixtru karozzi ġodda hekk kif mudelli ġodda joħorġu fis-suq. Imbagħad ibigħu l-karozzi tagħhom bi prezz verament baxx. Kważi tista’ tgħid din daħlet sew fil-kultura tagħhom u sew! Il-Ġappuniżi jsuqu l-istess bħalna, għalhekk tagħmilha eħfef għalina li nimportaw karozzi minn hemm. Tajjeb li ngħidu li jekk qed tħares lejn dawn il-karozzi għandek tinsa l-karozzi manwali.
Jekk imbagħad tkun qed tħares li tixtri karozza manwali, mela għandek żewġ għażliet primarji. Jew tixtri waħda second-hand minn Malta stess jew inkella tixtri waħda Karozzi Ġappuniżi jinbiegħu daqslikieku ġodda! Fil-fatt
Qabel tieħu xi forma ta’ deċiżjoni trid tkun għamilt irriċerka tiegħek. Mhux biss ta’ x’karozza beħsiebek tixtri
imma wkoll kemm hu l-baġit tiegħek. Hu żball komuni li tasal l-ewwel għall-karozza mingħajr ma tkun għamilt riċerka sew. Staqsi lilek innifsek; jien għaliex għandi bżonn karozza? Ser tkun waħda biex immur ix-xogħol biha biss? Ser tkun il-‘family car’ tagħna? Jekk intom miżżewġin friski jew f’relazzjoni ta’ koabitazzjoni u għandek bżonn karozza kbira? Dejjem trid taħseb fil-futur u mhux fil-preżent.
Din iċ-checklist li użajt biex xtrajt il-karozza tiegħi; second-hand.
• Il-Body: tixtrix il-karozza jekk ma tarahiex barra fiddawl tax-xemx. Saqsi lid-dealerħ biex joħroġhielek u durha dawra. Ara li l-bibien kollha jinfetħu, ittestja ċ-ċavetta li tista’ tiftaħ minn kullimkien. Ara li ż-żebgħa tal-karozza hi f’kundizzjoni tajba u jekk għandhiex xi grif jew daqqiet. Bilħaqq il-karozza qiegħda xxaqleb fuq xi naħa jew qiegħda b’mod ċentrali? Għandha sadid? • Ġewwa: iċċekkja wara tal-karozza u jekk joqogħdux l-affarijiet li beħsiebek tqiegħed, iċċekkja d-dashboard tal-karozza u ara l-mili u bozoz mixgħulin, u dur dawra l-affarijiet elettroniċi. Ara jekk għandekx tyre spare jew inkella r-repair kit. • Magna: staqsi fuq kemm hi b’saħħitha, jekk taħlix u l-kundizzjoni tagħha. • Il-Klaċċ u l-gearbox: staqsi biex tixgħel il-karozza u użaha, isma’ ftit it-trażazzjoni tal-gears u ttestja l-klaċċ jaħdimx sew. • Dawk it-tyres: ara li t-tyres ikunu ta’ kwalità tajba, suq ftit il-karozza quddiem u lura biex tara l-kundizzjoni tattyres, iċċekkja li huma minfuħin biżżejjed. • Suqha ftit: jekk mhux ser issuqha mhux ser tkun taf tgħoddx għalik jew le. Itlob lid-dealer biex tmur dawra żgħira u ara li tkun kuntent bir-rikba. • Dokumenti: iċċekkja li d-dokumenti tal-karozza huma aġġornati u li d-dealer ikun għamlilha s-service neċessarju. Ara li jkollok informazzjoni fuq is-sid ta’ qabel. • Garanzija: staqsi x’tinvolvi l-garanzija u kemm hi twila.
Wara dan agħmel il-kontijiet tiegħek sew u ddeċiedi.
Fil-passat, li tixtri karozza użata kien il-metodu kif tista’ tiffranka l-flus. Iżda meta tixtri karozza ġdida jkun jaf ikun jaqbillek għax apparti li tieħu sussidju mill-Gvern fuq l-iskema tal-iskrapjar tal-karozza antika, ix-xerrej ikun qed jixtri karozza li ma tħammiġx. Il-liċenzja u l-insurance ikunu ħafna inqas. Illum il-ġurnata hawn diversi metodi kif tista’ tixtri karozza ġdida u tħallas bin-nifs. Jekk beħsiebek tieħu loan biex tixtri karozza, ara ftit x’hawn fuq is-suq; hawn diversi skemi li jgħinuk tixtri l-karozza tal-ħolm tiegħek u fl-istess ħin tkun inxurjat bl-aħjar mod possibbli.
Jekk tkun ser tixtri karozza ġdida tajjeb li tistaqsi lilek innifsek dawn id-domandi: P Din il-karozza qiegħda għall-għamla tiegħi? Ara jekk tistax żżid l-extras kif tixtieq int, biex tkun skont il-gosti tiegħek.
Fuq is-sit ta’ min qed ibigħ il-karozza ġeneralment ikollu l-għażliet kollha disponibbli. P Il-prezz: kemm nista’ nħallas fuq il-karozza? Nista’ niġġebbed xi ftit u ħa nibbenifika minn xi tip ta’ skema?
P Jekk ma tistax tħallas kollox f’daqqa, ara ftit kemm jista’ jsellfek il-bank. Kellem lill-bank preferut tiegħek u staqsi għal stima ta’ kemm tista’ tissellef, u staqsi għal skemi li tista’ tibbenifika minnhom. P Fittex: fittex mudell simili għall-karozza li tixtieq mingħand bejjiegħa oħrajn u ara x’jaqbillek. Aqra wkoll artikli dwar il-karozza li tixtieq sabiex tkun aġġornat. Tmurx tixtri mingħajr ma tkun preparat. P Ittestja l-karozza: bbukkja test drive ħalli tkun tista’ tesperjenza l-karozza. P Jekk iddeċidejt, ara li tkun kuntent bl-għażla u ċċekkja d-data ta’ meta ser tkun disponibbli.
Tħalli lil ħadd jgħidlek xejn b’mod verbali; li jwegħduk staqsi li jniżżluh fl-invoice.
Nawgurawlek jekk beħsiebek tixtri karozza. Nispera li b’dawn il-listi nkunu tajniek ftit għajnuna neċessarja. Imma issa tinsiex tieħu ħsiebha!
Tindif: l-ewwel nett agħmel mezz u ddedika darba fix-xahar li tnaddaf il-karozza. Il-karozza tiegħek turi kemm int persuna nadifa jew traskurata. X’fiha billi tmur u tbattal ftit l-imbarazz li kien qed jinġema’? Żejt u service: qis li tagħmel service lill-karozza kif suppost. Ġeneralment dan tagħmlu kull 6,000 mil u service komplut isir kull 12,000 mil. Dan dejjem jiddependi jekk il-karozza qiegħdhiex f’kundizzjoni tajba. Jekk tara xi sinjali jixegħlu mingħajr bżonn, l-aħjar teħodha għand it-tabib qabel tiggrava s-sitwazzjoni. It-tyres: iċċekkja l-pressa tat-tyres kull tant żmien sabiex tara li kollox miexi ħarir. Tyres batuti jfissru li jkollok brejkijiet batuti, instabbiltà, taħli aktar u ċans kbir li tlaqqat xi puncture. Brakepads: qis li dawn jinbidlu kull tant żmien, meta tkun qed tagħmel is-service tal-karozza, għid lill-mekkanik sabiex jiċċekjahomlok. Jekk meta tagħfas il-brejk tibda tisma’ l-ħsejjes, mela aħseb biex iċċempillu ftit. Bozoz: ara li l-karozza jkollha l-bozoz kollha jixegħlu. Ħu ħsieb li fit-triq, meta tkun qiegħed issuq, is-sinjali tal-karozza jkunu jidhru. Dawk l-għasafar! Jekk qatt ipparkjajt taħt siġra mela ċ-ċans kbir hu li l-għasafar ikunu għamlulek festa sabiħa. Taħsbu li ġiet il-borra! Ara li dal-ħmieġ tneħħih minnufih għax tagħmel ħsara liż-żebgħa tal-karozza. Il-ħmieġ tal-
għasafar għandu ħafna aċtu li jista’ jaffettwa u jirrovinalek id-dehra sabiħa. L-insurance: ara li tħallasha fil-ħin u dejjem agħmel nota filkalendarju biex tiftakar. F’każ li trid tagħmel il-VRT, agħmel żgur li taqra din il-lista sħiħa u teħodha għand xi ħadd tal-VRT li komdu għalik. Titqammilx fuq l-insurance. Ftakar li meta ssib is-saram ma’ wiċċek, lilhom tkun trid biex jgħinuk! Dokumenti: żomm dejjem kopja tal-log book tal-karozza kif ukoll il-formola tal-front to rear ħalli f’każ li tiġi bżonnha jkollok. Apparti minn hekk, żomm id-dokument ta’ fejn int inxurjat ħalli jekk tiqaflek il-karozza jew jiġrilha xi ħaġa tkun pront sabiex iċċemplilhom.
Awguri jekk qed timxi ma’ dawn il-punti kollha. Sinjal li ħaqqek l-unur tal-aktar sewwieq eżemplari.