15 minute read
Fr. Karm Debattista bil-missjoni tiegħu l-Pakistan jibdel ir-regoli ta’ bank
from GWIDA OCTOBER 2020
FR KARM DEBATTISTA Bil-missjoni tiegħu l-Pakistan jibdel ir-regoli ta’ bank internazzjonali!
Il-qassis magħruf għall-ġenerożità tiegħu fejn tidħol missjoni, Fr Karm, wasal lura Malta wara 10 xhur ta’ missjoni ġewwa l-Pakistan. “Is-superjur ġenerali talabni mmur nagħmel sena l-Pakistan minħabba li wieħed millpatrijiet li qiegħed hemm kellu jagħmel sabbatikal (sena studju) u kien ser jibqa’ biss wieħed waħdu li għandu ’l fuq minn 70 sena. Peress li kont l-Pakistan qabel u naf il-lingwa, kienet ovvja li mmur jien,” jgħidilna Fr Karm f’intervista.
Advertisement
“Inkreddibilment pajjiż ġdid,” – dawn kienu kliem Fr Karm biex iddeskriva l-Pakistan. L-aħħar darba li kien żar dan il-post kien proprju 6 snin ilu. “Ilni nsegwi dan il-pajjiż għal ħafna u ħafna snin. L-ewwel darba li mort fl-1985 kienet għal esperjenza ta’ xahrejn. Kull meta mmur dejjem nara differenza kbira.” Fil-lingwa ġew introdotti kliem bl-Ingliż u Fr Karm jgħidilna li darba minnhom talabhom inewlulu رس (ras) li kienet tfisser juice bl-urdu. Imma kulħadd baqa’ mistagħġeb għax ħadd ma fehem x’qed jgħid. Issa qed jużaw il-kelma Ingliża u l-kelma oriġinali ntilfet. Fr Karm jgħidilna li xħin niżel fl-ajruport t’hemmhekk qaleb il-lingwa b’mod awtomatiku u l-isbaħ esperjenza kienet li din iddarba seta’ jagħmel l-prietki tiegħu bl-Urdu stess.
“Kienet ferħa kbira għalija li wara das-snin kollha ma nsejtx il-lingwa u din id-darba għall-ewwel darba kont lest li anke nipprietka bil-lingwi uffiċjali. Għalkemm hemm lingwi oħrajn differenti, l-affarijiet uffiċjali jsiru bl-Urdu. Stajt nikkomunika l-ħsibijiet tiegħi għall-ewwel darba ma’ dawn in-nies. Is-soltu kien ikollna katekisti li huma trenjati biex jagħmlu dan ix-xogħol. Ġieli weħilt u kont indur lejn il-katekista biex jgħini nsib il-kelma li jkolli bżonn u nerġa’ nkompli,” jgħidilna b’entużjażmu. Meta kien hemm, kien jagħmel bosta laqgħat kull ġimgħa għaż-żgħażagħ fejn kien ikollhom attendenza numeruża. L-istess laqgħa mbagħad kienet issir għal grupp ta’ żgħażagħ bniet minn lajċi li kienu jiġu jisimgħuh apposta. F’dawn il-laqgħat, induna kemm illum il-ġurnata dawn iż-żgħażagħ qed jistaqsu mistoqsijiet profondi, li turi l-bidla enormi ta’ mentalità.
Kienu ħafna n-nies li meta Fr Karm ħalla lil Malta qalulu li kien hawn aktar bżonnu f’Malta. Iżda kliemhom inbidel meta faqqgħet il-pandemija madwar id-dinja kollha, inkluż fil-Pakistan. Kien hemm fejn Fr Karm għamel differenza fil-ħajja ta’ dawn in-nies. “Tfajt fuq Facebook avviż għallgħajnujna u ġiet l-għajnuna kbira fi ftit ġranet. Fi żmien 4 ijiem daħlu €30,000 fil-kont bankarju. Ħafna nies qaluli “issa nafu għalfejn Alla ħadek il-Pakistan, għax stajt kont utli għal dawn in-nies fis-sitwazzjoni tagħhom.” Fr Karm jispjega li l-lockdown għall-Pakistan ma kienx ifisser li n-nies joqogħdu ġewwa rilassati iżda kien ifisser għaks kbir u nies bla xogħol. Il-paga jirċevuha kuljum għax kont bankarji ma jeżistux u m’għandhomx idea ta’ tfaddil. “Dawk jonfquha għax jixtru x’jieklu. M’hemmx sens ta’ tfaddil u allura kien ifisser li f’daqqa waħda m’hemmx xogħol u m’għandhomx x’jieklu għall-għada.” Għalhekk Fr Karm ried jieħu azzjoni urġenti u l-għajnuna millMaltin swiet enormi f’dak il-mument partikolari. “Dawk il-ġimgħat li dħalna fil-lockdown, konna ta’ ħajja u mewt għal ħafna familji.” Naħseb li kont ftit “ixxurtjat” li għal dak il-perjodu diffiċli ħafna kont ta’ għajnuna għalihom, jgħidilna Fr Karm.
Qalb il-problema tal-pandemija, Fr Karm kellu jaffaċċja problema oħra. L-imberkin flus li beda jirċievi kellu problema bihom! Fil-Pakistan kulma kellu kienet card waħda li fiha beda jirċievi l-flus fuqha. Għall-ewwel, Fr Karm baqa’ skantat li rċieva dawk id-donazzjonijiet f’daqqa. “Kien hemm donazzjonijiet ta’ għoxrin u oħrajn ta’ mijiet u elf. Kienet inkredibbli r-reazzjoni tan-nies. Stajt immur fi ħwienet kbar u nixtri direttament u kien jaqbilli. Kont immur nixtri bil-card. Konna mmorru b’aktar minn karozza waħda ħalli nimla. Ngħabbu ħafna ikel kull darba. Sadanittant in-nies bdew jgħiduli noqgħod attent għax meta jiġri hekk, il-bank jagħlaq il-card għax jaħseb li tkun insterqet.” Kien għalhekk li Fr Karm ċempel lil dan il-bank partikolari u qalilhom x’qed jiġri, u talabhom ukoll biex jigwidawh. Għall-bidu dan il-bank internazzjonali waqqfu milli jista’ joħroġ flus imma seta’ jibqa’ jirċievi, u talbuh iwaqqaf lin-nies milli jibagħtulu donazzjoni. Jum minnhom
isib il-card magħluqa u ma kienx jafx jekk hux ser jieħu l-flus lura. Lil Fr Karm saqsewh sabiex jeħles il-flus f’96 siegħa għax kienu ser jitterminawlu l-kont. Kien hawn li Fr Karm beda jikkomunika ma’ tad-dar biex jgħinuh.
Bis-saħħa tal-bank Malti, BOV, il-flus ġew trasferiti kollha mingħajr problemi ta’ xejn. “Grazzi lil Alla, il-BOV irranġawli biex jibagħatuli card l-Pakistan f’inqas minn ġimgħa u stajt nuża din il-card mingħajr ebda problemi. Kelli card minn bank f’Malta, b’hekk issa kont aktar sigur u l-ħaddiema tal-bank kienu ta’ għajnuna kbira.” Xħin issolva dan il-każ, il-bank internazzjonali ċempel lil Fr Karm u bagħtulu skuża uffiċjali wara li xi proxxmu Malti bagħat ijmejl bl-informazzjoni kollha tal-każ. “Dawn ċempluli u skużaw ruħhom. Qaluli li tgħallmu minn din l-esperjenza u li ser ibiddlu r-regoli fejn jidħol il-fondi marbuta ma’ donazzjonijiet. Qaluli li jien kont għamilt differenza u sitwazzjoni bħal tiegħi kienet għallmithom,” jgħidilna Fr Karm. Talabhom jiftħulu l-card lura u fi żmien qasir il-card kienet miftuħa.
