1 minute read

lill‑Ħaddiema tad‑Dar tal‑Providenza

11

Onorifiċenza Mertu Siġġiewi lill‑Ħaddiema tad‑Dar tal‑Providenza

11. ONORIFIĊENZA MERTU SIĠĠIEWI

Nhar it‑13 ta’ Lulju 2021, il‑ħaddiema kollha tad‑Dar tal‑Providenza ingħataw l‑Onorifiċenza Mertu Siġġiewi waqt serata mtellgħa mill‑Kunsill tas‑Siġġiewi. Il‑President Emeritu, l‑E.T. Marie Louise Coleiro Preca fil‑preżenza tas‑Sindku, is‑Sur Domenic Grech, ippreżentat l‑Onorifiċenza Mertu Siġġiewi lis‑Sinjura Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad‑Dar f’isem il‑ħaddiema kollha.

Il‑Prof. Charmaine Gauci, li tgħix is‑Siġġiewi, ukoll kienet waħda mill‑personalitajiet li ngħataw l‑Onorifiċenza tal‑Mertu. Ir‑rebbieħa l‑oħrajn kienu l‑eks Arċipriet Dun Joe Grech, Dr Norbert Bugeja, Mro. Raymond Sant, is‑Sur Albert Pace u s‑Sur Grezzju Pace (wara mewtu). Għall‑ħaddiema kollha tad‑Dar tal‑Providenza, is‑sena 2021 ma kinitx waħda normali u lanqas faċli anzi kienet sena mimlija sfidi kbar li ġabet magħha l‑pandemija COVID‑19. Madanakollu din is‑sena wriet il‑qalb kbira, id‑determinazzjoni, id‑dedikazzjoni, il‑kreattività u l‑ħidma sfieqa tal‑ħaddiema tad‑Dar. Dawn kienu, għadhom u jibqgħu il‑frontliners tad‑Dar tal‑Providenza u kulħadd jibqa’ jafulhom.

This article is from: