4 minute read

Quddiesa speċjali fl‑okkażjoni tal‑anniversarji

3.6.5 Sessjonijiet tal‑mużika u drama Attività li r‑residenti jipparteċipaw bi ħġarhom għaliha hija dik tas‑sessjonjiet tal‑mużika fejn ir‑residenti jisimgħu u jipparteċipaw f’daqq ta’ strumenti. Fil‑Music Room speċjalizzata r‑residenti jkollhom sessjonjiet ta’ mużika fi gruppi żgħar jew b’mod individwali. Din is‑sena minkejja l‑pandemija xorta sibna l‑mod kif filwaqt li nassiguraw is‑saħħa u s‑sigurtà tar‑residenti u l‑ħaddiema, inkomplu nużaw id‑drama li toffri opportunitajiet mill‑aqwa biex ir‑residenti jesprimu lilhom infushom filwaqt li jiżviluppaw u jaqsmu mal‑oħrajn it‑talenti artistiċi tagħhom.

Ta’ kull sena, id‑Dar tal‑Providenza ttella’ produzzjoni teatrali fi żmien il‑Milied bis‑sehem ta’ resident, ħaddiema u volontiera. Din is‑sena fil‑festi tal‑Milied ir‑residenti flimkien mal‑Ability Promoters tellgħu kummiedja bl‑isem ‘Minn ġot‑taġen għal ġon‑nar’ miktuba minn David Muscat u Loralie Scerri, żewġ ħaddiema tad‑Dar. Minħabba r‑restrizzjonijiet imposti mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa dawn il‑produzzjonijiet ġew imtella’ diversi drabi biex ir‑residenti jibqgħu fil‑bubbles tagħhom.

3.6.6 Sessjonijiet tar‑Rugby Din is‑sena wkoll, The Brain Foundation kompliet toffri lir‑residenti li jixtiequ, sessjonijiet ta’ rugby adattat għalihom kull nhar ta’ Sibt filgħodu.

3.7 Mobilità

Ir‑residenti tad‑Dar, ikunu mħeġġa u mgħejjuna biex jieħdu sehem f’attivitajiet li jgħinuhom jibqgħu attivi. Dan kien jinkludi mobilità fil‑flett fuq bażi regolari flimkien ma’ attivitajiet li jiġu organizzati apposta bħal passiġġati, żfin u moviment waqt is‑sessjonijiet tal‑mużika.

Din is‑sena numru sabiħ ta’ residenti komplew jagħmlu użu mill‑pixxina terapewtika li għandna fid‑Dar. L‑użu tal‑idroterapija huwa servizz ieħor li qed ikompli jtejjeb il‑kwalità tal‑ħajja tar‑residenti. Dan is‑servizz joffri opportunità ta’ mobilità kif ukoll attivitajiet sportivi. Daqstant ieħor hija importanti s‑sensazzjoni sabiħa ta’ rilassament li persuna tħoss fl‑ilma sħun anke jekk ikun diffiċli għaliha li tagħmel eżerċizzju. Xi residenti jużaw ukoll is‑Soft Room, fejn huma jkunu jistgħu jagħmlu attività li jridu f’ambjent sikur u bla periklu. Attività oħra li qiegħda tgħin lir–residenti biex isiru iktar attivi hija dik fil‑kmamar multisensorjali, fejn jiġu stimulati s‑sensi b’modi differenti. Dan ix‑xogħol isir bl‑għajnuna tal‑Ability Promoters fuq il‑pariri tal‑Occupational Therapist. Dawn il‑kmamar jiġu użati wkoll għal xi residenti biex jirrilassaw, speċjalment għal dawk li għandhom imġiba diffiċli ħafna.

Bħal kull sena oħra, ġew organizzati wkoll attivitajiet regolari fil‑gym u attivitajiet sportivi oħra li jinkoraġġixxu l‑mobilità.

3.8 Involviment barra mid‑Dar 3.10 Is‑Salon tax‑Xagħar

Ħamsa u erbgħin resident jattendu ċ‑Ċentri ta’ Matul il‑Jum għall‑Adulti mmexxija mill‑Aġenzija Sapport. Dawn iċ‑Ċentri huma dawk ta’ Ħal Far, Raħal Ġdid, l‑Imtarfa u Santa Venera. Resident ieħor jattendi ċ‑Ċentru tar‑Riżorsi San Miguel f’Pembroke.

Minħabba l‑pandemija biex tkun assigurata s‑saħħa u s‑sigurtà tar‑residenti, għal ħafna mix‑xhur tas‑sena ma setgħux jattendu f’dawn iċ‑ċentri iżda baqgħu f’kuntatt permezz ta’ video calls li bdew isiru b’mod regolari.

3.9 L‑Informatika

Id‑Dar għandha ICT Lab fejn ir‑residenti tad‑Dar jitħarrġu biex jagħmlu l‑aħjar użu mid‑dinja tal‑informatika u b’hekk ikollhom, kif inhu dritt tagħhom, aċċess indaqs għall‑informazzjoni u l‑komunikazzjoni li toffrilhom it‑teknoloġija tal‑informatika llum. Dan il‑laboratorju, hu armat b’teknoloġija assistiva bħal ma huma touch screens, keyboards, mouses speċjali u software apposta li jagħmluha eħfef għall‑persuni b’ diżabilità differenti biex jużaw il‑kompjuter. Matul din is‑sena r‑residenti kemm irġiel kif ukoll nisa komplew jużaw is‑salon tad‑Dar. Dan però ma jeskludix il‑fatt li numru żgħir ta’ residenti jagħmlu użu skont ix‑xewqa tagħhom mill‑hairdresser personali tagħhom billi jżuru l‑ħanut tagħha/tiegħu, jew tiġi/jiġi żżurhom hi/hu fir‑residenza.

3.11 Attivitajiet Spiritwali u SPRED

Din is‑sena ta’ SPRED (Ottubru 2020 – Ġunju 2021) kienet ukoll waħda partikolari minħabba l‑pandemija, imma saru xi laqgħat bin‑normalità l‑ġdida. (mhux propju laqgħat ta’ SPRED kif suppost)

Minħabba ċ‑ċirkustanzi l‑quddies tal‑Familja SPRED ma setax isir. Ġew ippubblikati wkoll tliet ħarġiet bil‑Malti tal‑Fuljett SPRED: dak tal‑Milied, tal‑Għid u tas‑sajf.

Sa fejn, meta u kif stajna sar kuntatt ta’ tħejjija u taħriġ kontinwu għall‑katekisti kollha: enrichment, irtir u laqgħa ta’ formazzjoni online. F’Settembru sar it‑tiġdid tal‑impenn għas‑sena l‑ġdida tal‑katekisti u l‑kumpanni kollha iżda minħabba l‑pandemija kellu jsir bil‑posta.

3.11.1 Quddies u attivitajiet spiritwali oħra

Fil‑kappella tad‑Dar tal‑Providenza ssir quddiesa kuljum li għaliha jattendu residenti minn tnejn jew tliet flettijiet differenti b’kemm tippermetti l‑kappella u bil‑prekawzjonijiet l‑oħra meħtieġa. Ikollna wkoll quddies speċjali f’okkażjonijiet partikolari bħal funerali ta’ residenti, anniversarji ta’ mewt jew ta’ żwieġ fost oħrajn. Din is‑sena kellna wkoll tieġ li sar fil‑kappella fid‑9 ta’ Settembru. Saru wkoll l‑Eżerċizzi Spiritwali ta’ qabel l‑Għid kemm bil‑Malti kif ukoll bl‑Ingliż online. Saru ċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑inkurunazzjoni tal‑Madonna u Corpus Christi bil‑prekawzjonijiet kollha meħtieġa.

3.11.2 Tqarbin

B’mod regolari jsir it‑tqarbin fil‑flettijiet ta’ dawk ir residenti li ma tantx jistgħu jieħdu sehem regolari fil‑quddiesa ta’ kuljum.

3.12 Imwiet ta’ residenti

Din is‑sena kellna l‑mewt ta’ ħames residenti, erba’ nisa u raġel. Persuna minnhom mietet kawża tal‑COVID‑19.

3.13 Is‑Servizz ta’ Respite

Id Dar tal Providenza temmen li s‑servizz ta’ respite hu neċessarju biex l‑ulied jew familjari b’diżabilità jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fl‑ambjent tal‑familja tagħhom.

Din is‑sena d‑Dar ospitat 76 persuna għal perjodi differenti ta’ respite. Dawn ivarjaw minn ħin qasir ta’ ftit siegħat kif ukoll għal perjodi itwal ta’ ġranet jew ġimgħat meta l‑familjari jkollhom bżonn dan is‑servizz.

This article is from: