1 minute read

4. Il-Bord tad-Dar tal-Providenza

04

Il-Bord tad-Dar tal-Providenza

4. IL-BORD TAD-DAR TAL-PROVIDENZA Il‑Bord tad‑Dar tal‑Providenza twaqqaf minn Mons. Arċisqof Pawlu Cremona OP f’Marzu tal‑2011. Iċ‑chairperson ta’ dan il‑Bord huwa Fr Martin Micallef, id‑Direttur tad‑Dar. Is‑Sur Lawrence Zammit huwa l‑viċi chairperson u s‑Sinjura Elvia George hija s‑segretarja tal‑Bord. Dr Joe Bugeja, is‑Sur Jesmond Saliba, Dr Roberta Sammut u s‑Sur Emmanuel Zammit huma l‑membri l‑oħra tal‑Bord. Matul din is‑sena l‑Bord iltaqa’ disa’ darbiet. Din is‑sena dawn il‑laqgħat saru b’mod virtwali minħabba l‑pandemija.

Fis‑17 ta’ Settembru 2021, is‑Sur Jesmond Saliba rriżenja minn membru tal‑Bord wara li nħatar Kummissarju għall‑Għaqdiet Volontarji. Fid‑19 ta’ Ottubru l‑Ariċisqof ħatar lis‑Sur Arthur Caruana bħala membru ġdid tal‑Bord.

4.1 Bord għad‑dħul ta’ residenti ġodda

Id‑dħul ta’ residenti ġodda jkun deċiż minn bord apposta mwaqqaf mill‑Bord tad‑Dar. Dan il‑bord hu magħmul mid‑Direttur tad‑Dar bħala Chairperson, Dr Roberta Sammut u Dr George Grech.

Din is‑sena dan il‑bord iltaqa’ erba’ darbiet u daħħalna għaxar residenti ġodda ‑ erba’ nisa u sitt rġiel. 4.2 Il‑Management

Ix‑xogħol ta’ kuljum tad‑Dar jitmexxa mit‑tim tal‑management li jikkonsisti fid‑Direttur, Fr Martin Micallef, l‑Amministratur, is‑Sinjura Nadine Camilleri Cassano, is‑Services Co‑ordinator, is‑Sinjorina Remona Cuschieri, id‑Direttur Spiritwali tad‑Dar, Fr Trevor Fairclough u l‑Kap tal‑Fiżjoterapisti, is‑Sinjura Margaret Vella. Dan it‑tim jiltaqa’ b’mod regolari kull ħmistax. Matul din is‑sena t‑tim iltaqa’ 22 darba.

4.3 Preżentazzjoni tar‑Rapport ta’ Ħidma lill‑Arċisqof

Nhar il‑Ħadd 4 ta’ Lulju, id‑Direttur tad‑Dar, Fr Martin Micallef ippreżenta r‑Rapport ta’ Ħidma għas‑sena 2020 lill‑Arċisqof, Mons. Charles J. Scicluna, fid‑Dar tal‑Providenza stess wara li ċċelebra quddiesa fil‑kappella tad‑Dar fl‑okkażjoni tal‑maratona ta’ Lulju. Kien hemm ukoll preżenti Mons. Charles Cordina, Vigarju Episkopali għad‑Djakonija u Nadine Camilleri Cassano, l‑Amministratur tad‑Dar.

05

This article is from: