4 minute read

Drawwiet antiki mhux faċli jintesew

Addattament Claudia Cini

Sarah hija tifla ferriħija ta’ tnax-il sena mill-Ghana u għandha futur sabiħ quddiemha. Tħobb tilgħab ma’ sħabha, tgawdi u tistudja l-Matematika, ix-Xjenza, l-Ingliż u r-Reliġjon, u qiegħda minn tal-ewwel fil-klassi tagħha ta’ 35 student u studenta. Ftit iktar minn seba’ snin ilu, bħala tifla żgħira, il-ħajja ta’ Sarah kienet miexja f’direzzjoni inċerta. Sarah kienet ittimbrata li hija saħħara u sfat akkużata b’mod inġust bil-mewt ta’ ħmistax-il persuna mil-lokal fiż-żmien li kienet tifla żgħira. It-tifla ta’ erba’ snin kellha impediment biex titkellem, u xi wħud fil-komunità kienu jemmnu li hija ‘wild tal-ispirtu’ skont it-twemmin tradizzjonali li jassoċja mġiba anormali jew diżabilità mal-ispirti ħżiena. Uħud minn dawn il-membri tal-komunità, inkluża l-familja stess ta’ Sarah, irrabjaw għaliha minħabba l-inkapaċità jew in-nuqqas ta’ rieda tagħha li titkellem, warrbuha u heddew li joqtluha.

Advertisement

B’xorti tajba Swor Stan Therese Mumuni u l-Knisja lokali filGhana saru konxji tal-periklu imminenti li Sarah kienet fih. Huma biex issalva lil Sarah mill-iktar destin terribbli, u biex tagħtiha ċans għal ħajja ġdida.

Dar Nazaret għat-Tfal ta’ Alla fid-Djoċesi ta’ Yendi fil-Ghana, hija kenn fejn tfal ta’ kull età huma maħbubin u kkurati mingħajr l-ebda kundizzjoni. Swor Stan Therese Mumuni ddedikat dawn l-aħħar għaxar snin sabiex tmexxi din id-dar. Hija ssalva tfal bħal Sarah li setgħu ġew mhedda jew jinsabu fil-periklu millfamilja jew mill-komunità tagħhom stess. Bħalissa Swor Stan tieħu ħsieb iktar minn 60 tifel u tifla, li jvarjaw fl-età minn ftit ġimgħat sa 18-il sena. Hija tagħtihom sigurtà, ikliet nutrittivi, kura tas-saħħa u edukazzjoni. Swor Stan tiżgura li t-tfal jirċievu edukazzjoni ta’ kwalità biex għada pitgħada jiksbu xogħol u jkunu kapaċi jmantnu lilhom infushom. Il-ħolma tagħha hija li xi darba jmorru lura lejn il-komunità tagħhom u juru kif l-imħabba u l-appoġġ tal-Knisja tawhom is-setgħa biex jiżviluppaw u jilħqu l-għanijiet tagħhom.

Dar Nazaret hija waħda mill-ħafna inizjattivi kritiċi stabbiliti mill-Knisja Kattolika fil-Ghana sabiex issalva u ssostni l-ħajja tażżgħażagħ l-iktar vulnerabbli tal-pajjiż. Mingħajr l-isforzi bla heda ta’ Swor Stan, u missjunarji, reliġjużi u lajċi oħra madwar il-pajjiż, ħafna tfal jitilfu dak kollu li għandha x’toffri l-ħajja. Madankollu, is-sopravivenza ta’ dawn il-programmi, u t-tfal u ż-żgħażagħ li jibbenefikaw tant minnhom, tiddependi ħafna fuq l-appoġġ tagħna lkoll. Il-Knisja u l-Gvern tal-Ghana qed jagħmlu progress kbir fil-programmi edukattivi f’tentattiv biex ibiddlu dan itavviċinaw lill-komunità u Swor Stan iġġieldet, kważi fiżikament,

twemmin. Madankollu kif jgħid l-Isqof ta’ Yendi, Vincent Sowah Boi-Nai: “Drawwiet antiki mhux faċli jintesew.”

Jekk l-edukazzjoni dwar id-diżabilità tilħaq aktar komunitajiet fil-Ghana, b’xorti tajba huwa inqas probabbli li jerġgħu jseħħu stejjer bħal ta’ Sarah. Madankollu, it-tfal b’diżabilità jkomplu jiffaċċjaw diskriminazzjoni, rifjut u nuqqas ta’ opportunità fil-Ghana, u ħafna drabi ma jkollhom imkien u lil ħadd lejn min iduru. Biss, id-diliġenza tal-membri tal-komunità lokali u bilfomm, iwasslu biex Swor Stan tintervjeni u ssalva tfal bla difiża jekk ikunu f’periklu immedjat ta’ theddida għal ħajjithom. Sarah titkellem bil-qalb dwar Swor Stan: “Inħobbha għaliex salvatli ħajti”. Jekk mhux għall-ħidma ta’ Swor Stan, Sarah setgħet ma tkunx ħajja llum.

Grazzi għad-donazzjonijiet ta’ flus li aħna nagħtu, ċkejkna kemm huma ċkejkna, tfal f’sitwazzjonijiet simili madwar id-dinja kollha, jirċievu dak kollu neċessarju biex jgħixu ħajja diċenti bla ma jkollhom għalfejn imorru jaħdmu. Bis-saħħa ta’ ħafna benefatturi Maltin u Għawdxin, Missio Malta (l-Uffiċċju Missjunarju) fil-Belt u l-Mosta, jibgħat fondi lil diversi komunitajiet fejn hemm il-missjunarji sabiex jgħinu mill-aħjar li jistgħu lill-foqra u abbandunati, fost oħrajn. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt www.missio.org.mt, minn ‘Facebook’ jew fuq 2123 6962.

Nota: Ftit tal-ġimgħat ilu, ġie mħabbar li Papa Franġisku stabbilixxa fond ta’ emerġenza fi ħdan is-Soċjetajiet Missjunarja ta’ Misso. Id-dħul ikkontribwit għal dan il-fond huwa ddestinat għall-għajnuna ta’ dawk in-nies, komunitajiet, lajċi u missjunarji li qed jintlaqtu traġikament mit-tixrid talCOVID-19. Il-flus se jmorru direttament lill-pajjiżi fil-missjoni permezz ta’ strutturi u istituzzjonijiet tal-Knisja. Għalhekk, fuq xewqa ta’ Papa Franġisku u permezz tal-motto ‘Aħna Għadna Hawn Għalikom’, kull min jista’ għandu jagħti l-għajnuna tiegħu fi flus b’risq din il-kawża ġusta. Jekk tixtieq tgħin jew sabiex tikseb aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel lil Missio Malta fuq 2123 6962.

IRBAĦ €1,000 MA’ GWIDA /4 6

Kull ma trid tagħmel hu li ġġemma’ 6 kupuni – wieħed minn kull edizzjoni tal-Gwida li ser joħorgu din is-sena, jigifieri: KUPUN 1: Mill-edizzjoni ta’ LULJU, KUPUN 2: Mill-edizzjoni ta’ AWWISSU, KUPUN 3: Mill-edizzjoni ta’ SETTEMBRU, KUPUN 4: Mill-edizzjoni ta’ OTTUBRU (li jidher hawn taħt), KUPUN 5: Mill-edizzjoni ta’ NOVEMBRU u KUPUN 6: Mill-edizzjoni ta’ DIĊEMBRU

Kupun 4 – OTTUBRU 2020

Programmi Ġodda

Ibgħat is-sitt kupuni flimkien f’Diċembru

Liema hi l-aktar drama li qed tieħu pjaċir issegwi? ______________________________________________________________________________ Liema hu l-aktar programm fuq l-istazzjon Malti li tħobb tara?

______________________________________________________________________________ Liema preżentatur jogħġbok l-aktar?

Ibgħat dan il-kupun flimkien mal-5 l-oħra sal-31 ta’ Diċembru 2020 fuq GWIDA, KOMPETIZZJONI, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq In-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010

This article is from: