1 minute read
18. Salvagwardja (Safeguarding
18. SALVAGWARDJA (SAFEGUARDING)
Id‑Dar tal‑Providenza tieħu bis‑serjetà r‑responsabiltajiet li jissalvagwardjaw il‑persuni u hi kommessa li ma tħallix li jsir abbuż fuq ir‑residenti li jużaw is‑servizzi tagħha. Biex tagħmel dan, id‑Dar issegwi l‑politika elenkata fid‑Dokument tal‑Knisja Maltija, Policy and Procedures in Cases of Sexual Abuse of the Maltese Ecclesiastical Province. (2014) u l‑liġijiet Maltin. Abbażi ta’ dawn, id‑Dar għandha s‑Safeguarding Policy tagħha.
18.1 Konformità mal‑Liġi tal‑Protezzjoni tal‑Minuri
Id‑Dar tal‑Providenza timplimenta proċedura serja ta’ reklutaġġ billi fost oħrajn isir rikors il‑Qorti b’mod regolari bl‑ismijiet tal‑ħaddiema u volontiera ġodda biex tassigura li m’hemm ħadd minnhom li ismu jinsab fuq ir‑reġistru ta’ persuni li kkommettew reati gravi kontra minuri.