F’dan iż-żmien li kien il-missjoni qatt ma kellu din it-tip t’esperjenza. Il-missjoni kien ilu jmur ħafna u għadu jiftakar ta’ 29 sena meta kien mar l-ewwel darba. “Għext fi żmien li ma kien jeżisti xejn; la internet, la mobile u ebda ħaġa oħra ta’ komunikazzjoni moderna. Kont inċempel mill-Pakistan darba fis-sena proprju fil-Milied imqaddes. Tibbukkja sena qabel u ġieli ħasruli l-appuntament l-aħħar mument,” jgħidilna. Għal dan kien iħallas ħafna flus biex ikun jista’ jagħmel biss 5 minuti. Fr Karm jgħidilna li ittra kienet iddum biex tasal xahar u nofs u wara 3 xhur kien ikollu xi aħbarijiet minn Malta. “Għext din is-sitwazzjoni ta’ missjoni fejn kont ’il bogħod minn kollox. Din id-darba kienet aktar faċli – li minn fuq Skype nista’ narahom u nkellimhom. Stajt insegwi dak kollu li qed jiġri Malta bla problemi ta’ xejn għax l-aħbar tkun immedjata.” Waqt li kien qiegħed hemm seta’ jikkomunika ftit m’ommu li jħobbha bi mħabba talġenn. Magħna ammetta li ‘l-ommu jimmissjha wisq u seta’ jkellimha minn fuq il-mowbajl. Peress li ħdejn nies anzjani ma kinux jitħallew jidħlu nies, il-mowbajl kien jitpoġġa wara l-perspex. Omm Fr Karm għandha bidu ta’ dimensja u m’għadhiex tagħraf lil binha. “Dan l-aħħar qed tgħidli Fr Karm; is-soltu kienet tgħajjatli Karmenu tiegħi,” jgħidilna Fr Karm b’qalbu maqsuma.
L-uniku dispjaċir li għandu Fr Karm hu li ma setax isellem lin-nies tal-Pakistan kif suppost. Peress li l-attivitajiet li kellu, inkluż il-quddies u l-laqgħat ma baqgħux isiru, kellu jaqta’ l-kuntatt man-nies fil-Pakistan. “Ma ltqajtx magħhom aktar, kellimthom biss fuq Facebook imma ma kontx qed narahom fiżikament. Ma kelli ebda mod dirett kif nista’ nikkomunika magħhom. Kieku kelli nitlaq wara 10 xhur mill-Pakistan fiż-żmien mhux tal-pandemija kont nagħmel ċelebrazzjoni sħiħa. Quddiesa fil-parroċċa, u festin żgħir, kont nagħti ikla ross lil kulħadd u nieħu ftit ritratti man-nies l-aktar viċin, speċjalment dawk li kienu jattendu l-quddies kuljum. Iżda dan ma kellux ikun. Sabiħ li wara li tibni relazzjoni ma’ dawk ħuti nkun nista’ nagħtihom tgħanniqa tal-aħħar imma dan kollu kien projbit,” jgħidilna Fr Karm. Saħansitra meta kien ser jitlaq, lanqas avża ħalli ma jmorrux kollha f’daqqa quddiem id-dar tiegħu għax kienet tkun agħar l-affari. “Għedt aħjar lanqas biss ngħidilhom li sejjer malajr għax insib lil kulħadd wara l-bieb. Xorta kien hemm ftit li semgħu u ġew xorta. Fil-Pakistan l-ospitalità tan-nies hija kbira wisq.”
“Nerġa’ mmur żgur, imqar intella’ grupp ta’ żgħażagħ meta s-sitwazzjoni tkun aktar kalma. Irrid inkompli nagħmel differenza kbira f’dan il-pajjiż u li sservi ta’ esperjenza għażżgħażagħ Maltin,” temm jgħid Fr Karm.
EPISODJU 4/ L-EWWEL STAĠUN IT-TUFFIEĦA MĦASSRA (L-ewwel Parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
X’ġara s’issa?
Lydia ma tistax issib id-djarju tagħha u ta’ xejn qallbet kullimkien! Luċija għadha kemm skopriet xi ħaġa kbira mill-kamra tas-sodda ta’ Marie. Angela marret fuq Oscar sabiex tirritornalu l-arloġġ lura li bih kien ħallas lil Iris sabiex iqatta’ lejl magħha.
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lydia ħarġet mill-kamra tas-sodda bi mħadda ma’ żaqqha. Kienet qed tħossha ftit muġugħha u sturduta. F’ħin minnhom kellha sserraħ mal-ħitan għax l-isturdament beda jżid. Fil-pront taqbad l-ewwel barmil li ssib fil-kċina ta’ Lilly u tneħħi kollox. Lilly xħin semgħet lil Lydia tirremetti ħarġet mill-kamra biex tara x’ġara u ssib lil Lydia b’wiċċ abjad u barmil imdawwar m’idejha. X’tak Lyd? ...Dak kilt xi ħaġa u baqgħatlek fuq l-istonku. Forsi t-toast tal-bieraħ. (bajda karti u b’rasha sserraħ mal-ħajt) Agħmilli pjaċir u ssemmilix ikel. Ħeq sorry hux! Jew bil-kedda li ħadt ilbieraħ biex issib il-ktieb, mhux biċċa ktieb jaħasra anqas ħaq ġejt żibel... Ħa nagħmillek naqra te b’xejn. Oqgħod hawn!
Fejn tridni mmur, Lilly please.
Lydia:
Alvio:
Lydia:
Alvio:
Lydia:
Alvio:
Lilly titbissmilha filwaqt li tixgħel l-istanjata ħallli tagħmlilha kikkra te. Fil-kċina jidħol Alvio u xħin jara lil Lydia f’dik is-sura jistaqsiha jekk kinitx tiflaħ bl-aktar mod antipatku. Ħallini m’għandix aptitek bħalissa, please! Iva qed narak li mħabbta. Naħseb xi ġurnata tgħannaq il-barmil ġejja ...Taf fiex qed tfakkarni? ... (minn taħt l-ilsien jgħidilha) F’ommi! Ommok?
Meta kienet tkun tqila b’ħuti dejjem tgħannaq il-barmil, minn filgħodu sa filgħaxija. Miskina wieħed minnhom lanqas leħqet wellditu, għax mietet. (waqt li jinfexx f’daħka antipatka) (Tfixklet bejn għax ma kinitx taf jekk hux qed jitkellem bis-serjetà u bejn l-istonku tagħha ma kien qiegħed tajjeb xejn) Għala qed tgħidli dawn l-affarijiet? Tlaqtkom jien! Il-ġurnata t-tajba baronessa!! Alvio jħalli liż-żewġ nisa, Lydia tinsab konfuża. Alvio taha x’tifhem li kien jaf ċertu affarijiet. F’moħħha daħlilha suspett li d-djarju seta’ jkun qiegħed għandu. Tgħid jaf is-sigrieti tagħha kollha? Sadanittant tidħol Lilly b’tazza te waqt li xxappilha ftit moħħha.
Gianni:
Mario:
Dik l-għodwa, Luċija ddeċidiet li terħilha sax-xatt fejn kienet biss ftit metri ’l bogħod minn Mario. Ħdejn Mario kien hemm il-ħabib tiegħu Ġanni. Ġanni mill-ewwel induna biha u staqsa lil Mario jekk kinitx hi. Mario kkonfermalu filwaqt li bejnu u bejn ruħu staqsa x’kien inqalgħalha. Luċija dehret imfixxkla u l-ħin kollu bdiet tħares jekk hux qed jaraha xi ħadd. Ħarġet ittra li kienet moħbija u mpustatha fil-letterbox li kien hemm filviċinanzi. Mario kien qed jara kollox u ma setax jifhem x’kienet qed tagħmel.
Miġnuna dil-mara ta! Forsi mhux għalik inqalgħet illum. Minn fommok ’l Alla.
Iżda lanqas laħaq spiċċa li ma marritx dritt biex tkellmu. Gianni mill-ewwel ikun pront u jinkih waqt li jtaptaplu tnejn fuq dahru. Mario mxebba’ sal-ponta ta’ mnieħru ma kellux aptit lil din terġa’ tkellmu. Iżda qabel ma kienet ser tersaq lejh, iwaqqafha Twanny id-detective. Dan kien imqabbad minn Guido. Lil Luċija jaħsadha għax ma kinitx tafu. Twanny jistaqsiha għal ftit minuti biex ikellimha imma hi tgħidlu li kienet
EPISODJU 4/ L-EWWEL STAĠUN IT-TUFFIEĦA MĦASSRA (L-ewwel Parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Twanny:
Luċija:
Twanny:
Luċija:
Twanny:
Luċija:
Mario:
Twanny:
Luċija:
Twanny:
Mario:
Twanny:
Mario:
Iris:
Angela:
Iris:
Angela:
Iris:
Angela:
mgħaġġla. Luċija tibda timxi ’l bogħod iżda Twanny jibda jsus warajha. Żewġ minuti kulma rrid, mhux se ndewmek. Jaqaw jafek xi ħaġa Wiġi. Mill-każin int? Iddaħħlunix fin-nofs lili, kellem lilu. Le sinjura għandek żball. Iva, ieqaf naqra. Iva xi trid mela?
Insaqsik xi affarijiet dwar Lydia Vella Hawton. Luċija twaqqaf widnejha u tibda tistaqsih fejn kien jafha u min kien bagħtu! Twanny jirrispondiha li kien pulizija iżda Luċija ma temmnux. Twanny jerġa’ jistaqsiha jekk hi kinitx s-seftura tal-familja u Luċija tikkonfermalu. Mario u Ġanni li kienu qed isegwu kollox x’qed jiġri iktar tiġihom il-kurżità dwar x’kienet qed tagħmel Luċija. Bl-aġir ta’ Luċija dawn it-tnejn setgħu jindunaw li ma kienet qed tieħu gost bih xejn u għalhekk Mario jiddeċiedi li jmur ikellimha. Diġà għidtlek ma nafx min int! Mhux se nirrispondik ...Jekk tkun taf is-Sinjura tiegħi... Kollox sew Luċija? X’għandek bżonn sieħbi? Luċija straħet għal ftit u kienet kuntenta li Mario kien salvaha. Luċija tara l-opportunità sabiex iġġiegħel lil Mario jifhem li Lydia kienet ħarbet minħabba fih.
Ma rridx nagħmel ħsara, xogħli qed nagħmel, staqsejt lis-sinjura xi mistoqsijiet dak kollox ...Pulizija jien. Qed isaqsini fuq Lydia x’affarijiet dawn. Ara jien xi tridni ngħidlu, mela jien inkun qed insegwihom lis-sinjuri tiegħi. Imma ilha ma torqod id-dar dawn l-aħħar ġranet, naħseb is-Sinjura avżatkom fejn qiegħda le? Is-sinjura ma tafekx, mhux biċċa tiegħek fejn tinsab is-Sinjura tagħha, issa dabbar!
U min int, int jekk ma jimpurtax insaqsi.
Jimporta, ejja Luċija. Mario jaqbad lil Luċija u jeħodha fejn kien qiegħed bilqiegħda ma’ Ġanni. Twanny jispiċċa waħdu iżda mħasseb b’li kien ra. Kien hemm mara mħassba aktar minn Twanny fi Srada Stretta, mhux imħassba biss iżda mimlija rabja. Ħadd ħlief Iris li kienet qed iddur bieb bieb biex tara tilmaħx lil Angela. Angela kienet qiegħda tpejjep sigarett ħdejn tieqa bil-libsa ta’ taħt. Lanqas tilħaq taraha li ma taqbadhiex minn idha blaktar mod goff u twiddibha. Ja saħħara żgħira, ħsibtni mhux se ninduna? Fejnu l-arloġġ? X’arloġġ hu? Aħħ qed tweġġagħni Ir! Ara tilgħabha tal-belha miegħi għax jgħarralek. Naf li ħadtu, fejn hu? Naħliflek ma nafx x’inti tgħid.
Rawk ħierġa bih, għax staqsejt gustuża. Ara tigdeb għax id-depow nieħdok. Angela tara x’tagħmel biex tneħħi jdejha minn ma’ Iris u xħin jirnexxilha tersaq ’il bogħod kemm jista’ jkun minnha.
Ħudni ħa ngħidilhom li tħaddimni.
EPISODJU 4/ L-EWWEL STAĠUN IT-TUFFIEĦA MĦASSRA (L-ewwel Parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Iris:
Angela:
Iris:
Angela:
Iris:
Iris:
Angela:
Iris:
Iris:
Luċija:
Mario:
Luċija:
Mario:
Luċija:
Mario:
Luċija:
Mario:
Luċija:
Mario:
Luċija:
Mario:
Ja saħħara żgħira għidli fejnu.
Ma għadux għandi. X’għamilt bih? Nitfak barra fit-triq u mhux post sabiħ bħalissa ...X’għamilt bih?
Eh... Bigħejtu! Bigħejtu? (terħilha lejn il-kamra ta’ Angela biex tara jekk issibilhiex il-flus. Angela tiġri warajha biex twaqqafha. Qallbet kull kexxun li sabet u tilmaħ kaxxa bi ftit soldi fiha) U fejn huma l-flus? Infaqthom.
Infaqthom fiex? Tigdibx ....Int l-arloġġ ma bigħejtux! Inti....tajtu lura lil dak hux.
Angela tibda tinnega iżda Iris ma temminiex anzi tistaqsiha kienx l-għarus u theddida li kienu t-tnejn qed jaħdmuha. Angela taħlifilha li qatt ma kienet ratu qabel dakinhar. Iris terġa’ tistaqsi fuq l-arloġġ u din iddarba Angela tgħidilha li dak l-arloġġ kien tiegħu. Ismagħni, jekk taf x’jaqbillek, irridek terġa’ toħodhulu. Illejla stess irridu lura, ara kif se tagħmel...erġa’ ġibu ’l hawn!
Ta’ xejn provat tgħidilha li ma tistax teħodhulu lura għax Iris ma riditx taf. Mill-banda l-oħra Luċija telgħet fuq id-dgħajsa ta’ Mario u bdiet tipprova tkellmu mill-ġdid. Qed tara! Qed tara kif ħarbet. Dik is-serp gidbitlek. Marie riedet isserraħ rasha li żżommok ’il bogħod minn Lydia, u hekk ħelset minn problema. Jaħasra ma nafx għala ma tridx temminni, rasek iebsa Madonna. U dak min bagħtu? Xi ħadd qabdu jsaqsi fuqha. Ma nafx! Allaħares qiegħda f’x’ inkwiet, fl-istat li qiegħda miskina. Ma tafx fejn marret jiġifieri? Jien l-ittra ma qrajthiex, ma nafx fejn qaltlek tiltaqa’ magħha. Imma hi qatt ma ġiet lura, ma nafx fejn marret imbagħad ...stenna Wiġi qara l-ittra, hu qalli li fiha kitbitlek li hi tqila. Int ċerta li l-baby tiegħi? U jaħasra Mario ....Ma’ Guido dejjem ikollhom lil xi ħadd magħhom meta joħorġu u lanqas li kieku, hi ma tridx taf bih ...kieku ma kinitx ħa tmur kontra ommha u titlaqhom biex taħrab miegħek. U int ħallejtha hemm. Wisq probabbli ħasbet li ma tridx taf biha iktar, jew ma tridhiex bil-baby ...jien naf x’ħasbet. (F’daqqa waħda Mario jibda jħossu ħati u jibda jiġi f’tiegħu) Min iktar ra dik l-ittra u jaf jgħidilna fejn kellha tistennieni, għax din ma setgħetx tmur ’il bogħod minn fejn kellna niltaqgħu.
Ħeq Wiġi u ....Marie. Allura kif ma marritx lura għaliha? Dik marida minn moħħha dik il-mara ...naħseb qed tistenna li tiġi lura minn jeddha, ma nafx. Issa l-għarus tagħha, Guido kuljum jiġi jistaqsi għaliha, naħseb lanqas hu mhux jafdaha. Qaltlu li marret irtir għand issorijiet. Mhux hu hux bagħtu lil dan Twanny?
EPISODJU 4/ L-EWWEL STAĠUN IT-TUFFIEĦA MĦASSRA (L-ewwel Parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Luċija:
Mario:
Luċija:
Guido:
Marie:
Guido:
Marie:
Guido:
Marie:
Guido:
Marie:
Guido:
Marie:
Guido:
Marie:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Ħeq jista’ jkun! Jew forsi Marie qed tipprova tfittixha.
Issa nkellem lil Wiġi jien ħallih! Dik il-mara ħadra ħadd ma jgħix magħha ...Hemm ħaġa oħra fuqha li sirt naf dan l-aħħar ...imma titkellem ma’ ħadd jekk ngħidlek, tibqa’ bejnietna. Twanny kien qed jara kollox, ra lil Luċija u Mario flimkien iżda huma ma ntebhux bih u għokritu għajnejh. Fil-palazz kien hemm Guido jitkellem ma’ Marie. Guido beda jinsisti li jrid ikun jaf fejnha Lydia għax skontu, hu kellu dritt, b’Marie terġa’ tirrepeti li kienet qiegħda rtir għand is-sorijiet. Nixtieq imqar naraha għal ftit, jew nisma’ leħinha, kemm inserraħ rasi li tinsab tajba, dak kollox. Minn wara l-kwinti, Victoria, oħt Lydia, kienet qed tisma’ kollox iżda ħadd ma induna biha. Naħseb tirrispetta l-fatt li jien bħala ommha ninsab serena, u għalhekk m’għandekx għalfejn tinkwieta. Kieku ma tinsabx tajba, anke jien inkun inkwetata, ma taħsibx? Frankament jimpurtani ftit li xejn mis-serenità tiegħek Marie. L-għarusa tiegħi tinteressani, fejn tinsab u kif inhi.
Diġà għidtlek. Kif inkellimha ngħidilha tibgħatlek xi ittra.
Le!
Skużi?
Le, għidilha ma rridx ittri mingħandha, irrid nara lilha, irrid inkellimha wiċċ imb wiċċ. Jekk mhux se tkellimni se ġġiegħlni naħseb ħażin u se jkolli nħassar l-għerusija. Marie kienet imbeżżgħa xħin semgħet b’dan u tagħmel minn kollox biex tikkalma lilha nnifisha. Naħseb issa qed tesaġera Guido. Kemm jien u kemm int nafu li ma inti se tħassar qatt din l-għerusija. Naf kemm tħobbha lil Lydia.
Nassigurak li jekk ma tkellimnix, ħa jkolli nħassar it-tieġ. Ikkalma Guido ...Inkellimha jien. Però naħseb li għandek tirrispetta l-ispazju tagħha. Naħseb irrispettajt l-ispazju tagħha biżżejjed. Jekk tkellimha għidilha tiġi lura d-dar, qiegħda fejn qiegħda... jew inħassar it-tieġ. Qed tgħajjarni giddieba? Guido jħares lejn Marie mingħajr ebda risposta u joħroġ ’il barra. Xħin ħareġ Victoria ħarset lejh waqt li ratu jgħaddi għal barra. Sa dan il-ħin fil-Belt Valletta, Lydia bdiet tistejqer u kienet qiegħda ħdejn Lilly waqt li żżiegħel ftit biha. Lilly tħeġġiġha biex tiġi fuq tagħha minħabba li kienu sejrin ix-xogħol dik il-lejla, iżda Lydia tgħidilha li ma kellhiex aptit. Lydia tipprova taqleb id-diskors u tieħu minn moħħ Lilly xi informazzjoni minn Alvio. Tistaqsieha jekk veru kienx jaf jaqra. Lilly tgħidilha li lanqas jaf jitkellem aħseb u ara jaqra. Għal Alvio għadek qed tgħid inti? ...U x’jaqra, jaqra ...għala għid? Le qalli xi ħaġa dalgħodu ...xejn. Inkun qed naħseb ....nista’ ngħidlek sigriet? (tħossha onorata u titfa’ tbissima fuq fommha) Iva mela li trid! Jiena... Jien....