3 minute read

6. Il‑ħaddiema

06

Il‑Ħaddiema

6. IL-ĦADDIEMA Biex tkun tista’ twettaq ħidmietha sewwa, id‑Dar tal‑Providenza, sal‑31 ta’ Diċembru 2021 kellha 293 ħaddiem li minnhom 211 huma nisa u 82 irġiel. Minn dawn 231 jaħdmu fuq bażi full‑time u 62 fuq bażi part‑time.

Full time Part time

Direttur *

1 Amministratur 1 Koordinatur tas‑Servizzi * 1 Direttur Spiritwali 1 Promotur tal‑Istandards * 1 Senior Support Workers 12 Support Workers 103 48 Night Supervisor Social Worker 2 1

Ability Promoters Nersis (1)* Skrivani 19 3 2 6 3

Ħaddiema fil‑kċina 9

Ħaddiema fil‑laundry Cleaners (2)* Manutenzjoni Uffiċċjal tal‑IT Fiżjoterapisti Physiotherapy Aid Ħajjatin Xufiera u sigurtà Ħaddiema tal‑istores 9 32 2 7 2 1 4 1 3 11 3 4

Total 231 62

* Dawn il‑ħaddiema huma sekondati minn entitajiet governattivi jew mill‑iskema ta’ Ħaddiema fil‑Komunità. 6.1 Ħidma mal‑Union tal‑Ħaddiema

Id‑Dar tal‑Providenza temmen li l‑ħaddiema għandu jkollhom id‑dritt li jkunu membri ta’ Union li tiddefendi l‑interessi tagħhom fuq il‑post tax‑xogħol. Il‑General Workers Union hija union li tirrappreżenta l‑maġġoranza tal‑ħaddiema tad‑Dar tal‑Providenza u għaldaqstant id‑Dar tagħraf lil din il‑Union bħala l‑unika rappreżentant bi dritt li tiftiehem dwar u f’isem il‑ħaddiema kollha. Matul din is‑sena, id‑Dar tal‑Providenza żammet relazzjonijiet eċċellenti mal‑Union.

Bi preparazzjoni għal‑laqgħa ġenerali annwali tal‑GWU li nżammet fit‑23 ta’ Marzu 2021, Fr Martin Micallef u żewġ impjegati kienu intervistati biex jaqsmu l‑esperjenza tagħhom fuq il‑benefiċċju tat‑tisħib fil‑GWU tal‑ħaddiema tad‑Dar. Miguel Grech wieħed mir‑rappreżentanti tal‑ħaddiema tad‑Dar kien elett fl‑Eżekuttiv Nazzjonali tal‑GWU.

6.2 Taħriġ u formazzjoni għall‑ħaddiema

Din is‑sena minħabba l‑pandemija ma kienx possibbli li jsir it‑taħriġ kollu ppjanat għall‑ħaddiema. L‑uniku taħriġ li stajna norganizzaw kien l‑induction course u l‑fire marshall. Sfortunatament għal sena oħra kellna nħassru wkoll kors dwar imġiba diffiċli li kellu jingħata mill‑Prof. Tony Osgood, espert Ingliż fuq dan is‑suġġett.

Din is‑sena kompla jingħata s‑servizz ta’ sapport psikoloġiku għall‑ħaddiema mis‑Sinjura Dorianne Coleiro.

6.3 Karti tal‑identità ġodda għall‑ħaddiema

Din is‑sena ġeddina il‑Karti tal‑identità tal‑ħaddiema kollha tagħna biex ikun jistgħu jiġu identifikati.

6.4 Premju Inizjattiva fuq il‑Post tax‑Xogħol

Din is‑sena, id‑Dar tal‑Providenza reġgħet nediet il‑Premju Inizjattiva fuq il‑Post tax‑Xogħol u l‑Premju Inizjattiva fuq il‑Post tax‑Xogħol bħala Grupp. In‑nominati għal dawn il‑premjijiet kienu kif ġej: Premju Inizjattiva fuq il‑Post tax‑Xogħol: • Rita Vella, Joan Campbell Lewis u

Mildred Kalaw Baon. Premju Inizjattiva fuq il‑Post tax‑Xogħol bħala Grupp: • Il‑ħaddiema ta’ flett Warda, flett San

Martin, flett Livia u l‑cleaners.

Ir‑rebbieħa tal‑Premju Inizjattiva fuq il‑Post tax‑Xogħol kienet is‑Sinjura Rita Vella filwaqt li r‑rebbieħa Premju Inizjattiva fuq il‑Post tax‑Xogħol bħala Grupp kienu l‑ħaddiema ta’ flett Livia. 6.5 Rikonoxximent lill‑ħaddiema li ilhom numru ta’ snin jaħdmu mad‑Dar tal‑Providenza.

Ingħata wkoll rikonoxximent lil dawk il‑ħaddiema li ilhom numru ta’ snin jaħdmu mad‑Dar tal‑Providenza. Dawn kienu: Josephine Catania u George Harrington (30 sena) Nicholas Aquilina, Maryanne Borg, Therese Gauci, Maria Nikolina Mckay u Gertrude Sciberras (20 sena)

6.6 Rikonoxximent lill‑ħaddiema li rtiraw.

Seba’ ħaddiema oħra ngħataw rikonoxximent fl‑okkażjoni tal‑irtirar tagħhom din is‑sena jew kmieni s‑sena d‑dieħla. Dawn kienu: Comfort N. Ahunanya, Theodora Farrugia, Paul Mangani, Censina Muscat, Paul Pantalleresco u Mary Schembri.

6.7 Nominati għall‑Premju Nazzjonali Ħaddiem tas‑Sena 2021

Din is‑sena, id‑Dar tal‑Providenza nnominat lill‑ħaddiema tal‑Flett San Ġużepp kif ukoll lill‑ħaddiema ta’ Dar Pirotta għall‑Premju Nazzjonali Ħaddiem tas‑Sena 2021 bħala tim. Dawn il‑ħaddiema flimkien ma’ Fr Martin Micallef u Nadine Camilleri Cassano attendew għaċ‑ċerimonja tal‑għoti tal‑Premju Nazzjonali Ħaddiem tas‑sena 2021 li saret fl‑20 ta’ Diċembru taħt il‑patroċinju tal‑E.T. Dr George Vella, President ta’ Malta fil‑lukanda Intercontinental, f’San Ġiljan. Fid‑diskors tal‑okkażjoni, il‑President qal li din l‑attività hija waħda ferm speċjali mhux biss għax matulha jingħataw diversi premjijiet iżda għax fuq kollox tiċċelebra l‑bżulija u l‑irwol importanti tax‑xogħol fil‑ħajja tal‑bniedem. Huwa fakkar fid‑diversi sfidi u riperkussjonijiet li l‑pandemija tal‑COVID‑19 ġabet magħha fuq il‑postijiet tax‑xogħol u mil‑lat imprenditorjali.

This article is from: