1 minute read

5. Proġetti ġodda

5. PROĠETTI ĠODDA

5.1 Xogħol ta’ rinovar ta’ Żerniq

Fil‑bidu tas‑sena tlesta x‑xogħol estensiv ta’ rinovar ta’ Żerniq li hija waħda mid‑djar fil‑komunità mmexxija mid‑Dar tal‑Providenza. Dan il‑proġett kien finanzjat mill‑Marigold Foundation. Fid‑dar ġie installat lift ġdid, twaħħlet kċina ġdida kif ukoll sistema moderna ta’ fire alarm. Inbidlu wkoll it‑twieqi kollha ta’ barra u saru wkoll bibien fireproof u żewġt ikmamar tal‑banju ġodda. Ir‑residenti daħlu lura f’din id‑dar f’Jannar 2021. 5.2 Xogħol ta’ rinovar ta’ Dar Pirotta

Fid‑29 ta’ April 2021, ir‑residenti ta’ Dar Pirotta f’Birkirkara kienu trasferiti d‑Dar tal‑Providenza fis‑Siġġewi biex ikun jista’ jibda x‑xogħol tal‑qlugħ tal‑lift li kien hemm u l‑installar ta’ wieħed ġdid. Ix‑xogħol fuq il‑lift il‑ġdid ħa ftit fit‑tul. Sadanittant, ħadna l‑okkażjoni biex nagħmlu xogħol ieħor ta’ rinovar fid‑dar kif ukoll manutenzjoni tal‑ġeneratur tal‑elettriku.

5.3 Installar ta’ photovoltaic panels

Fuq il‑bjut ta’ Villa Papa Luciani, twaħħlu numru kbir ta’ photovoltaic panels ġentilment mogħtija b’xejn lid‑Dar mill‑Kumpanija Electrofix.

5.4 Xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ

Post kbir bħalma hu d‑Dar tal‑Providenza, flimkien mal‑apparat li nużaw irid manutenzjoni kontinwa kif ukoll teħid ta’ inizzjattivi biex kemm jista’ jkun il‑post ikun l‑isbaħ possibbli. Dan ix‑xogħol isir primarjament mill‑ħaddiema tal‑manutenzjoni tad‑Dar.

This article is from: