GWIDA OCTOBER 2020

Page 36

Skeda

KULL NHAR TA’ ĦADD

Ħadd Għalik

FUQ TVM 9:30 Raħal Twelidi Raħal Twelidi huwa programm kulturali fuq il-lokalitajiet Maltin. F’kull programm se nżuru lokalità differenti u nsiru nafu aktar dwarha, mill-istorja, sat-tradizzjonijiet, personaġġi, u oħrajn; kollox bi stil leġġer u komiku.

10:30 Malta u Lil Hinn Minnha Malta u Lil Hinn Minnha, programm kurrenti li juri l-kultura u ċ-ċivilizzazzjoni mondjali, filwaqt li jenfasizza fuq l-ambjent, il-wirt storiku, xi riċetti tradizzjonali Maltin, u aktar. Din is-sena, il-programm se jiffoka fuq Sqallija, u fuq l-emigranti Maltin li jinsabu f’Ġibiltà u fil-Kanada, f’Vancouver.

12:15 Ħadd Għalik Din is-sena aktar konxji minħabba l-pandemija, il-logħob fejn ikun hemm kuntatt dirett mal-plejers ser ikun evitat. Angie Laus qaltilna wkoll li minn Ottubru ser naraw lil Marku bħala mistieden residenti b’kollegament kull ġimgħa mill-Awstralja. Marku ser ikun qed jikkummenta fuq l-opposti li ser ikunu qed jilagħbu. “I am trying to be relaxed, pulit and dressed up because I’ve got a phone

36 GWIDA Ottubru 2020

call from Angie ta’ Ħadd Għalik” qal Marku fil-filmat. Feraħ li l-Maltin tal-Awstralja issa ser ikollhom min jirrapreżentahom ukoll. Angie qaltilna li hi ssegwi l-paġna ta’ Marku u għoġobha ħafna l-karattru tiegħu u b’hekk stednitu fuq il-programm. Apparti minn dawn, Ħadd Għalik mhux ser ikollu udjenza din is-sena u minflok ser ikun hemm il-Meme u r-raġel tagħha biex jissapportjaw littimijiet. Ħadd Għalik hu programm konfermat għall-iskeda tal-ħarifa u ser jibqa’ jixxandar kull nhar ta’ Ħadd.

15:00 Ċappas L-artisti Xandru Mallia, Mario Cassar u bosta mistednin u karattri oħra, li minn ħin għall-ieħor jinvadu l-garaxx tagħhom, ser ikunu qed jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-karattri favoriti ta’ tfulitna mid-dinja tal-cartoons permezz talAirbrush Painting (Aerografija) u tekniki varji oħra tal-arti. Xammru l-kmiem u lestu ruħkom ħa tiċċappsu!

18:15 Għawdex Illum Se jkompli jippreżenta l-ambjent trankwill Għawdxi. Ilprogramm se jkopri aspetti Għawdxin minn lenti storika, arkitettonika, artistika, kulturali, u ambjentali, filwaqt li jikxef l-użanzi u l-istili tal-ħajja Għawdxija.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.