1 minute read

19. Premju Mons. Mikiel Azzopardi

19. PREMJU MONS. MIKIEL AZZOPARDI

Il‑Premju Mons. Mikiel Azzopardi, li tnieda 26 sena ilu fl‑okkażjoni ta’ għeluq it‑30 sena mit‑twaqqif tad‑Dar tal‑Providenza jirrikonoxxi x‑xogħol li jsir minn individwi u gruppi biex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità, kif ukoll juri apprezzament lejn dawk li jagħtu appoġġ volontarju għax‑xogħol li jsir fid‑Dar tal‑Providenza.

Din is‑sena l‑Bord tad‑Dar għażel li jagħti dan il‑Premju lill‑Fondazzjoni Nazareth li toffri servizzi residenzjali lill‑persuni b’diżabilità fiż‑Żejtun. Din il‑Fondazzjoni kienet twaqqfet minn Dun Anġ Seychell.

This article is from: