
1 minute read
7. Il-volontiera
07
Il-Volontiera
7. IL-VOLONTIERA
Id‑Dar tal‑Providenza għandha 220 persuna rreġistrati bħala volontiera magħha. Ħafna minnhom jiġu d‑Dar fuq bażi regolari waqt li oħrajn jagħmlu xi xogħol abbinat ma’ xi attività partikolari. Din is‑sena minħabba l‑pandemija x‑xogħol tal‑volontiera kien limitat ħafna biex nassiguraw is‑saħħa u s‑sigurtà tar‑residenti u l‑ħaddiema.
7.1 Volontiera regolari
Id‑Dar għandha numru ta’ volontiera li jaħdmu direttament mar‑residenti jew fi flett jew billi jimpenjaw ruħhom li joħorġu xi residenti passiġġata fil‑ġonna tad‑Dar, fiċ‑Ċentru Agrikolu jew f’attivitajiet differenti fid‑Dar jew barra mid‑Dar. Numru ta’ volontiera jgħinu fil‑kċina, fil‑laundry, fis‑sezzjoni tal‑ħjata, fil‑manutenzjoni, fl‑istores fost oħrajn. 7.2 Volontiera oħra
Id‑Dar toffri wkoll opportunitajiet qosra ta’ volontarjat lil studenti, individwi u gruppi li jkunu jixtiequ jgħinu fil‑ħidma tagħna. Din is‑sena minħabba l‑pandemija kellna nillimitaw ħafna il‑parteċipazzjoni ta’ dawn il‑volontiera.
7.3 Imwiet ta’ Volontiera
Fil‑5 ta’ Jannar 2021 id‑Dar tal‑Providenza tilfet lis‑Sur Gordon Philip Hewitt, li kien ilu volontier mad‑Dar tal‑Providenza sa mill‑1994. Minn dak iż‑żmien sakemm marad, baqa’ jaħdem mar‑residenti tad‑Dar b’impenn kostanti. Ħafna mix‑xogħol tiegħu kien li kuljum joħroġ dawra ma’ xi residenti fil‑ġonna tad‑Dar tal‑Providenza kif ukoll li jagħti s‑sehem tiegħu f’diversi attivatijet li jsiru għar‑residenti kemm fid‑Dar kif ukoll barra mid‑Dar. Fl‑2020 huwa kien ingħata l‑Premju Mons. Mikiel Azzopardi bħala rikonoxximent għall‑ħidma tiegħu.
