1 minute read

u Fr Trevor Fairclough

13

Quddiesa Speċjali fl‑Okkażjoni tal‑Annivesarju Saċerdotali ta’ Fr Martin Micallef u Fr Trevor Fairclough

13. QUDDIESA SPEĊJALI FL-OKKAŻJONI TAL-ANNIVESARJI SAĊERDOTALI TA’ FR MARTIN MICALLEF U FR TREVOR FAIRCLOUGH

Nhar it‑12 ta’ Lulju 2021, fl‑okkażjoni tal‑25 anniversarju tal‑ordinazzjoni presbiterali ta’ Fr Martin Micallef, Diretttur tad‑Dar tal‑Providenza, u l‑40 anniversarju tal‑ordinazzjoni presbiterali ta’ Fr Trevor Fairclough, id‑Direttur Spiritwali tad‑Dar, ġiet organizzata quddiesa ta’ ringrazzjament fid‑Dar tas‑Siġġiewi li għaliha kienu mistiedna r‑residenti u l‑ħaddiema kollha. Fi tmiem il‑quddiesa Grace Vassallo, waħda mir‑residenti tad‑Dar, ippreżentat żewġ kartolini tal‑okkażjoni magħmula mir‑residenti stess lil Fr Martin u lil Fr Trevor.

Fr Trevor kien ordnat saċerdot mill‑Arċisqof Mons. Ġużeppi Mercieca nhar il‑11 ta’ Lulju 1981 fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta, filwaqt li Fr Martin kien ordnat saċerdot mill‑istess Arċisqof nhar il‑5 ta’ Lulju 1996 fl‑istess Konkatidral.

This article is from: