GWIDA OCTOBER 2020

Page 70

Intervista

MARK LAURENCE ZAMMIT

Ritratt: Clint Gerald Photography

Jibda avventura ġdida bħal L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa F’Awwissu ħarġet l-aħbar li wara 23 sena Xarabank twaqqaf milli jidher fuq l-istazzjon nazzjonali. Din l-aħbar ġabet magħha taħlita ta’ kummenti u opinjonijiet fuq l-internet. Tkellimna ma’ Mark Laurence u qalilna x’jaħseb fuq dan kollu. Tkellimna mieghu ukoll dwar programm ġdid li qed jippreżenta bl-isem ta’ L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa li jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fid-8:50pm fuq TVM. Mark, x’ġara minn Xarabank? Xarabank m’għadux fuq it-television imma ser ikompli fuq l-internet. Jien mhux ser inkun involut fih daqskemm kont. Ir-rispons li kellna wara li nqalgħet il-kontroversja kien

70 GWIDA Ottubru 2020

ta’ kuraġġ kbir. Aħna konna ngħixu ħajjitna għal dan il-programm, fejn il-kummenti koroh kienu jiddominaw. ‘X’intom tagħmlu?’, ‘Ieqfu’, ‘Dardartuna’... kienet normali għalina li nidħlu filgħodu niddiskutu l-kummenti. Konna qed naħsbu li n-nies meta ser isiru jafu li mhux ser ikompli, kien ser ikunu kuntenti! Imma konna sorpriżi. Kien hemm ħafna nies li qatt ma tkellmu li f’daqqa ħarġu u wrew ħafna sapport. Kemm dam għaddej fuq it-television, Xarabank qatt ma kellna daqshekk nies ifaħħruna. Lanqas meta konna nagħmlu affarijiet kbar bħal ġbir jew hekk. Is-sensazzjoni li ħoloq wara li spiċċa, ħalliet paċi ġdida ġo qalbna.

Ma taħsibx li lejn l-aħħar Peppi kien mitluq u ma kellux aptit jagħmel Xarabank? Lejn l-aħħar, Peppi kien jidher mitluq u jidher li ma kellux jagħmel Xarabank. Nagħmel enfasi fuq ‘jidher’ għax kieku kont tarah fl-uffiċċju ma kienx hekk. Nixtieqkom tarawh fis-sagħtejn ta’ filgħodu jikteb skript għall-programm, nixtieqkom tarawh kemm kien għaddej gas down aktar mill-bqija tat-tim. Peppi kien jgħid li Xarabank xi darba kellu jieqaf u li xtaq jagħmel xi ħaġa ġdida. Li kienet qed tgħajjih kienet il-biċċa li jippreżenta, imma dik fil-verità kienet biċċa żgħira. L-akbar xogħol u wġigħ ta’ ras kienu l-preparamenti ta’ matul il-ġimgħa.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.