1 minute read

Onorifiċenza Mertu Siġġiewi

passaporti ta’ komunikazzjoni għal uħud mir‑residenti kif ukoll biex ikunu assessjati dwar il‑livell ta’ ikel li jistgħu jieklu.

3.4 Is‑Servizz ta’ High Support

Bil‑għajnuna tal‑Aġenzija Sapport, id‑Dar qed tirċievi ħlas għal 80 siegħa ta’ high support għal residenta li għandha bżonn dan l‑appoġġ. Permezz ta’ din l‑għajnuna finanzjarja, id‑Dar timpjega żewġ support workers biex jagħmlu dan ix‑xogħol.

3.5 Rikreazzjoni

Kemm it‑tim tal‑Ability Promoters kif ukoll is‑support workers li jaħdmu fil‑flettijiet tas‑Siġġiewi jorganizzaw attivitajiet regolari fid‑Dar, matul il‑ġimgħa, nhar ta’ Ħadd u fil‑festi pubbliċi. Jiġu organizzati wkoll attivitajiet barra mid‑Dar li jwieġbu għall‑gosti tar‑residenti.

Minħabba l‑pandemija, l‑attivitajiet varji barra mid‑Dar li s‑soltu jipparteċipaw fihom ir‑residenti kellhom jiġu limitati kważi għalkollox. Minkejja dan, sar sforz kbir biex ikunu organizzati aktar attivitajiet fid‑Dar tal‑Providenza fis‑Siġġiewi. Kuljum kienu organizzati ħarġiet għar‑residenti bil‑vannijiet tad‑Dar f’postijiet differenti fejn ir‑residenti ma jiġux f’kuntatt ma’ nies minħabba l‑pandemija.

3.6 Workshops u attivitajiet oħra

Numru ta’ residenti komplew jagħtu sehemhom fil‑workshops tal‑bolol, tal‑agrikoltura kif ukoll tal‑crafts.

3.6.1 Iċ‑Ċentru Agrikolu San Isidor Fil‑workshop tal‑agrikoltura San Isidor, ir‑residenti flimkien mal‑ability promoters u volontiera, ikabbru jew jipproċessaw prodotti tal‑biedja. Dawn il‑prodotti jkunu jistgħu jinxtraw mill‑pubbliku, mid‑Dar tal‑Providenza stess jew waqt xi wirjiet agrikoli li r‑residenti jkunu mistiedna jipparteċipaw fihom, bħal pereżempju Festa Għeneb fis‑Siġġiewi u Żejt iż‑Żejtun fiż‑Żejtun. 3.6.2 Il‑Workshop tal‑bolol F’dan il‑workshop ir‑residenti jisseparaw bolol użati skont il‑kategoriji biex imbagħad dawn jinbiegħu lill‑ħwienet tal‑bolol jew kollezzjonisti. 3.6.3 Workshop ta’ xogħlijiet artistiċi Numru ta’ residenti għandhom l‑opportunità li jiżvilluppaw il‑kreattività tagħhom f’workshops ta’ tpinġija u xogħlijiet oħra artistiċi. 3.6.4 Sessjonjiet tat‑tisjir Numru ta’ residenti bl‑appoġġ ta’ Ability Promoters jingħataw l‑opportunità wkoll li jsajru, iħejju l‑mejda tal‑ikel, jieklu flimkien u jagħmlu l‑ħasil u t‑tindif ta’ wara. Dan jgħinhom ikabbru l‑ħiliet għall‑indipendenza tagħhom.

This article is from: