14 minute read

Programmi tal-Ħadd

KULL NHAR TA’ ĦADD

FUQ TVM

Advertisement

9:30 Raħal Twelidi

Raħal Twelidi huwa programm kulturali fuq il-lokalitajiet Maltin. F’kull programm se nżuru lokalità differenti u nsiru nafu aktar dwarha, mill-istorja, sat-tradizzjonijiet, personaġġi, u oħrajn; kollox bi stil leġġer u komiku.

10:30 Malta u Lil Hinn Minnha

Malta u Lil Hinn Minnha, programm kurrenti li juri l-kultura u ċ-ċivilizzazzjoni mondjali, filwaqt li jenfasizza fuq l-ambjent, il-wirt storiku, xi riċetti tradizzjonali Maltin, u aktar. Din is-sena, il-programm se jiffoka fuq Sqallija, u fuq l-emigranti Maltin li jinsabu f’Ġibiltà u fil-Kanada, f’Vancouver.

12:15 Ħadd Għalik

Din is-sena aktar konxji minħabba l-pandemija, il-logħob fejn ikun hemm kuntatt dirett mal-plejers ser ikun evitat. Angie Laus qaltilna wkoll li minn Ottubru ser naraw lil Marku bħala mistieden residenti b’kollegament kull ġimgħa mill-Awstralja. Marku ser ikun qed jikkummenta fuq l-opposti li ser ikunu qed jilagħbu. “I am trying to be relaxed, pulit and dressed up because I’ve got a phone

Ħadd Għalik

call from Angie ta’ Ħadd Għalik” qal Marku fil-filmat. Feraħ li l-Maltin tal-Awstralja issa ser ikollhom min jirrapreżentahom ukoll. Angie qaltilna li hi ssegwi l-paġna ta’ Marku u għoġobha ħafna l-karattru tiegħu u b’hekk stednitu fuq il-programm. Apparti minn dawn, Ħadd Għalik mhux ser ikollu udjenza din is-sena u minflok ser ikun hemm il-Meme u r-raġel tagħha biex jissapportjaw littimijiet. Ħadd Għalik hu programm konfermat għall-iskeda tal-ħarifa u ser jibqa’ jixxandar kull nhar ta’ Ħadd.

15:00 Ċappas

L-artisti Xandru Mallia, Mario Cassar u bosta mistednin u karattri oħra, li minn ħin għall-ieħor jinvadu l-garaxx tagħhom, ser ikunu qed jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-karattri favoriti ta’ tfulitna mid-dinja tal-cartoons permezz talAirbrush Painting (Aerografija) u tekniki varji oħra tal-arti. Xammru l-kmiem u lestu ruħkom ħa tiċċappsu!

18:15 Għawdex Illum

Se jkompli jippreżenta l-ambjent trankwill Għawdxi. Ilprogramm se jkopri aspetti Għawdxin minn lenti storika, arkitettonika, artistika, kulturali, u ambjentali, filwaqt li jikxef l-użanzi u l-istili tal-ħajja Għawdxija.

18:45 Ninvestigaw x’qed nieklu

Fejn ix-xjenza, l-istorja u l-ikel jamalgamaw sabiex jittieħdu deċiżjonijiet aħjar fl-għażla tal-ikel li nikkunsmaw. Flimkien ma’ produtturi tal-ikel, tobba, esperti tad-dieta u diversi entitajiet mill-industrija tal-ikel, se nesploraw id-drawwiet kurrenti fil-konsum tal-Maltin. Il-programm huwa prodott u ppreżentat minn Jackie Mercieca.

19:45 Il-Palazz

Is-sensiela ser teħodna fil-palazz ta’ San Anton, ir-residenza uffiċċjali tal-President tar-Repubblika. Twasslilna siltiet mużikali, qari mill-letteratura Maltija u ġrajjiet l-istorja u l-arti.

21:00 Malta’s Got Talent

Pjattaforma għall-artisti lokali li jistgħu jesebixxu t-talenti tagħhom quddiem 4 ġurija. Dan il-programm hu speċjali għaliex ser jagħti vuċi lil dawk artisti mhux kantanti biss li għandhom talent. Ir-rebbieħ tal-programm mistenni li jirbaħ €25,000 fi flus.

22:30 Gramma

Programm ta’ tagħrif dwar ‘addiction’ bil-kollaborazzjoni tal-Foundation for Social Welfare Service u Sedqa Malta. Ir-’relapse’ hija reali għal kulħadd u bl-għajnuna tal-għarfien, wieħed jew waħda terġa’ tqum.

