1 minute read

16. Rappurtaġġ tal‑midja

16

Rappurtaġġ tal‑Midja

16. RAPPURTAĠĠ TAL-MIDJA

Fejn jidħol rappurtaġġ fil‑media, is‑sena 2021 kienet waħda fejn il‑preżenza sostnuta mid‑Dar tal‑Providenza kienet l‑aktar prominenti fuq it‑televixin, fuq il‑media stampata u l‑media elettronika. Naturalment, kien hemm xhur fejn din il‑preżenza kienet aktar notevoli fosthom Jannar u Frar bi stejjer marbuta mal‑Festa ta’ Ġenerożità u l‑mewt bil‑COVID‑19 tar‑residenta mid‑Dar.

F’April kien hemm rappurtaġġ dwar il‑kontroversja marbuta mar‑regolamenti proposti dwar il‑ġbir tal‑fondi mill‑NGOs fejn id‑Dar tat ukoll is‑sehem tagħha. Kien hemm ukoll l‑istqarrija tal‑GO dwar żball tekniku li kien hemm fl‑għadd tad‑donazzjonijiet waqt maratoni li affettwa wkoll b’mod sostanzjali d‑dħul ta’ fondi għad‑Dar tal‑Providenza mill‑Festa ta’ Ġenerożità tal‑ewwel tas‑sena. F’Lulju, id‑Dar ingħatat prominenza marbuta mal‑maratona televiżiva tal‑volleyball u l‑aħbar tal‑għoti tal‑Premju Ċittadin Ewropew minn Brussell u f’Settembru dwar is‑sitta u ħamsin anniversarju tat‑twaqqif tad‑Dar.

This article is from: