2 minute read
Proġetti ġodda5
5. PROĠETTI ĠODDA
5.1 Xogħol fuq dar oħra fil-Komunità (Il-Balluta) Din is-sena d-Dar ħadmet biex jitkompla x-xogħol fuq dar oħra fil-komunità din iddarba fil-Balluta. Fost l-oħrajn tlesta t-tibjid, twaħħlet il-kċina u tlestiet il-faċċata. Il-ħsieb hu li din id-dar tkun inawgurata s-sena li ġejja (2020).
5.2 Installazzjoni ta’ żewġ cold stores ġodda Din is-sena d-Dar investiet f ’xiri u installazzjoni ta’ żewġ cold stores moderni filpost fejn kien hemm cold store antik li żżarma kollu qabel ma twaħħlu t-tnejn il-ġodda. Dawn il-cold stores ġew sponsorjati millkumpanija ‘Infinitely Xara’.
5.3 Proġett ta’ Wi-Fi Network
Din is-sena bdiet il-ħidma biex jitlesta proġett ġdid ta’ Wi-Fi network għad-Dar talProvidenza s-Siġġiewi. Ix-xogħol fuq dan ilproġett tlesta lejn l-aħħar ta’ din is-sena u kien finanzjat mill-MITA. Issa f ’kull parti tad-dar fis-Siġġiewi hemm aċċess għall- Wi-Fi b’xejn.
5.4 Sistema ġdida għall-pagi
D in is-sena d-Dar investiet f ’sistema tal-ħlas tal-pagi tal-ħaddiema mingħand il-kumpanija ‘Shireburn’. B’dan il-programm ser jinqatgħu l-kotba tal-leave. Dan il-programm se jibda jintuża minn Jannar 2020.
5.5 Client Management System
Din is-sena komplejna d-diskussjonijiet malkumpanija Right Brain Ltd biex id-Dar tixri l-mingħandhom Client Management System ikkompjuterizzata.
5.6 Xogħol ta’ rinovar ta’ ‘Żerniq’
Din is-sena bdejna x-xogħol ta’ rinovar ta’ ‘Żerniq’ li hija waħda mid-djar fil-komunità mmexxija mid-Dar tal-Providenza. Dan il-proġett se jkun finanzjat mill-Marigold Foundation BOV In The Community. Saret applikazzjoni għal xi tibdil infrastrutturali li ser isir u li ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar. Ix-xogħol għandu jitlesta s-sena d-dieħla.
5.7 Kċina ġdida u twieqi sound proof għal ‘Dar Pirotta’
Din is-sena sar xogħol ta’ rinovar fil-kċina ta’ ‘Dar Pirotta’ li kien jinkludi bdil talmadum tal-art, kisi tal-ħitan inkluż it-tibjid, installazzjoni ġdida tad-dawl kif ukoll kċina ġdida. Saru wkoll twieqi soundproof filwashroom tad-Dar.
5.8 Xiri ta’ magna tal-ħasil u tumble dryer industrijali
Din is-sena inxtrat magna tal-ħasil u tumble dryer industrijali biex jintużaw fil-Laundry tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.
5.9 Xiri ta’ lockers u gwardorobbi ġodda.
Inxtraw ukoll lockers ġodda għall-ħaddiema kif ukoll xi gwardarobbi ġodda għar-residenti ta’ Villa Papa Giovanni.
5.10 Xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ
Post kbir bħalma hu d-Dar tal-Providenza flimkien mal-apparat li nużaw irid manutenzjoni kontinwa kif ukoll teħid ta’ inizjattivi biex kemm jista’ jkun il-post ikun l-isbaħ possibbli. Fost oħrajn kien rinovat appartament żgħir f ’Villa Papa Luciani biex ikun jista’ jospita xi mistieden/a meta jkun hemm bżonn.