Ċappas

Jekk int produttur u tixtieq li jkollok il-programm imniżżel hawn tista’ tibgħat email fuq info@gwida.mt

ANTHEA ZAMMIT Tirbaħ Miss Universe Malta

Ritratt: Benjamin Sant SnapArt Photography

Anthea mhux wiċċ ġdid fix-xena lokali. Dawn l-aħħar ħames snin ħadet sehem f’diversi avvenimenti kbar li jkomplu jsebbħu l-portafoll ta’ din it-tfajla grazzjuża. Anthea, fl-2015, irrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Young Dancers. Fl-2016 u l-2017 irrapreżentat lil pajjiżna f’konkorsi ta’ sbuħija, fejn f’wieħed minnhom spiċċat fit-tielet post. Fl-2018 kienet waħda miż-żeffiena ta’ Christabelle li f’Lisbona rrapreżentaw lil Malta bil-kanzunetta Taboo. Iżda fl-2019 Anthea ma dehret imkien; kien perjodu diffiċli għaliha u saħansitra spiċċat l-isptar!

Anthea xi ġralek fl-2019?

Dak iż-żmien kont qiegħda f’relazzjoni kerha ħafna. Għaddejt minn perjodu diffiċli li kissirni u missejt il-qiegħ. Spiċċajt l-isptar, fuq siġġu, ma nimxix! Kont nara lil ommi kuljum, tibki u fl-istess ħin taħbi d-dmugħ minni. Wiċċ ommi kien tal-biża’ xħin ħaduni bl-ambulanza. Dak il-ħin, wegħedt lilli nnifsi li ridt inwaqqaf ir-relazzjoni. L-ewwel darba li tkellimt fuq din il-problema b’mod pubbliku kien fil-programm Sibtek. Inħsadt bilmistoqsija. Iżda dak il-ħin ftakart fil-kanzunetta ta’ Christabelle, Taboo.

Konna għamilna sena sħiħa nippromovu l-problemi marbuta mas-saħħa mentali. Kont tkellimt ma’ Christabelle biex in-nies jitkellmu u jesprimu x’qed iħossu filwaqt li jfittxu l-għajnuna! Imbagħad jien stess, ma nagħmel xejn dwarha? Dakinhar tkellimt u għedt l-istorja tiegħi u nibtet fija l-bżonn li nagħmel xi ħaġa dwarha. Minn hemm ħassejt li Miss Universe huwa ideali sabiex inwassal il-messaġġ tiegħi. Bis-saħħa ta’ Miss Universe rġajt ksibt il-fiduċja fija nnifsi.

Għamilt sentejn tant kont qiegħda ħażin, tant kont nisma’ li jien kerha u li għandi moħħi kbir, u m’jien tajba għal xejn li wasalt f’punt li nemmen li veru hekk kont. Iżda llum il-ġurnata ninsab kunfidenti u ħerqana biex inwassal l-istorja tiegħi. Jekk nista’ ngħin imqar persuna waħda nħossni sodisfatta. Kerha li żeffiena tagħmel 3 ġimgħat ma timxix; għalhekk hemm bżonn li titkellem u tfittex l-għajnuna qabel ikun tard wisq.

Għall-esperjenza ta’ Miss Universe ħdimt bis-sħiħ; erġajt bdejt l-eżerċizzju fiżiku u niekol sew. Komplejt nibni fuq ilkunfidenza tiegħi u bdejt nitlef il-piż żejjed. Tkellimt ma’ psikologu li baqa’ jagħtini l-għajnuna u t-terapija meħtieġa. Għal din il-kompetizzjoni tlift 14-il kilo u tlajt fuq il-palk b’karattru differenti – Anthea xorta imma aktar b’saħħitha u determinata minn qatt qabel. Kont ħsibt li wara dan ix-xogħol kollu, l-pandemija ser ittellifli ċ-ċans li nkun fuq dan il-palk, imma rnexxielna niġġildulha wkoll.

Din l-edizzjoni ta’ Miss Universe saret mingħajr udjenza. Kif ħassejtek?

F’dik il-ġimgħa kont ħa mmut bl-eċitament. Iżda xħin waslet is-serata finali ħassejtni rilassata! Ippreparajt ħafna għaliha u dak kollu li stajt nagħmel għamiltu. Imma peress li ma kienx hemm udjenza stajt nikkonċentra fuq x’qed nagħmel u jkolli rasi mistrieħa. Min-naħa l-oħra l-udjenza tagħtik dik l-enerġija u l-kunfidenza. Bis-saħħa taċ-ċapċip u interazzjoni mill-pubbliku tkun taf hux qed tintgħoġob jew le. Din is-sena kienet differenti imma xorta esperjenza li ma ninsa qatt. Ir-rispons li rċivejt kien wieħed inkredibbli u apprezzajt il-fatt li l-għada stess bagħatli l-Prim Ministru ta’ Malta jawgurali fuq Whatsapp. Anke l-Ministru tatTuriżmu, Julia Farrugia, bagħtitli u qaltli li żammejtha mqajma biex tara min ser jirbaħ!

Ritratt: Benjamin Sant SnapArt Photography

Ritratt: Vince Piscopo Photoscopo

Ma nistax ninsa x’għamluli ż-Żebbuġin! Xħin ħabbar li Miss Żebbuġ rebħet, irċivejt ħafna messaġġi min-nies t’hemm jawgurawli, anke minn nies li qatt ma kellimthom imma kont narahom għaddejjin fit-toroq Żebbuġin. Kienet vera esperjenza sabiħa! Meta rbaħt dejjem kelli lilhom warajja. Qabel dħalt ghall-konkors, lil Alan J. – l-organizzatur ta’ Miss Universe Malta – l-ewwel ħaġa li kont saqsejtu kienet: “Ħaż-Żebbuġ ħadu xi ħadd?” Kieku kien meħud diġà, żgur kont nistenna sena oħra. Trabbejt hemm, għext ħajti hemm, in-nannu kien wieħed mill-fundaturi tal-każini tal-banda!

Xtaqt lil xi ħadd miegħek fis-sala?

Xtaqt li fis-sala jkun hemm ommi, missieri u l-għarus għassapport. Dawn kellhom jibqgħu barra jistennewni. Iżda li skoprejt wara kien li huma kienu qed isegwu dak kollu li kien qed jiġri. Peress li l-organizzaturi riedu jnaqqsu kemm jista’ jkun nies mis-sala, dawk li ma jgħaddux għas-semi finali mbagħad għall-finali ntalbu jmorru d-dar. Xħin raw li jien kont għadni ma ħriġtx ħadu ferħa għax kien ifisser li kont għadni qiegħda fil-kompetizzjoni. Wara, xħin lestejna, huma kienu l-ewwel li għannaqt! Xtaqt wara mmorru nieklu xi mkien biex niċċelebraw iżda kullimkien kien magħluq! Spiċċajt niekol galletti bl-arjoli.

Alan J., din is-sena organizzajt dan il-konkors talisbuħija waħdek. Kif ħassejtek?

Iva, għall-ewwel sena ħadt ħsieb kollox jien u ninsab kburi li rnexxieli nagħmilha. L-enerġija li jagħtuni dawn it-tfajliet hija waħda kbira. Kienu huma li mlewni bil-kuraġġ liema bħalu. Sas-6 ta’ Marzu kulma lħaqt għamilt kienet il-laqgħa ġenerali mat-tfajliet. Meta faqqgħet il-pandemija ħsibt li kulħadd ser jitlef l-interess u bżajt ħafna li kollox ser jisfaxxa. Iżda fil-verità ħadmet bil-kontra għax it-tfajliet kellhom xi ħaġa għaliex jħarsu ’l quddiem. Kollha kellhom ħeġġa kbira. Fil-laqgħat u l-avvenimenti, żammejna lil xulxin siguri bl-użu tal-maskri u s-serata finali konna kollha għatxana għaliha. Minn barra minn Malta avżawna li din is-sena hemm ċans li l-kompetizzjoni, minflok ma ssir f’Novembru bħas-soltu, jestenduha sa April 2021 u ssir l-Amerika. Hemm ser jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji.

X’taħseb fuq Anthea?

Biex tagħżel tfajla, hemm proċess twil. Tfajla trid tkun lesta li taħdem, determinata, kif ukoll lesta li turi x’taf. Anthea hija waħda minn dawk li għandha l-pakkett kollu. Mill-bidu xħin applikat kienet tidher li daħlet għall-kompetizzjoni bis-serjetà. Minn xħin semgħu n-nies li dieħla għallkompetizzjoni bdew deħlin il-kummenti. Anthea hemm barra hija popolari, u peress li ħadet sehem fi programmi u avvenimenti internazzjonali tgħin sabiex tifhem aktar x’inhu mitlub minnha. L-angoli tal-kamera, l-istatura tal-mudella, id-deċiżjonijiet dwar l-ilbiesi li ħadet sehem bihom fis-serata finali kollha kienu indikazzjonijiet li kien ħaqqha tirbaħ.

Anthea ser tikkompeti ma’ 95 pajjiż ieħor; b’xi mod trid tispikka! Irid ikollok personalità qawwija speċjalment flintervisti li jsiru. L-organizzaturi ta’ barra jagħtu kas kollox u kull dettall, minn posts li nitfgħu fuq il-mezzi soċjali salintervisti li jkollha. Hemm jagħtu kas ukoll l-għan tat-tfajla u l-kawża li qed twassal. Bħalma jgħid l-islowgan tagħhom ‘Confidently Beautiful’, Anthea ser tipprova tuża t-titlu li rebħet biex turi lid-dinja kemm hi sabiħa u twassal ilmessaġġ pożittiv tagħha.

L-ISPETTUR Rett u jieħu x-xogħol bis-serjetà!

Id-drama L-Ispettur li bdiet it-Tnejn li għadda 28 ta’ Settembru hi xogħol tal-bravissimu Mario Philip Azzopardi. La ħa ssemmi lil Mario, mela hemm siġill ta’ professjonalità u serjetà. Mario ħadem f’diversi produzzjonijiet barra minn xtutna fuq stazzjonijiet tatteleviżjoni bħal MGM, DISNEY, HBO, WARNER BROS, CBS, NBC u ħafna oħrajn. Din għalih hija l-ewwel produzzjoni fuq it-televiżjoni lokali. B’kikkra kafè f’idejna u żewġ nara l-kitba imma mhux dejjem tkun possibbli. Kulħadd

pastizzi ltqajna ma’ Mario Philip u l-attur prinċipali ta’ dan is-serje, Mario Micallef, biex nitkellmu ftit fuq dan id-dramm.

Tgħidli ftit fil-qosor min hu L-Ispettur?

Mario Philip: L-Ispettur hu bniedem rett u jieħu x-xogħol tiegħu bis-serjetà. Dan l-ispettur huwa wkoll missier, fis-sens li jaf li jekk ser jaqbad tifel li jkun għamel ċuċata u titfgħu l-qorti ser jirranġah għal frisk. Allura jagħtih xhur saret realtà.

tbeżbiża minflok. L-Ispettur huwa ambjentat illum ilġurnata u ser niltaqgħu ma’ dan l-ispettur u l-familja tiegħu. Kif inhi r-relazzjoni tiegħu mal-familja tiegħu?

Kif rajna fl-ewwel episodju ser ikun hemm persuna li joħroġ mill-ħabs wara 30 sena. Dan kien priġunier fuq deċiżjoni tal-ispettur, iżda l-ispettur nesa min kien. Millewwel episodju bdiet l-istorja ta’ vendetta li fattwalment tħalli l-ispettur jiġi bejn ħaltejn bejn id-dmir u l-liġi. Iddmir tiegħu li jipproteġi n-nies ta’ madwaru imma meta l-ħaqq u l-liġi tmur kontra l-protezzjoni tal-bniedem, F’kulma nagħmlu fil-ħajja għandna l-konsegwenzi u flgħaxar episodji ser naraw storja tinbena waħda fuq l-oħra sakemm naslu għall-quċċata li qatt ħadd ma jkun qed jistennieha. Ser naraw traġedja tal-bniedem li anke meta jrid is-sewwa, is-sewwa ma tiġix b’xejn. Dan mhux serje talpulizija kif imdorrijin naraw iżda dramm li jdur mal-familja tal-ispettur.

Għaliex dan id-dramm affaxxinak daqshekk?

Mario Micallef: Affaxxinajt ruħi mill-kitba mill-ewwel. L-ewwel nett jien qabel naċċetta xi ħaġa nipprova s-soltu meta jgħidlek tieħu sehem f’serje, jagħtik ftit xeni tiegħek u ma tkunx tista’ tara l-istorja kollha. Mario Philip ħadem bil-kontra u minn xhur qabel kien jippreparana u bagħtilna l-iskript kollu.

Michael Kissaun għamel skeda ta’ fejn u meta ser niffilmjaw. Kollox magħmul kif għandu jsir. Laħħaqna kollox qabel il-Covid-19 u t-tir ta’ Mario Philip li niffilmjaw kollox fi tliet x’għandu jagħmel il-pulizija?

Mario Philip: Ħdimt daqslikieku qed nagħmel produzzjoni barranija. Il-kitba saret kollha qabel ma bdejna. Għamilna prova għal kull episodju kif ukoll ġibna l-kru għal test taxxena. Għamilna 64 ġurnata biex niffilmjaw 10 sigħat. F’dawn il-ġranet konna nagħmlu għaxar sigħat ta’ filming kuljum, mit-tmienja ta’ filgħodu sat-tmienja ta’ filgħaxija.

Kemm għen ir-rispons tan-nies wara li kienu qraw ilkotba u raw il-produzzjonijiet teatrali?

Mario Philip: Definittivament għenet. Imma l-ktieb u d-drama huma mod u dan is-serje huwa mod ieħor. Fitteatru n-nies raw biss 6 sigħat bis-saħħa ta’ triloġija u f’din id-drama ser jaraw għaxar sigħat kontinwament ta’ materjal ġdid. Għandek ħafna materjal ġdid li kellu jinkiteb mill-ġdid u jkollu l-provi tiegħu. Kif taħdem fuq il-palk differenti ħafna mill-kamera; għandek differenzi enormi. Kull attur li ħdimna miegħu kien jaf x’qed jagħmel. Mario mexxa l-għaxar episodji qisu ġeneral fl-eqqel gwerra u n-nies għandhom japprezzaw il-kwalità tar-reċtar. It-talent f’Malta qiegħed hemm u ma jistax ikun li l-istazzjon nazzjonali jitma’ produzzjonijiet ta’ niffilmjawx. Imma jien għedtilhom ‘le’, għax naf x’jiġifieri li

kwalità baxxa. Hemm bżonn li naraw u nqajmu daqsxejn il-livell. Il-livell ta’ L-Ispettur hu ogħli ħafna u nispera li din il-kwalità titkompla.

Mario Micallef: Rarissimu li tara xi ħaġa bħal din u l-fatturi huma varji. Waħda minnhom hi l-kitba. llum il-ġurnata qed u filgħaxija kelli karattru fi ħdani mejjet. Niftakar ċar meta

inbatu minn ħafna awturi ta’ stoffa fejn tidħol il-kitba. Il-kitba ta’ L-Ispettur hija reali, tmissha u taraha fit-toroq kullimkien praċett.

Sirna nafu li wħud mix-xeni ġew iffilmjati ġewwa l-isptar San Luqa. Bnejtu aktar xeni?

Mario Philip: Peress li aħna kellna l-iskript kollu, stajna L-Ispettur, għamilna xi 3 ġimgħat u lestjena x-xeni kollha. Wara żżarma u sar sett ieħor. Imma meravilja s-sett u taħseb li qiegħed f’post ta’ vera.

Nies li ġew it-teatru jistgħu ma jarawhx?

Mario Micallef: Le anzi bil-kontra! Iridu jarawh għax ser jaraw episodji, sub plots li fit-teatru ma rawhomx. It-TV jippermettilek li tagħmel dan u tiżvolġi l-istorja aħjar. Palk ma tkunx tista’ tagħmel ix-xeni kif trid. Mario bl-esperjenza vasta li għandu, irnexxielu jagħmel xi ħaġa tajba għat-teatru u addattaha għat-television. F’50 sena esperjenza, naħseb li dan l-aktar teleserial li ħassejtni komdu naħdem u rrispettat. Għalija tagħmel differenza meta bniedem jirrispettak u dan nista’ ngħidu b’wiċċi minn quddiem għall-atturi kollha. Konna kast fenomenali. Kulħadd f’postu u f’karattru li jixraqlu. Kulħadd fehem il-professjonalità li ħadem biha Mario.

Waqt il-ġbid ta’ din is-serje Mario tilef lil ħuh George Micallef. X’għamilt dakinhar?

Mario Micallef: Dakinhar kienu qaluli sabiex inħalliha u ma tħassar skeda fejn ikun hemm involuti ħafna atturi.

Ix-xena li ffilmjajna dakinhar baqgħet stampata f’moħħi. Kienet waħda mill-aktar xeni diffiċli li fiha tlift membru għażiż tal-familja. Filgħodu kelli f’idi lil ħija ta’ veru mejjet niffilmjaw ix-xeni kollha ta’ kull sett f’daqqa. Fl-uffiċċju ta’

ħalliena George, ħafna mill-kast kienu bagħtuli u qaluli, “Illejla ma narawkx” imma bgħattilhom li dak il-lejl kollox kien ser ikun normali imma tlabthom biex jieħdu paċenzja bija.

Waqt il-ġbid int kont qed tħoss uġigħ kbir...

Mario Micallef: Ir-rispett li rajt matul il-filming kien wieħed kbir. Dak iż-żmien kont għaddej minn żmien ftit diffiċli, u

“F’50 sena esperjenza, naħseb li dan l-aktar teleserial li ħassejtni komdu naħdem u rrispettat.” Mario Micallef d-donuts! Meta kien ikun hemm każ ta’ qtil, li kienet ta’

għadni, imma issa naqqas ħafna l-uġigħ. Kelli uġigħ kbir fix-xatka u wara li niffilmjaw il-kru kienu jduru bija. Kienu jġibuli s-siġġu u saħansitra jagħmluli t-te! Iktar minn flus, ir-rispett huwa kollox.

Mario Philip: Niftakar kellna xeni li ridna niffilmjaw lil Mario jidħol mill-bieb, idur mal-iskrivanija u joqgħod bilqiegħda. Dik il-ġurnata qalli li ma setax jiċċaqlaq u l-uġigħ li kellu kien kbir. Għedtlu ħa naraw kif nistgħu u nibdluha. Dak il-ħin ħatafni u qalli li jrid iħalli kollox kif inhu. Iffilmjajnieha u kien jidher ftit izappap. Użajtha xorta fid-8:50 ta’ filgħaxija.

biex nibqa’ niftakar f’dakinhar u din ser tidher fl-episodju tal-ġimgħa d-dieħla.

Mario wara dan ix-xogħol li kellek f’ L-Ispettur, kif ser tħossok ikollok parti oħra f’parti ta’ pulizija?

Mario Micallef: Ma jistax ikun u mhux ser issir! Lanqas jekk jiġi b’xi ħadd f’parti prinċipali. Jien wegħedt lil Mario li parti ta’ pulizija, spettur jew uffiċjal f’kull livell tal-korp ma naħdimx aktar kemm indum nirreċta. Diġà kelli prova. Kien hemm direttur li ċempilli u offrieli parti prinċipali għal teleserje. Xħin qalli li hi ta’ kummissarju għedtlu le mill-ewwel. Jien jekk turini rispett nagħtik qalbi kollha. Għall-filming ta’ L-Ispettur neħħejt l-impenn kollu li għandi, waqqaft il-filming ta’ F’Ġieħ l-Imħabba biex niffilmja biss L-Ispettur ħalli żgur nibqa’ fil-karattru.

Jiġifieri għamilt 3 xhur tagħmel L-Ispettur biss? X’qalulek tad-dar?

Mario Micallef: Il-familja għexet miegħi żmien diffiċli! Kont diffiċli jien id-dar, ma nistax ma nammettix. Sempliċiment kont inkun fil-kamra tiegħi, kont nistudja. Il-mara tiegħi Nathali kienet ittektikli fuq il-bieb u tistaqsini jekk irridx li taqlibli l-ikel. Kont naħtafha u ngħidilha, “Issa ġejt,mhux issa meta ngħidlek jien”. Jien m’iniex salvaġġ hekk, qatt m’għamilthom dawn l-affarijiet. Imma tant kont ikkonċentrat fuq ħaġa waħda biss li bdejt nirreaġixxi hekk.

Allura l-istorja minn fejn nibtet?

Mario Philip: Kont għamilt żmien l-Amerika niffilmja drama. Kienet ibbażata fuq il-pulizija u kienet pjuttost cop show normali. Dak iż-żmien kont naffaxxina ruħi nara ma’ tad-dar. L-istazzjon CBS, bħala riċerka għal dan is-serje, kien bagħatni nagħmel ġimgħa ma’ żewġ detectives ta’ veru ġewwa New York. Kont noqgħod wara u niġri magħhom. Kont inqatta’ ġurnata sħiħa magħhom saħansitra nieklu spiss, ma kinux iħalluni nidħol. Minn hemm tgħallimt li jrid ikollok kuraġġ li tkun pulizija għax kulma tagħmel kont tkun qed tiċċappas bil-ħama tal-umanità. Il-ferħ il-pulizija ma jafhiex. Il-pulizija tiġi għandek meta jkollok l-għawġ biss għax ħlief problemi ma jarawx. Dan hu l-ispettur!

Konvinti li t-telespettaturi ser japprezzaw din id-drama eċċezzjonali li ser tkun qiegħda tixxandar kull nhar ta’ Tnejn l-pulizija u dejjem kont interessat fuq ir-relazzjoni tagħhom

This article is from: